Mellieħa – Kunsill Lokali – Infiq ta’ flus f’kamra parti mill-barracks
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa nefaq flus u fiex nefaqhom (b’mod separat) sa mill-2013 sal-lum fil-kamra (parti mill-barracks) devoluta lilu li tinsab fid-daħla tal-Park tal-Majjistral, liema devoluzzjoni kienet saret qabel l-2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li attwalment il-binja msemmija ġiet devoluta lill-Bord tal-Park tal-Majjistral permezz ta’ ftehim iffirmat fid-19 ta’ Novembru 2011, bl-obbligu li tenement E26228 jiġi allokat lill-Kunsill Lokali bħala on-side reference point u uffiċċju.
L-ispejjeż li saru fuqha sal-lum saru fl-2016 u kienu jammontaw għal €1,308. Dawn kienu jinvolvu l-aperturi sabiex il-binja tkun sikura mill-vandaliżu u okkupazzjoni illegali.
Electrogas Power Station (Delimara 4) – prezz li bih kien qed jinxtara l-elettriku
Question
Tista' l-Ministru tikkonferma lill-Kamra li mill-5 ta' April, 2022 spiċċa ż-żmien tal-prezz fiss li bih kien qed jinxtara l-elettriku mill-power station tal-Electrogas (Delimara 4) abbażi tal-Power-Purchase Agreement, skont ma kkonferma l-Awditur Ġenerali fir-rapport tiegħu pubblikat f'Novembru 2018, u li l-prezz medju li bih inxtara kull unit ta' enerġija minn Delimara 4 issa li beda l-"indexed price period" mill-5 ta' April sa meta tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Indexed Price period beda mill-14 ta’ April u l-prezz medju li bih jinxtara l-elettriku mill-impjant magħruf bħala Delimara 4 huwa ta’ €85.81/MWh. Ma' dan il-prezz, l-Enemalta tixtri wkoll l-EU Emissions Allowances, magħrufa wkoll bħala Carbon Emissions, li l-prezz medju fis-suq bħalissa jirriżulta nefqa ta' €20.73/MWh.
Kif jaf l-Onorevoli intepellant, dan mhux l-uniku sors minn fejn tinxtara l-enerġija. Fost oħrajn hemm l-interconnector li l-prezz medju tiegħu f’April kien ta’ €258.25/Mwh, li ma jinkludix ċerti spejjeż anċillari.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 112 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24311 tat-13-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar jekk hemmx pjan li dan il-parkeġġ jinfetaħ sal-aħħar ta’ Mejju, 2022? Jekk iva, meta hi d-data li hemm il-ħsieb li fiha dan il-parkeġġ jinfetaħ? Jekk le, meta hi d-data li hemm il-ħsieb li fiha dan il-parkeġġ jinfetaħ?
Response
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzzjoni, flimkien mall-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada, jinfurmaw lill-Onor. Interpellanta li l-parkeġġ huwa maħsub li jinfetaħ għall-pubbliku fix-xahar ta Lulju.
B’referenza għad-direct orders li ngħataw relatati mal-Malta Metro, jista’ l-Ministru jgħid liema hija ċ-ċifra korretta u ċjoè jekk hux is-somma ta’ €77,000 skont dak li wieġeb l-Onor. Ian Borg fil-Parlament meta matul il-leġiżlatura li għaddiet kien jokkupa l-kariga ta’ Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, jew jekk hix is-somma ta’ €424,000 li ġiet pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx b’dawn id-direct orders? Jekk iva, jista’ jgħid għaliex għadu ma tkellimx dwarhom u jekk le jistax jgħid x’beħsiebu jagħmel dwarhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 122.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx bid-direct orders li ngħataw relatati mal-Malta Metro? Jekk iva, jista’ jgħid għaliex għadu ma tkellimx dwarhom u jekk le jistax jgħid x’beħsiebu jagħmel dwarhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninsab infurmat li d-dettalji dwar dawn id-direct orders ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.
Għawdex — Triq l-Imġarr u Triq Sant Antnin - pjanijiet fuq junction
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanijiet dwar il-Junction li ser issir bejn Triq l-Imġarr u Triq Sant’Antnin?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanijiet dwar il-junction li se ssir bejn Triq l-Imġarr u Triq Sant’Antnin hija skont il-permess tal-Awtorita tal-Ippjanar PA/00522/21.
Ministri, Segretarji Parlamentari u Assistenti — benefiċċji għal użu tal-mobile
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'benefiċċji jieħdu l-Assistenti Personali tas-Segretarji Parlamentari u l-Ministri, fejn jidħol l-użu tal-mobajl? Dawn il-benefiċċji żdiedu matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 184. Rigward dawn il-benefiċċji, ninsab nfurmat li din l-allokazjoni kienet l-istess f'leġiżlaturi preċidenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kinux tqassmu kollha ċ-ċekkijiet ta' qabel l-Elezzjoni Ġenerali, dawk tar-Rifużjoni tat-Taxxa u ċ-ċekk għall-pensjonanti? Jista' jagħti l-każ li xi wħud għadhom ma rċevewhomx?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxa u ċ-ċekkijiet ta’ stimolu tqassmu kollha. Niġbed l-attenzjoni li dawn tal-aħħar tqassmu, bl-iskop li jilqgħu għaż-żieda fil-prezzijiet li kien hemm dak iż-żmien, lil kull min għalaq 16-il sena u mhux lill-pensjonanti biss. Waqt li dawn tal-aħħar ħadu €200 kull wieħed, il-bqija rċevew €100 kull wieħed. Persuni li huma eliġibbli għal dan iċ-ċekk u ma rċevewhx jistgħu jċemplu l-Freephone 153 ta’ servizz.gov biex jivverifikaw li ċ-ċekk tagħhom ħareġ u f’liema indirizz intbagħat.”
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata ta' in-work poverty f'Malta kull sena fil-perjodu bejn l-2012 u sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 24181 tal-Leġizlatura XIII
Jista’ l-Prim Ministru u/jew Segretarju Parlamentari jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li nirreferi lill- Onor Interpellant għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari numri 5265 u 17087 tal-Leġislatura nru 13, inżid li minn April 2022 'l hawn kien hemm dawn l-konsulenti. Irid jingħad illi dawn il-konsulenzi għadhom ma tħallsux.
Lill min ingħatat il-konsulenza
Tip ta' servizz
Ammont € VAT eskluż
Dr Alexei Dingli
Servizzi ta' Konsultazzjoni fuq Artificial Intelligence
€9,500
Profs Gordon Pace
Servizzi ta' Konsultazzjoni fuq Smart Contracts u Blockchain
€9,750
Profs Saviour Formosa
Servizzi ta' Konsultazzjoni fuq Spatial Data
€9,900
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — konsulenzi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-total ta’ konsulenti li jaħdmu mad-dipartiment tas-Saħħa u li qed jagħtu servizz mediku lill-pazjenti Maltin u Għawdxin huwa 343, li minnhom 76 konsulenti ġew ingaġġati mill-2020 sal lum. Dawn il-konsulenti inħattru permezz ta’ sejħa għall- Applikazzjonijiet. . Il-kuntratti tagħhom huma indefiniti u skont il-ftehim settorali.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru u/jew Segretarju Parlamentari jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dwar Konsulenti ngaġġati mall-Ministeru mill-2017 sal-20 ta’ Mejju 2022.
Dawn il-konsulenti ġew ingaġġati b’Contracts for Service.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Il-Kalkara — Triq Missjoni Taljana - points tal-ilma ġodda
Question
Tista’ l-Ministru tispjega għaliex fi Triq il-Missjoni Taljana, il-Kalkara, saru 3 points tal-ilma ġodda tul it-triq li mill-20 ta’ Mejju 2020 s’issa jidher li mhuma konnessi ma mkien, u x’inhu l-iskop li għalih saru?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-“3 points tal-ilma” li qed jirreferi għalihom huma pedestalli tal-ħadid li magħhom għad jonqos li jiġu installati l-pompi tal-ilma awtomatiċi. L-installazzjoni tagħhom tagħmel parti min-network il-ġdid tan-New Water fin-Nofsinhar ta’ Malta; network li qed jinfirex u li qed jibda jintuża gradwalment.
Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra fiex wasal il-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project, li kien imwiegħed li jkollu lanes minnu lesti u miftuħa fl-ewwel kwart ta' din is-sena? Jista' jgħid meta dan il-proġett huwa mistenni li jkun lest għalkollox?
Response (FARRUGIA, AARON)
Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) ser joffri konnessjonijiet eħfef u aktar siguri lejn Ħal Luqa, il-Gudja, Birżebbuġa, Ħal Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi, ż-Żurrieq u Ħal Safi kif ukoll inħawi oħrajn fil-viċinanzi.
Il-proġett jinkludi wkoll il-bini mill-ġdid tar-roundabout tal-Gudja u flyover li se tgħaddi minn fuqha, kif ukoll faċilitajiet ġodda għal mezzi alternattivi tal-ivvjaġġar. Se jtejjeb ukoll l-aċċess lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Port Ħieles, żewġ destinazzjonijiet kruċjali għal diversi setturi tal-ekonomija.
Ir-roundabout tal-Gudja tinsab f’salib it-toroq ma’ diversi toroq arterjali, li jinkludu Vjal l-Avjazzjoni, minn u lejn Ħal Luqa, il-Marsa u Ħal Qormi; Triq Dawret il-Gudja, lejn il-Gudja u Ħal Għaxaq; Triq Ħal Far, minn u lejn Ħal Far, il-Freeport u Birżebbuġa; u Triq l-Ewwel Titjira li tgħaqqad ir-roundabout mal-mini ta’ Ħal Kirkop. Hemm ukoll Triq il-Karwija, li twassal għall-Ajruport.
Il-mina ġdida se toħloq konnessjoni diretta u aktar sigura bejn il-karreġġjati tan-nofsinhar u tat-tramuntana ta’ Vjal l-Avjazzjoni u dawk ta’ Triq Ħal Far. B’hekk, dawk li jkunu għaddejjin f’din ir-rotta, inkluż vetturi kbar, ġejjin minn jew sejrin lejn Birżebbuġa, il-Port Ħieles jew il-Qasam Industrijali ta’ Ħal Far, ma jkollhomx għalfejn iduru mar-roundabout.
Fuq il-mina, Infrastructure Malta se tibni mill-ġdid ir-roundabout eżistenti u l-korsiji tal-bypass b’disinn imtejjeb biex tiffaċilita l-aċċess minn u lejn il-Gudja, Ħal Għaxaq u l-Ajruport. Fit-tielet livell imbagħad, fuq ir-roundabout se jkun hemm il-flyover li sservi ta’ pont bejn il-karreġġjata tan-nofsinhar ta’ Vjal l-Avjazzjoni u Triq l-Ewwel Titjira, fid-direzzjoni lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop. Għaldaqstant, jekk tkun trid tiġbed lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop biex tibqa’ sejjer Ħal Kirkop, l-Imqabba, l-Qrendi, ż-¯urrieq jew Ħal Safi mhux se jkollok bżonn aktar tgħaddi mar-roundabout.
KTAIP u Luqa Junction Project, li qed jinbena biswitu u jinkludi ukoll il-bini ta’ flyover oħra, huma l-ikbar żewġ proġetti li Infrastructure Malta qed taħdem fuqhom din is-sena fit-toroq arterjali. L-ewwel korsiji ta’ KTAIP, b’konnessjoni aħjar minn Ħal Far lejn ir-roundabout tal-Ajruport, ser jinfetħu fil-ġimgħat li ġejjin, hekk kif kien oriġinarjament ippjanat li dawn jiftħu fl-ewwel nofs tas-sena.
Ix-xogħlijiet f’dawn l-inħawi jeħtieġ li jsiru b’attenzjoni kbira għal fdalijiet arkeoloġiċi li jista’ jkun hemm mirdumin taħt l-art. Fil-fatt, kull xogħol ta’ tħaffir qed isir taħt is-superviżjoni ta’ arkeologi approvati mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Fejn jinstabu fdalijiet t’importanza storika, Infrastructure Malta qed taħdem mas-Sovrintendenza ħalli tippriservahom billi tadatta l-pjanti tal-proġett. Ix-xogħlijiet kollha ta’ KTAIP mistennija jkunu lesti fl-ewwel kwart tas-sena 2023. Madankollu, il-flyovers taż-żewġ proġetti ppjanati li jibdew jintużaw qabel l-aħħar ta’ din is-sena.
L-istrutturi tal-azzar li se jiffurmaw il-gvieret taż-żewġ flyovers qed jinħadmu ġewwa fabbrika f’Sevilja, Spanja u l-ewwel partijiet minnhom mistennija jibdew il-vjaġġ tagħhom lejn Malta fil-ġimgħat li ġejjin.
Fuq is-siti tal-proġetti, il-kuntratturi tal-aġenzija diġà bnew il-kolonni tal-konkos li ser iserrħu fuqhom il-flyovers kif ukoll ir-rampi li jwasslu għalihom. Il-flyover ta’ ħdejn l-ajruport se tkun twila 400 metru u ser toffri korsija diretta minn Ħal Luqa lejn il-Mini ta’ Ħal Kirkop. Il-gverta ta’ din il-flyover ser tkun magħmula minn 7 biċċiet tal-azzar li jiżnu 300 tunnellata. Miexi ġmielu wkoll it-tħaffir u l-bini tal-mina taħt ir-roundabout tal-Ajruport. Fil-ġimgħat li għaddew il-ħaddiema bdew isaqqfu l-ewwel biċċiet minnha.
Flimkien, il-KTAIP u Luqa Junction Project se jnaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar sa 74% f’kull direzzjoni tul din ir-rotta. Ser jeliminaw ukoll żewġ żoni magħrufin għall-aċċidenti, billi jneħħu l-ħtieġa li vetturi jaqsmu kontra xulxin fiż-żewġ roundabouts. Fl-istess waqt, permezz ta’ faċilitajiet aktar siguri, se jonqsu wkoll ir-riskji t’aċċidenti għal dawk li jkunu għaddejjin f’din iż-żona bil-mixi jew bir-rota.
Dawn iż-żewġ proġetti se jwasslu ukoll għal titjib sinjifikanti fil-kwalità tal-arja f’Ħal Luqa, il-Gudja u nħawi oħrajn fil-viċin. Fil-fatt, huwa stmat li se jnaqqsu sa 9 tunnellati emissjonijiet tal-materja partikulata kull sena. Bl-istess mod, l-emissjonijiet tad-dijossidju tal-karbonju, li huma fost l-ikbar kontributuri tal-kriżi fil-klima, se jonqsu bi 33,000 tunnellata kull sena.
Trasferiment ta' infermiera minn Sptar Mater Dei għal Kura Primarja
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il infermier ġie trasferit mill-Isptar Mater Dei lejn il-Kura Primarja fis-snin 2021 u 2022, maqsuma xahar b’xahar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-Lulju, f’Settembru u Ottubru tal-2021 kien hemm infermiera waħda għal kull xahar rispettivament li ġiet trasferita mill-Isptar Mater Dei lejn il-Kura Primarja filwaqt li f’Jannar ta’ din is-sena kien hemm 5.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega x’inhu l-pjan biex fl-Isptar Mater Dei jerġa’ jinfetaħ il-Psychiatric Unit li kien ingħalaq minħabba l-pandemija COVID-19, speċjalment issa li d-Deputat Prim Ministru kien qal li aħna bħala pajjiż ħriġna mill-istess pandemija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li inghalqet is-Psychiatric Unit ta’ Mater Dei, kazi akuti ta Mard Mentali li jidhlu permezz tal-emergenza jinghataw kura minn tim psikjatriku residenti f’Mater Dei. Pazjenti ohra li il-kura psikjatrika taghhom hija parti minn kura holistika ta’ mard iehor xorta jinghataw kura f’Mater Dei. Sa dan it-tant servizz gdid fejn team ta’ professjonisti jara kazi akuti godda fil-kommunita u hafna drabi fid-dar tal-pazjent stess qed iwassal biex anqas pazjenti ikunu riferuti lejn l-isptar Monte Karmeli.
Ħaddiema barranin ingaġġati fis-settur tas-saħħa — taħriġ fil-lingwa Maltija
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux qed isir taħriġ tal-lingwa Maltija lill-ħaddiema ta’ nazzjonalitajiet barranin li jiġu ingaġġati bħala ħaddiema fis-settur tas-saħħa? Jekk iva, ta’ liema livell huwa l-Malti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ħaddiema ta’ nazzjonalitajiet barranin li jiġu ingaġġati mal Ministeru għas-saħħa huma mitluba li jtemmu b’ suċċcess kors ta’ taħriġ fl-ilsien Malti. Dan huwa wieħed mill- kundizzjonijiet imni¿¿lin fil-kuntratt tal-impieg tax-xogħol. Dan il-kors li huwa organizzat mill- Universita ta’ Malta. Hemm ¿ewg livelli ta’ dan il-kors, maqsum f’¿ewg partijiet. It-tobba, l-ispi¿jara u d-dentisti huma obbligati jgħaddu mi¿-¿ewġ livelli tal-kors u l-kumplament tal-impjegati jridu jgħaddu mill-ewwel livell biss.
L-Universita ta’ Malta ilha għaddejja b'dawn il-korsijiet għal madwar seba’ (7) snin pero’ l-impjegati jistgħu jattendu kors tal-Malti x’imkien i¿da jridu jgħaddu mill-e¿ami tal-Universita’ ta’ Malta.
I¿-¿ewġ taqsimiet huma ta' Livell Introduttorju B fil-Qafas tal-Kwalifiki ta' Malta (MQF).