Jista’ l-Ministru jindika jekk hux ser ikun qed isir investiment mill-Gvern fil-Farmers’ Market f’Ta’ Qali?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern ser ikun qed jagħmel investiment ġewwa l-Farmers Market hekk kif approvat fil-permess maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar bir-referenza PA/07629/20.
Ir-Rabat Malta — Kulleġġ San Nikola - Skola Primarja B
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet ir-rinovazzjoni tal-Iskola Primarja B, parti mlil-Kulleġġ San Nikola fir-Rabat Malta? Meta huwa ppjanat li jkun lest? Meta ser jidħlu l-istudenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fl-Iskola Primarja B fir-Rabat, Malta, li tifforma parti mill-Kulleġġ San Nikola, jinsab għaddej skont kif ppjanat bil-fażi ta’ kostruzzjoni mistennija tkun lesta fix-xhur li ġejjin. Wara din il-fażi jibdew ix-xogħlijiet mekkaniċi u elettriċi, kif ukoll dawk ta’ finishes.
Hu mistenni li din l-iskola tilqa’ l-ewwel studenti tagħha, fil-bidu tas-sena skolastika 2023-24
Ħal Qormi, Ħal Luqa u Siġġiewi – persuni repistrati li qed jaħdmu part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati li qed jaħdmu part-time f’April 2022 u li jgħixu Ħal Qormi, Ħal Luqa u s-Siġġiewi? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm irġiel u dan kollettivament u skont il-lokalità rispettiva?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt isib tabella li turi n-numru ta` nisa u rġiel li qed jaħdmu part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom (part time only) u li kellhom part time job mal-full time (part-time with full-time) sal-aħħar ta’ Diċembru 2021 u li jgħixu Ħal Qormi, Ħal Luqa u s-Siġġiewi.
Part-Time Only
Part-Time Only Total
Part-Time with Full-Time
Part-Time with Full-Time Total
Lokalita`
Nisa
Irġiel
Nisa
Irġiel
ĦAL- LUQA
188
164
352
146
293
439
ĦAL-QORMI
561
425
986
335
832
1,167
IS-SIĠĠIEWI
360
248
608
267
534
801
Total
1,109
837
1,946
748
1,659
2,407
L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Diċembru 2021.
Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi ta’ ’l fuq minn 60 sena li f’dawn l-aħħar ħames snin kienu jaħdmu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt isib tabella li turi n-numru ta’ persuni minn 60 sena ’l fuq li f’dawn l-aħħar ħames snin kienu jaħdmu.
Sa l-aħħar ta` Diċembru
Sena
2017
2018
2019
2020
2021
Total ta’ persuni minn 60 sena ’l fuq li jaħdmu.
18,823
20,955
22,846
23,582
25,346
Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi ta’ ’l fuq minn 70 sena li f’dawn l-aħħar ħames snin kienu jaħdmu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt isib tabella li turi n-numru ta’ persuni minn 70 sena ’l fuq li f’dawn l-aħħar ħames snin kienu qed jaħdmu.
Sa l-aħħar ta` Diċembru
Sena
2017
2018
2019
2020
2021
Total ta’ persuni minn 70 sena ’l fuq li jaħdmu.
4,304
4,897
5,561
5,906
6,493
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Qormi li kienu jirreġistraw għax-xogħol f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar xahar? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm irġiel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Luqa li kienu jirreġistraw għax-xogħol f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar xahar? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm irġiel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu s-Siġġiewi li kienu jirreġistraw għax-xogħol f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar xahar? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm irġiel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Taħriġ għal tfal b’diżabilità – postijiet alternattivi u ħinijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jistax ikunu provduti postijiet alternattivi u ħinijiet ta’ taħriġ għal tfal b’diżabilità bħalma jeżisti għal kull sport ieħor biex b’hekk il-ġenituri li jkunu jridu jakkumpanjawhom ikollhom lok għal għażla u li jkun konvenjenti għalihom?
Tista’ l-Ministru tgħid jekk tfal b’diżabilità li ma jistgħux jiktbu imma jistgħu jikkomunikaw b’mod ieħor, hux qed jingħataw laptop biex jgħinhom f’dan ir-rigward? Jekk le, għalfejn dawn it-tfal m’għandhomx jingħataw dak kollu possibbli bħal laptops u apparat ieħor biex ilaħħqu ma’ tfal oħrajn li huma tal-istess livell u età tagħhom?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Sapport, permezz ta’ professjonisti fi ħdan id-dipartiment ACTU, toffri assessjar ta’ tfal b’diffikultà ta’ komunikazzjoni kif ukoll rakkomandazzjonijiet u gwida dwar apparat teknoloġiku assistiv. Wieħed jista’ japplika għal sussidju fuq laptops / tablets permezz tal-iskemi Empowerment Scheme u dik tas-Sussidju fuq Apparat Speċjalizzat, dejjem fuq ir-rakkomandazzjonijiet tat-terapisti fi ħdan l-ACTU.
Permezz ta’ dan l-assessjar minn Aġenzija Sapport wieħed jista’ wkoll jaċċessa għajnuna ta’ entitajiet oħra f’dan ir-rigward.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux possibli li l-iskejjel tal-Istat ikollhom numru ta’ frames li jistgħu jintużaw mill-iskejjel skont il-bżonn, biex b’hekk it-tifel jew tifla tħalli l-frame personali tagħha d-dar, titla’ t-trasport ma’ tfal oħra u mbagħad issib il-frame tal-iskola meta tasal ? B’hekk dawn it-tfal ikunu jistgħu jkomplu ma’ tfal oħra mingħajr ma jkollhom bżonn ta’ trasport speċjalizzat.
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat
Persuni b’diżabilità fiżika – edukazzjoni post sekondarju u terzjarju
Question
Peress li persuni b’diżabiltà fiżika jista’ jkollhom abbilitajiet intelletwali ta’ livell għoli u allura l-edukazzjoni tagħhom tibqa’ anki sejra f’livelli post sekondarji u terzjarji, tista’ l-Ministru tgħid x’qed jiġri f’dawn il-livelli? Tista’ l-Ministru tgħid jekk ikunx hemm nies bħal Learning Support Educators li jgħinu lil dawn il-persuni f’dawn il-livelli ukoll?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat
Ġenituri bi tfal b’diżabilità – provisions għal ġenituri biex jieħdu t-tfal għall-appuntamenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx provisions għal dawk il-ġenituri li għandhom tfal b’diżabbiltà biex ikunu jistgħu jattendu sessjonijiet ta’ fiżjoterapija, speech therapy u appuntamenti l-isptar mat-tfal waqt il-ħin tax-xogħol minflok jużaw il-Vacation Leave?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qatt ma eżistiet xi forma ta' proviżjoni ġenerali fis-sens li qiegħed jistaqsi hu. Prattiċi ta' xogħol flessibbli (flexi-hours) ġeneralment ikunu provduti fil-kuntratt tax-xogħol u/jew fil-ftehim kollettiv (skont il-każ) bejn il-ħaddiema u min iħaddem. Dawn, flimkien mal-liġijiet viġenti jirregolaw ir-relazzjonijiet industrijali.
Tajjeb ukoll illi wieħed ikun jaf illi meta ġenitur iħossu li ħa jiġi jew ġie ddiskriminat minħabba fid-diżabilità ta' xi wild, għandu jirrikorri għand il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità sabiex tinvestiga l-każ.
Proġett tad-daħla tas-Salina – Permessi u pjanti approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi u l-pjanti kif approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar relatati mal-proġett tad-daħla tas-Salina (li saret referenza għalih fuq domanda parlamentari 102) u li fuqhom suppost Infrastruttura Malta qed timxi magħhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti mitluba, li huma diġà pubbliċi u aċċessibbli għal kulħadd fuq il-website tal-Awtorità tal-Ippjanar www.pa.org.mt, qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Proġett tad-daħla tas-Salina – Permessi u pjanti approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi u l-pjanti kif approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar relatati mal-proġett tad-daħla tas-Salina (li saret referenza għalih fuq domanda parlamentari 102) u li fuqhom suppost Infrastruttura Malta qed timxi magħhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 122 u b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa' taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala parti mis-servizzi meħtieġa fuq perjodu ta’ 15-il ġurnata fejn kienu preżentati l-istudji b’rabta mal-proposta tal-metro li tali studji li saru fl-2017 (u ċjoè kważi erba' snin qabel ma saret din l-esebizzjoni) swew lil pajjiżna €1,807,907.41, jista’ l-Ministru jgħid:
(a) Kemm-il tinda ġiet armata u kemm ġiet tiswa kull tinda li fiha saret l-esebizzjoni għall-perjodu ta’ 15-il ġurnata?
(b) Kemm ġiet tiswa l-għamara meħtieġa għal din it-tinda u fiex kienet tikkonsisti eżatt din l-għamara? X’sar minnha din l-għamara wara li spiċċat din l-esebizzjoni?
(c) Kemm ġew jiswew l-iscreens għal din l-esebizzjoni u kemm-il screen inkera?
(d) X’tip ta’ strutturi ntużaw għal din l-esebizzjoni u kemm swew flus dawn l-istrutturi?
(e) Kemm ġiet tiswa s-sistema ta’ arja kundizzjonata?
(f) Kemm-il generator ġie mikri għal din l-esebizzjoni, x'saħħa kellu kull generator u kemm ġie jiswa kull generator?
(g) Kemm ġew jiswew id-dwal użati għal din l-esebizzjoni?
(h) Kemm ġew jiswew flus is-sistemi ta’ audio għal din l-esebizzjoni?
(i) Kemm ġie jiswa flus l-ipprintjar ta’ materjal informattiv ta’ din l-esebizzjoni?
(j) Kemm ġie jiswa t-tindif għal din l-esebizzjoni?
(k) Kemm ġie jiswa t-trasport għal din l-esebizzjoni, x’forma ta’ trasport intuża u għal xiex / għal min ġie pprovdut dan it-trasport?
(l) Kemm-il tapit intuża għal din esebizzjoni u kemm ġie jiswa kull tapit?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 122, u peress li l-istudji b’rabta mal-proposta tal-Metro li swew lil pajjiżna €1,807,907.41 kienu saru fl-2017, x'inhi r-raġuni Ii għas-servizzi biex issir l-esebizzjoni imsemmijja fir-risposta tiegħu ma ħarġux tenders kompetittivi minflok direct orders? Ma jaħsibx il-Ministru li kważi erba' snin huwa żmien biżżejjed biex joħorġu tenders kompetittivi għal dawn s-servizzi? X’inhi r-raġuni li dawn id-direct orders ingħataw lill-kumpanija waħda, u ċjoè lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandu żball meta jgħid li kollox kien lest fl-2017, kif jipprova jagħti l-impressjoni fil-mistoqsija tiegħu. Saħansitra fuq is-sit li tnieda mal-esebizzjoni – www.metro.mt – kien ingħata timeline li jixhed dan u l-istudju ppubblikat għandu wkoll nota dwar l-impatt tal-pandemija. Sadanittant ninfurmah li l-proċess għadu għaddej b’aktar studji.