Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarjati
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?
Response (BONNICI, OWEN)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 184, ninformaha li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 21 ħaddiema bħala position of trust u 8 bħala persons of trust. Minn dawn 9 jinsabu fis-Segretarjat Parlamentari.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Segretarjati
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija 184 ta' din il-Leġiżlatura, ninformaha li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 13 -il ħaddiem bħala position of trust u 6 bħala persons of trust.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Segretarjati
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?
Response
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija numru 184, ninformaha li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 8 ħaddiema bħala position of trust u 10 bħala persons of trust.
Fid-dawl tas-sitwazzjoni li qed tikber fejn art agrikola qed tinbiegħ għal skop ta’ rikreazzjoni bil-konsegwenza li ma tibqax tintuża għal tkabbir ta’ frott u ħaxix u allura jintilef aktar potenzjal ta’ produzzjoni agrikola, u fid-dawl tal-wegħdi elettorali tal-Partit Laburista nri: 581,582,583,584 u 585, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuwa l-pjan tal-Gvern biex jindirizza din is-sitwazzjoni qabel ikun tard wisq?
Response
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern ta direzzjoni ċara fil-Manifest Elettorali tiegħu tal-impenn tiegħu biex jindirizza l-problemi li hemm fejn jidħol l-użu ta’ art agrikola. Filfatt, ġew proposti diversi miżuri finanzjarji u fiskali u bħala Ministeru ser inkunu qed inħejju pjan ta’ implimentazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jinbeda x-xogħol fuq il-jetty u breakwater ta’ Buġibba, peress li aktar minn sena ilu ġiet sottomessa applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar u s’issa għadu ma nstema xejn dwarha? Jista’ jara li jkun hemm spazju biżżejjed li s-sajjieda kollha tal-akkwati, kemm part-timers u full-timers, ikollhom fejn jorbtu d-dgħajjes tagħhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Infrastructure Malta qed tippjana biex tibni mill-ġdid il-breakwater ta’ Buġibba, li jinsab f’qagħda mwiegħra, u tintroduċi faċilitajiet aktar siguri għal-laneċ flimkien ma’ terminal tal-passiġġieri, ħalli s-servizz tat-trasport bil-baħar f’Malta jkun jista’ jiġi estiż mill-Belt Valletta u Tas-Sliema lejn San Pawl il-Baħar. Bħalissa qed issir l-evlawazzjoni tal-offerti li ntefgħu għat-twettiq ta’ dan il-proġett wara li kienet ippubblikata sejħa għall-offerti.
Il-breakwater ġdid ta’ 180 metru se jkun itwal minn dak eżistenti biex irażżan aktar il-mewġ fil-bajja, u b’hekk jipprovdi iżjed kenn għad-dgħajjes tas-sajd u opri tal-baħar oħrajn żgħar li jirmiġġaw f’din iż-żona. Se jkollu wkoll faċilitajiet għall-irmiġġ ta’ fast ferry għall-passiġġieri li jużaw is-servizz tat-trasport bil-baħar, kif ukoll pjattaformi aktar siguri għall-irmiġġ ta’ laneċ oħrajn tal-passiġġieri li jużaw l-istruttura eżistenti fis-sajf għal vjaġġi rikreattivi, speċjalment dawk tat-turisti.
Infrastructure Malta qed tipproponi wkoll li tibni moll ta’ 37 metru li jisporġi min-naħa tat-tramuntana tal-breakwater, għal kenn akbar u rmiġġ aktar sigur f’kundizzjonijiet tat-temp differenti. Se tibni mill-ġdid ukoll l-iskall li hemm ħdejn il-breakwater eżistenti b’disinn aktar sigur. Il-postijiet kollha li hemm għall-irmiġġ f’din il-bajja se jibqgħu, filwaqt li l-ispazju fil-baħar (fairway) li minnu jgħaddu l-opri tal-baħar biex jidħlu f’din id-daħla mhux ser ikun affettwat.
Fuq l-art biswit il-breakwater, Infrastructure Malta qed tipproponi li tibni terminal żgħir, fejn il-passiġġieri jkunu jistgħu jistennew għall-kenn u jaqtgħu l-biljett biex jivvjaġġaw bil-baħar lejn Tas-Sliema jew il-Belt Valletta, fejn diġà jopera s-servizz tal-lanċa. It-terminal u s-sit il-ġdid għall-irmiġġ tal-laneċ se jkollu rampi u faċilitajiet oħrajn biex dan il-mezz alternattiv ta’ trasport ikun aċċessibbli għal kulħadd. Fit-terminal se jkun hemm ukoll bicycle racks (fejn tista’ tħalli r-rota) biex jiġi faċilitat l-ivvjaġġar b’mezzi differenti. Ix-xogħlijiet fuq il-proġett jibdew malli jinħarġu l-permessi neċessarji u jintgħażlu l-kuntratturi meħtieġa.
Il-faċilitajiet ġodda għat-trasport bil-baħar f’Buġibba se jkunur-raba’ infrastruttura ta’ dan it-tip li Infrastructure Malta qedti¿viluppa għall-passiġġieri li ju¿aw dan is-servizz f’Malta. Fl-2019 fetħet l-ewwel fa¿i tal-faċilitajiet il-ġoddaf’Marsamxett, il-Belt Valletta, li jinkludu strutturi imtejbingħall-irmiġġ u rampi aktar siguri biex il-passiġġieri li jivvjaġġaw minn u lejn Tas-Sliema jkunu jistgħu jirkbu u jin¿lu mil-laneċ b’aktar kumdità.
Il-bini taż-żewġ faċilitajiet ġodda f’Tas-Sliema (ħdejn il-Ferries) u f’Bormla (fl-inħawi tal-Baċir Numru 1) jinsabu fi stadju avvanzat. Dawn iż-żewġ siti bħalissa mhumiex mgħammrin b’faċilitajiet għall-passiġġieri, u dan jagħmel l-imbark u l-iżbark aktar diffiċli, barra li jieħu aktar ħin. Il-mollijiet ġodda se jkomplu jtejbu s-sigurtà u l-effiċjenza għaldan il-mod ta’ vvjaġġar. Bħala parti minn dawn il-faċilitajiet, Infrastructure Malta se tibni wkoll strutturi żgħar ta’ kenn għall-passiġġieri.
Is-sajjieda full-timers u part-timers preżenti se jiġu riallokati u fl-ispazju ġdid li se jigi krejat wara l-bini tal-breakwater, għalkemm limitat, se jiġu possibbilment allokati xi sajjieda oħra. Mal-breakwater innifsu se jiġu allokati dgħajjes kummerċjali kif hemm bħalissa.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-applikazzjoni għall-jetty u breakwater f’Buġibba li ġiet sottomessa aktar minn sena ilu mal-Awtorità tal-Ippjanar?
Response
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni għall-jetty u breakwater f’Buġibba għaddiet mill-proċess ta’ “screening” u bħalissa l-Awtorità tal-Ippjanar qiegħda tistenna l-informazzjoni mitluba sabiex din l-applikazzjoni tiġi vvalidata u tkun tista tgħaddi għall-proċess sħiħ tal-ippjanar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li minn April ta’ din is-sena l-qbid tal-alongi sar bil-kwota ta’ tlieta kull opra tal-baħar? Kif ġiet iffissata din il-kwota ta’ tlieta kull opra tal-baħar? X’inhi r-raġuni li ġiet applikata ‘administration fee’ ta’ €20 biex tkun tista’ tapplika biex tistad għall-alongi? L-għaqdiet tas-sajjieda ġew ikkonsultati minn qabel ma’ ddaħħlet fis-seħħ din il-kwota u din l-‘administration fee’?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm differenza bejn sajjieda professjonali u sajjieda rikreazzjonali għaliex hemm differenza bejn “kull opra tal-baħar”. Paragrafu 7 tar-rakkomandazzjoni tal-ICCAT Numru 21-6, adottata f’Novembru tas-sena 2021, jispeċifika b’mod ċar li minħabba pjan ta’ ġestjoni dan it-tip ta’ ħut m’għandux jinqabad, jinżamm abbord jew jinħatt mhux aktar minn 3 alungi kull ġurnata għal kull bastiment rikreazzjonali. Għaldaqstant hawnhekk mhux qed issir referenza għas-sajjieda professjonali. L-administration fee ta’ €20 li qed issir referenza għaliha hi marbuta mal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-alungi għall-bastimenti rikreazzjonali, bl-istess mod li jsiru applikazzjonijiet simili oħra għall-speċi oħra. Ta’ min wieħed jgħid li l-Għaqdiet tas-Sajjieda Rikreazzjonali kienu mgħarrfa b’dan.
Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol ta' manutenzjoni sar fl-appartamenti tal-Gvern li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jikkonferma li x-xogħol kollu li sar laħaq il-livelli kollha mixtieqa u li x-xogħol kollu li tħallas biex isir, fil-fatt sar?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala kjarifika, l-Awtorità tad-Djar twettaq xogħol ta’ tiswijiet strutturali fl-appartamenti u partijiet komuni tal-blokok residenzjali kif ukoll tiswijiet ta’ servizzi u finishes fil-partijiet komuni ta’ blokok li huma proprjetà tal-Gvern u tal-istess Awtorità. Dwar manutenzjoni, l-inkwilini huma obbligati jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni regolarment fl-appartament u l-paritjiet komuni fil-blokka fejn joqogħdu. Madanakollu l-Awtorità tgħin lill-inkwilini wkoll f’dan ir-rigward.
Bejn l-2018 u l-2019 l-inkwilini kienu pparteċipaw fl-iskema tal-Awtorità bi sħab mal-Kunsill Lokali, fejn huma stess qabbdu kuntratturi biex jagħmlu diversi xogħlijiet fil-komun u wara li tlestew ġew rimburżati bl-ispejjeż skont l-għotja approvata mill-Awtorità. Waqt li kienu qed isiru dawn ix-xogħlijiet li ħadu ħsiebhom l-inkwilini stess, l-Awtorità għamlet ukoll xogħol addizzjonali ta’ manutenzjoni fuq il-bjut tal-blokok kollha fejn sar il-kisi tal-opramorti u tromba tat-taraġ kif ukoll organizzar ta’ tankijiet tal-ilma u xogħol relatat.
Kif jitlestew kwalunkwe xogħlijiet hija proċedura tal-Awtorità li dawn jiġu spezzjonati, il-kuntratturi jingħataw istruzzjonijiet biex jirranġaw fejn ikun meħtieġ u fl-aħħar ix-xogħol jiġi mkejjel u ċertifikat qabel ma joħroġ il-pagament.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – karigi u pożizzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust fis-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari hi skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-kumplament li mhumiex imniżżlin fil-Manwal huma dawn:
Denominazzjoni
Person/Position of Trust
Salarju
2 Junion Veterinary Officers
Person of Trust
Skala 9
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – karigi u pożizzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust fis-segretarjat tal-Ministeru hi skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-kumplament li mhumiex imniżżlin fil-Manwal huma dawn:
Project Coordinator – Salary Scale 6 (FT)/p.a.
Senior Support Services Coordinator – Salary Scale 10 (PT)/p.a.
Assistant Support Services Coordinator – Salary Scale 16 (FT)/p.a.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – karigi u pożizzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust fis-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari hi skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur – karigi u pożizzjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Lokali inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tagħha u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni tgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum il-Ministeru għad m’għandux nies ingaggati f’karigi u pożizzjonijiet ta’ Persons/Positions of trust, għaliex il-proċess biex jiġu ngaġġati dawn għadu ma ġiex iffinalizzat.
L-unika kuntratti ta' Positions of Trust/ Persons of Trust iffirmati sa issa huma tal-impjegati li ġew ingaġġati fis-Segretarjat skont il-Manwal.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – karigi u pożizzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għadd ta’ persuni fis-Segretarjat li ġejjin mis-Servizz jew mis-Settur Pubbliku huwa ta’ 12-il persuna, filwaqt li hemm 3 persuni bħala persons of trust.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – konsulenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 326.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija 328 tas-Seduta 8.
Ministeru għall-Poltika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 331.