Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kif ġiet allokata l-eco contribution miġbura fl-2024?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jamministra l-fondi allokati taħt il-Vot 7019. Madankollu, il-kontribuzzjoni tal-eco tax tinġabar mill-Malta Tax and Customs Administration.
Matul l-2024, il-kumitat responsabbli għal dan il-fond, jiġifieri t-Tourism Projects Advisory Committee, li kien jaqaʼ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika, alloka:
1. €118,121.14 b’rabta mal-Pjazza ta’ Spinola; u
2. €45,962.87 b’rabta ma’ Triq Paceville.
Fiż-żewġ każi fil-lokalità ta’ San Ġiljan.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-proġetti li saru mill-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi (TZRA), matul is-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul din is-sena, l-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi (TZRA) wettqet dawn ix-xogħlijiet:
· Flimkien ma’ Infrastructure Malta ikkoordinat ix-xogħlijiet ta’ tiswija fi Triq San Ġorġ (madwar 120 metru kwadru) u Triq Wilġa (madwar 410 metru kwadru).
· Applikat b’suċċess biex iġġedded l-istatus ta’ akkreditazzjoni Purple Flag ta’ Paceville u dan ingħata mill-UK-ATCM matul Lulju 2025.
· Flimkien ma’ Infrastructure Malta, EneMalta u l-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema, it-TZRA kkoordinat it-titjib tal-promenade tal-Ferry f’Tas-Sliema billi kkummissjonat il-bini mill-ġdid tal-bollards tal-konkrit, l-installazzjoni ta' fanali ġodda u ż-żebgħa tal-ħitan tal-konfini.
· B'koordinazzjoni mal-Valletta Operations and Management Committee, it-TZRA bdiet proġett ta' tisbiħ taż-żona tal-konfini tal-Belt Valletta inkluża ż-żona tax-xatt.
· B'koordinazzjoni mal-Malta Tourism Authority, it-TZRA ramat/żarmat l-assi fuq il-bajja (passaġġi,
showers
, torrijiet tal-għassa, slielem/pontijiet,
changing rooms
, kontenituri għas-separazzjoni tal-iskart kkuluriti u sinjali fil-bajjiet).
· B'koordinazzjoni mal-MTA, it-TZRA waqqaf u żarma aktar minn 1440 stand tal-wiri fi 38 lokalità għal avvenimenti soċjali, kulturali u reliġjużi organizzati mill-Kunsilli Lokali, entitajiet pubbliċi u NGOs.
Apparti minn hekk, ħaddiema tat-TZRA wettqu tiswijiet, għamlu manutenzjoni u xogħlijiet ta’ tisbiħ fuq:
· 553 bank;
· 143 arblu dekorattiv tal-lampi;
· 440 sinjal, mirja, bollards;
· 12,516 metru linejari ta’ xogħlijiet ta’ tisbiħ fuq ħitan tal-konfini fi spazji miftuħa, sottobank fil-promenades eċċ;
· 136 qasrija;
· 3,488 metru ta’
railings
tal-promenade.
Dawn ix-xogħlijiet saru f’53 lokalita’ u l-maġġoranza tagħhom saru flimkien mal-Kunsilli Lokali.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa tal-Valletta Management Plan matul is-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31948 u 31949, li oriġinarjament saru lill-Prim Ministru u lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u li issa ġew referuti lilu, u jgħid in vista tar-rakkomandazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju tal-Ombudsman lill-Prim Ministru, Każ Nru OMB-24-4570 dwar għotjiet lill-media houses, kif komunikata fit-3 ta’ Settembru 2025, jista’ l-Ministru jindika x’passi ser jittieħdu sabiex din tiġi implimentata?
Response (BONNICI, OWEN)
L-għotjiet lill-media houses saru dejjem skont skeda mfassla mid-djar tal-pubblikazzjonijiet stess. Hemm skedata laqgħa dwar il-fondi għas-sena 2026 u dan il-punt se jitqajjem min-naħa tal-Ministeru.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32019 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid jekk iż-żmien li matulu persuna tkun irċeviet il-‘Carers Allowance’ jew il-‘Carers Grant’ jgħoddx għall-finijiet tal-pensjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32018 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid x’inhuma eżattament il-kriterji biex persuna tidħol fl-iskema tal-‘Carers Allowance’ jew tal-‘Carers Grant’? Jekk persuna tkun diġà laħqet jew qabżet l-età tal-pensjoni, tista’ xorta tibqa’ jew tidħol f’din l-iskema?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu - Konsulenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21939, 22501 u 24077 u jagħti rendikont ta’ kemm-il konsulent ġie maħtur mill-Ministeru tiegħu u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tul is-snin 2023, 2024 u 2025 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid min huma dawn il-konsulenti, fuq liema kriterji ntgħażlu u x’rata ta’ remunerazzjoni għandhom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu - Konsulenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21941, 22498 u 24079 u jgħid kemm minn dawn il-konsulenti maħtura mill-Ministeru tiegħu u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) nħatru wara sejħa pubblika u kemm minnhom ma ntgħażlux wara sejħa pubblika?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jikkjarifika għalfejn hemm double yellow lines quddiem blokka flats fi Sqaq Bursett f’Ħaż-Żabbar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokal ta’ Ħaż-Żabbar li jeħtieġ l-identifikazzjoni eżatta tal-blokka li qed issir referenza għaliha sabiex tkun tista’ tingħata t-tweġiba mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti l-għadd ta’ separazzjonijiet pendenti f’dawn l-aħħar ħames snin u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ħarġet taħrikiet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) f’dawn l-aħħar sentejn u f’liema żoni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li bejn l-2024 u s-6 ta’ Novembru 2025, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ħarġet total ta’ 2,558 taħrika.
Fis-sena 2024 inħarġu total ta’ 1,303 taħrika li minnhom 1,264 inħarġu f’Malta, 34 inħarġu fuq Għawdex, u 5 taħrikiet ma jkoprux żona speċifika.
Din is-sena (mill-1 ta’ Jannar sas-6 ta’ Novembru 2025) inħarġu total ta’ 1,255 taħrika, li minnhom 1,241 inħarġu f’Malta, 7 inħarġu f’Għawdex, u 7 taħrikiet ma jkoprux żona speċifika.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31561, jista’ l-Ministru jgħid meta (xahar u sena) hu maħsub li jinbnew il-faċilitajiet u jsiru x-xogħlijiet neċessarji biex persuni li jkunu qed jistennew biex jirkbu l-fast ferry mill-Port tal-Imġarr ikollhom fejn jistkennu mill-elementi tat-temp? Jista’ jgħid ukoll fiex se jkunu jikkonsistu u kemm huma stmati li se jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet, jekk ħarġux il-permessi meħtieġa u jekk ħarġtix is-sejħa għal dawn l-istess xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-faċilitajiet proposti jikkonsistu f’żewġ canopies b’saqaf magħmul minn pannelli komposti, struttura tal-azzar galvanizzat u sistema integrata għall-ilma tax-xita. L-istrutturi ser ikunu hemm qabel għall-istaġun tas-Sajf li ġej.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar is-sejħa ‘CT3018/2024 DESIGN AND BUILD TENDER FOR BLOCK 6, AT MOUNT CARMEL HOSPITAL CAMPUS, USING ENVIRONMENTALLY FRIENDLY CONSTRUCTION MATERIALS AND PRODUCTS’ li għalqet fis-17 ta’ Settembru 2024 u jgħid x’ser jiġri issa? Jista’ jgħid ukoll jekk dan il-proġett huwiex ser isir jew le?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li t-tender ġie kanċellat għal raġunijiet tekniċi.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Proġetti/xiri fl-2026
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti/xiri ġewwa Għawdex li se jinbeda x-xogħol fuqhom matul is-sena 2026 mill-Ministeru tiegħu, minn issa sal-aħħar tas-sena, u li għalihom ser jiġu użati fondi allokati għall-Ministeru tiegħu? Kemm huma stmati li se jiġu jiswew dawn il-proġetti/xiri?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif għadna kemm ħabbarna fil-budget għas-sena li ġejja, ser niftħu mill-ġdid il-pitkalija f'Għawdex. Ninfurmah li bħalissa għaddejjin il-preparamenti ta’ disinni u l-kwantifikazzjoni tal-istimi tal-investiment meħtieġ. Barra min hekk, ninforma li l-Ministeru tiegħi hu maġġorment responsabbli għal-proviżżjoni ta’ servizzi ġewwa Għawdex, u li dawn jingħataw bl-istess mod min Għawdex hekk kif jingħata min Malta.
Iż-Żebbuġ, Għawdex - Triq Għajn Mhelhel – Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31557 fl-intier tagħha u jgħid kemm huma stmati li ser jiswew ix-xogħlijiet fi Triq Għajn Mhelhel (li miż-Żebbuġ, Għawdex twasslek għax-Xwejni), minn min se jsiru u minn liema framework contract se jsiru?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet li se jsiru mill-framework agreement for the provision of general road works including the laying of asphalt for the Ministry for Gozo - CT2361/2022. Mistennija li jiġu jiswew is-somma ta’ madwar Euro 600,000 (excl VAT).