Legislature:
Category:
Reset
Active:

AFM — suldati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ suldati, inkluż uffiċjali, li huma membri tal-Forzi Armati fil-mument meta tkun qed tingħata t-tweġiba għal din il-mistoqsija? Meta saret l-aħħar sejħa biex jintgħażlu rekluti ġodda? Kemm fil-fatt, kienu l-applikanti u kemm ġew ingaġġati rekluti ġodda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fil-Forzi Armati ta' Malta hemm 1452 Suldat, 153 Uffiċjali, 194 volontiera u 54 persuna taċ-ċivil. L-aħħar sejħa ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta nhar id-29 ta’ Ottubru 2021. Applikaw total ta’ 176 applikant f’diversi sejħiet li ħarġu għal suldati fil-Forza u total ta’ 29 applikant fis-sejħa li ħarġet għall-Uffiċjali Kadetti. Il-proċess ta’ selezzjoni għadu għaddej u mistenni jiġi konkluż fil-jiem li ġejjin.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ persuni li jaħdmu fi ħdan id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fil-mument meta tkun qed tingħata t-tweġiba għal din il-mistoqsija? Meta saret l-aħħar sejħa biex jintgħażlu rekluti ġodda? Kemm fil-fatt, kienu l-applikanti u kemm ġew ingaġġati rekluti ġodda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fil-preżent hemm total ta’ 278 persuna fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. L-aħħar sejħa sabiex jintgħażlu rekruti ġodda ġiet ppublikata nhar it-28 ta’ Jannar 2022. Għal din is-sejħa d-Dipartiment irċieva 547 applikazzjonjiet. Il-proċess tal-għażla għadu mhux konkluż.

Identity Malta — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ persuni li jaħdmu fi ħdan Identity Malta fil-mument meta tkun qed tingħata t-tweġiba ghal din il-mistoqsija? Meta saret l-aħħar sejħa biex jintgħażlu impjegati ġodda? Kemm fil-fatt, kienu l-applikanti u kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda? Jista' jagħti spjega ta’ kif u fejn huma jaqdu d-doveri tagħhom dawn l-impjegati fil-varji sferi tal-Aġenzija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-Aġenzija Identity Malta għandha 299 ħaddiem ingaġġat magħha. Il-ħaddiema tal-Aġenzija Identity Malta jaqdu dmirhom fid-dipartimenti varji tagħha. Dawn huma l-Uffiċċju tal-Passaporti, it-Taqsima tal-Karta tal-Identità, ir-Reġistru Pubbliku, it-Taqsima tar-Riċerki, it-Taqsima Ċentrali tal-Viża, it-Taqsima tal-Espatrijati, it-Taqsima ta’ Rappurtaġġ u t-Taqsima tal-Corporate Services. L-aħħar sejħa għall-ingaġġ ta’ ħaddiema saret nhar il-25 ta’ Novembru 2021. Għaliha applikaw 19-il persuna, li minnhom intgħażlet persuna waħda.

Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta’ €300 – anzjani li jgħixu fi djar residenzjali privati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 169 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjanità Attiva u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm anzjani li jgħixu fi djar residenzjali privati li qed jingħataw l-Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta' €300?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta’ €400 – anzjani li għandhom ‘il fuq minn 80 sena

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 170 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjanità Attiva u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm anzjani li għandhom 'il fuq minn 80 sena u li bdew jirċievu l-Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta' €400 mill-1 ta' Jannar 2022? Jista' jgħid kemm minnhom qegħdin jgħixu fil-komunità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali – spezzjonijiet fi djar residenzjali tal-anzjani tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fis-sena 2021 mill-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani tal-Gvern? Jista' jagħti l-lista ta' dawn l-ispezzjonijiet u f'liema djar saru? Jista' jgħid ukoll x'kienu d-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Awtorità wara dawn l-ispezzjonijiet?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2021, l-Awtorità tal-Istandards ta’ Ħarsien Soċjali għamlet total ta’ 1285 spezzjoni fid-djar residenzjali tal-anzjani tal-Gvern, tal-Privat u dawk tal-Knisja. Matul dawn l-ispezzjonijiet irriżultaw 1228 nuqqasijiet li ġew klassifikati u ngħataw rakkomandazzjonijiet biex dawn n-nuqqasijiet ġew indirizzati. L-informazzjoni qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali – spezzjonijiet fi djar residenjzali tal-anzjani privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fis-sena 2021 mill-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani privati? Jista' jagħti l-lista ta' dawn l-ispezzjonijiet u f'liema djar saru? Jista' jgħid ukoll x'kienu d-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Awtorità wara dawn l-ispezzjonijiet?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi għall-informazzjoni mogħtija bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 553.

Żona tal-imbordin – triq bejn san pawl il-baħar u l-mellieħa – stallazzjoni ta’ dawl

Question

Jista’ l-Ministru jassigura li t-triq bejn San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa fiż-żona Ta’ l-Imbordin ikollha iktar dawl installat? Meta jista’ jitwettaq dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minħabba regolamenti ambjentali u spiża pjuttost kbira, il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar mhuwiex fil-pożizzjoni li jsaħħaħ id-distribuzzjoni tad-dawl fi Triq Limbordin, fil-parti li taqa’ taħt ir-risponsabilità tiegħu. Minkejja dan, tlesta xogħol biex tliet bozoz imwaħħla fl-inħawi jingħataw il-kurrent bi spiża ta’ mhux inqas minn €5,333.60. Min-naħa tiegħu, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa attwalment m’għandux pjani li jintroduċi dwal ġodda fit-triq tal-Miżieb fil-parti li taqa’ fil-konfini tiegħu. L-introduzzjoni ta’ skemi ġodda ta’ dwal f’żoni ’l barra mill-konfini tal-iżvilupp (ODZ) tirrikjedi permess mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Żona tal-imbordin – triq bejn san pawl il-baħar u l-mellieħa – stallazzjoni ta’ dawl

Question

Tista’ l-Ministru tassigura li t-triq bejn San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa fiż-żona Ta’ l-Imbordin ikollha iktar dawl installat? Meta jista’ jitwettaq dan ix-xogħol?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li f’partijiet kbar it-triq indikata hija klassifikata bħala ODZ u għalhekk ma jistgħux jitwaħħlu arbli tad-dawl. Sadanittant, l-Enemalta ma rċeviet l-ebda talba għal dawl ġdid fl-inħawi.

Mellieħa – Fort Campbell

Question

B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 24672 tat-13-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jagħti iktar tagħrif dwar iż-żewġ applikazzjonijiet li kienu/għadhom qegħdin jiġu evalwati mill-Awtorità tal-Artijiet għall-forti msemmija? Fiex jikkonsistu dawn l-applikazzjonijiet u f’liema stadju waslu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onorevoli interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija numru 110

Rapport preliminari fuq il-mudell tat-taxxa l-ġdid

Question

Peress li l-Gvern qed jaħdem b’mod attiv fuq il-mudell tat-taxxa l-ġdida u ilu jagħmel dan għal dawn l-aħħar tliet snin, fejn ġie ppubblikat ukoll rapport preliminari xahar ilu, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid meta l-Gvern beħsiebu jagħti kopja ta' dan ir-rapport preliminari lill-Oppożizzjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nikkonferma li l-Malta Financial Services Advisory Council qiegħed jaħdem fuq dan ir-rapport. Il-Kunsill ser ikun qiegħed iwessa’ l-konsultazzjoni tiegħu fiż-żmien li ġej.

Rapport preliminari fuq il-mudell tat-taxxa l-ġdid

Question

Peress li l-Gvern qed jaħdem b’mod attiv fuq il-mudell tat-taxxa l-ġdida u ilu jagħmel dan għal dawn l-aħħar tliet snin, fejn ġie ppubblikat ukoll rapport preliminari xahar ilu, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid meta l-Gvern beħsiebu jagħti kopja ta' dan ir-rapport preliminari lill-Oppożizzjoni?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onorevoli interpellanta sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Ċimiterji tal-Annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi progress sar fil-kostruzzjoni taċ-Ċimiterju tal-Annimali, u meta dan mistenni li jitlesta u jibda jopera?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi x-xogħlijiet fiċ-Ċimiterju tal-Annimali għadhom għaddejjin. Huwa ppjanat li dan jitlesta sal-aħħar ta’ din is-sena.

National Neutering Campaign

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tibda l-kampanja nazzjonali tan-neutering għall-annimali stray? Apparti l-€125,000 allokati għal national neutering campaign, hemm iżjed fondi allokati għal annimali stray għal din is-sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-kampanja tan-neutering tal-qtates għandha tibda fit-tielet kwart ta’ din is-sena. Abbażi tal-eżitu tal-kampanja tan-neutering tal-qtates. Total ta' madwar 1.1 miljun ewro (apparti l-€125,000) ġew allokati għall-ħarsien tal-annimali direttament jew indirettament lejn annimali stray.

Awtorità Maltija tat-Turiżmu — Arretrati ta' liċenzji ta' operaturi turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu kemm għandha arretrati x’tiġbor f’liċenzji minn operaturi turistiċi mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kriterji biex inħarġu ċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa u ċekkijiet ta’ stimolu

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-kriterji kollha li fuqhom il-Gvern ħareġ iċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa u ċ-ċekkijiet ta’ stimolu aktar kmieni din is-sena? U allura jista’ jispjega għaliex iċ-ċekk ta’ stimolu ma wasalx għand kulħadd?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 323.

Epilepsy – statistika

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx xi statistika dwar kemm hawn persuni li jbatu minn dawn iż-żewġ tipi ta’ epilessiji: Lennox-Gastaut Syndrome (LGS) u Dravet Syndrome (DS)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi pre¿entament għandna madwar 3 ka¿ijiet li huma identifikati li jsofru minn Dravet Syndrome (DS) u madwar 20 taħt l-eta’ ta 15 il-sena li għandhom il-Lennox-Gastaut Syndrome (LGS).