Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mellieħa – Kunsill Lokali – kamra li tagħmel parti mill-barracks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed tintuża l-kamra (parti mill-barracks) devoluta lill-Kunsill Lokali Mellieħa li tinsab fil-Park tal-Majjistral, liema devoluzzjoni kienet saret qabel l-2013?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li attwalment il-binja qed tintuża proviżorjament bħala maħżen, billi l-Kunsill għandu l-intenzjoni li l-binja tinbidel f’ċentru ta’ interpretazzjoni dwar il-produzzjoni tal-melħ u l-għasel, bħala parti minn pjan ħollistiku mfassal mill-Bord tal-Park tal-Majjistral.

Selmun – Użu ta’ kumpless ta’ irziezet mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jintuża l-kumpless ta’ rziezet f’Selmun mill-Kunsill Lokali Mellieħa u kemm-il darba fil-ġimgħa qed ikun miftuħ għall-pubbliku, liema kumpless kien ġie devolut lill-istess kunsill qabel l-2013?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont kif gejt infurmat, il-kumpless ta’ rziezet f’Selmun kien qiegħed jinfetaħ għall-pubbliku fi tmiem il-ġimgħa minn NGO, iżda tali servizz ġie sospiż temporanjament minħabba nuqqas ta’ riżorsi. Ninsab infurmat ukoll li l-Kunsill qiegħed jaħdem sabiex dan il-kumpless jintuża bħala ċentru ta’ interpretazzjoni relatat mal-heritage trail ta’ Selmun u għalhekk qegħdin isiru l-proċessi relattivi għal dan il-għan. Fil-frattemp, il-Kunsill qed jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa ħalli l-kumpless ikun ndukrat kif inhu xieraq.

Mellieħa – Bring in Sites

Question

Tista’ l-Ministru tindika kemm u fliema żoni fil-lokalità tal-Mellieħa hemm Bring in Sites għad-dispożizzjoni tal-pubbliku?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmata li fil-lokalità tal-Mellieħa hemm seba’ (7) Bring-In Sites u dawn qegħdin fi: · Triq l-Iżbark tal-Franċiżi · Triq ir-Ramla tat-Torri l-Abjad – sit 1 · Triq ir-Ramla tat-Torri l-Abjad – sit 2 · Ramlet il-Qortin (ta’ Maċċa) · Triq l-Arżnell · L-Armier (fil-parkeġġ) · Triq il-Mellieħa fil-Manikata

Selmun u Bypass ta’ San Pawl il-Baħar – bozoz maqtugħin

Question

Tista’ l-Ministru tara li bozoz li hemm maqtugħin fit-Telgħa ta’ Selmun u fil-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar li ilhom hekk għal diversi jiem, jinbidlu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-jiem li għaddew il-ħaddiema sabu l-ħsarat li kien hemm u għamlu t-tiswijiet meħtieġa fuq id-dwal kemm fit-Telgħa ta’ Selmun u anke fil-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru u/jew Segretarju Parlamentari jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru u/jew Segretarju Parlamentari jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-konsulenzi mħallsin s’issa mill-Ministeru u Segretarju Parlamentari, huma kif jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — konsulenzi

Question

Tista’ l-Ministru tagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Tista’ tgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Tista’ tgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għal Għawdex — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Mellieħa u San Pawl il-Baħar — faċilitajiet għas-sajjieda

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fil-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, fiż-żoni li jagħmlu użu minnhom numru kbir ta’ sajjieda, hux ser ikun hemm titjib fil-faċilitajiet użati mill-istess sajjieda?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli f’dawn l-aħħar sentejn investa fil-faċilitajiet tal-ħatt ġewwa San Pawl il-Baħar, kif ukoll bil-ftuħ ta’ uffiċċju biex iservi lis-sajjieda tan-naħa ta’ fuq ta’ Malta. Barra minn hekk, qed isir ukoll restawr u titjib neċessarju fil-Winch Rooms. Id-Dipartiment ikkonċernat dejjem jagħmel monitoraġġ tal-faċilitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, u minn żmien għal żmien jagħmel investimenti neċessarji hekk kif meħtieġ.

Manikata, Miżieb, l-Imbordin u l-Pwales — ilma għat-tisqija tal-ħxejjex

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta ser ikun qed isir l-investiment adegwat fiż-żoni tal-Manikata, il-Miżieb, l-Imbordin u l-Pwales sabiex il-bdiewa ta’ dawn iż-żoni jkollhom ilma biżżejjed sabiex isaqqu l-ħxejjex tagħhom?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Patients Charter

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Gvern għandux pjan biex il-Patient Charter jiġi ppubblikat f’liġi? Jekk iva, meta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Patient Charter ilu ppubblikat mil- 21 ta’ Novembru tal- 2016.

Sptar Mater Dei, Sptar Monte Karmeli u Kura Primarja Teknoloġija fiż-żamm tal-istorja medika tal-pazjenti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija, liema forma teknoloġika qed tintuża minn professjonisti biex tinżamm l-istorja medika tal-pazjent fl-Isptar Mater Dei, fil-Kura Primarja u fl-Isptar Monte Karmeli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-professjonisti f’Mater Dei għandhom aċċess għar-riżultati tal-investigazzjonijiet tad-demm, tar-radjoloġija u tal-kardjoloġija, id-discharge letter, mediċina, dettalji tal-operazzjonijiet u dokumentazzjoni oħra minn sistemi elettroniċi aċċessibli mill-isptar. Fid-Dipartiment tal-Kura Primarja jinżammu f’format elettroniku permezz tal-Electronic Patient’s Record IT System (EPR). Is-sistema tal-EPR tifforma parti mill-viżjoni tal-Gvern li jgħaqqad is-sistemi tal-IT flimkien fi ħdan il-proġett ERDF CONvErGE. Għalkemm fl-isptar Monte Karmeli, preżentament l-istorja medika tal-pazjent tinżamm b’mod manwali fuq files għal kull pazjent rispettiv, għaddej il-proċess sabiex l-istorja medika tal-pazjenti tibda tinżamm permezz ta’ sistema elettronika.

Pain Clinic — waiting list għall-injection tal-uġigħ

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-ġurnata li qed tiġi mwieġba l-mistoqsija kemm hi twila l-waiting list biex tingħata appuntament għall-injezzjoni tal-uġigħ fil-Pain Clinic?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi il-medja ta’ żmien ta’ stennija minn meta il-konsulent jara l-pazjent fl-outpatients sa meta jkollu l-proċedura tal-pain management hija ta’ 83 ġurnata. Wieħed għandu jkun mgħarraf li f’dawk il-każijiet li huma urġenti, il-proċedura ssir minnufih.

Waiting list għall-assessjar ortopediku

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hi twila l-waiting list għal assessjar ortopediku?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal- 4 ta’ Mejju ta’ din is-sena, n-numru ta’ persuni li għandhom appuntamenti ġodda bbukjati fl-Orthopaedic outpatients (generali) huma 1062 u medja ta’ żmien ta’ stennija bejn id-data tal-booking u d-data attwali tal-appuntament hija 85 gurnata. Wieħed għandu jkun mgħarraf li f’dawk il-każijiet li huma urġenti, il-pazjenti jaraw l-ispeċjalista mill-illum għal għada jew fl-ewwel out-patients clinic li jkun imiss.

Sptar Mater Dei — waiting list għal MRI

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-ġurnata li qed tiġi mwieġba l-mistoqsija, kemm hi twila l-waiting list għal assessjar b’MRI fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja ta’ hin (abbazi ta’analizi sat-30 t’April 2022) meta jigi mitlub MRI scan (ghal kazijiet ta’ rutina fuq bażi Outpatient), u meta jigi meħud huwa ta’ erba’ (4) xhur. Wieħed għandu jkun mgħarraf li f’dawk il-każijiet li huma urġenti, l-MRI isir mill-iktar fis possibbli.

Sptar Mater Dei — qasam ortopediku - assessjar ta' ultrasound

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-ġurnata li qed tiġi mwieġba l-mistoqsija kemm hi twila l-waiting list biex isir assessjar permezz ta’ Ultrasound fil-Qasam Ortopediku fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja ta’ħin (abbażi ta’analizi sat-30 t’April 2022) minn meta jiġi mitlub Ultrasound scan tat-tip ‘musculoskeletal’ (għal każijiet ta’ rutina fuq bazi Outpatient), u meta jigi meħud huwa ta’ erba (4) xhur. Wieħed għandu jkun mgħarraf li f’dawk il-każijiet li huma urġenti, dan isir mill-iktar fis possibbli.