Skont it-Terms of Reference tal-Bord Editorjali tal-PBS (para 6d) l-istess Bord irid jippreżenta rapport kull sena, għaldaqstant, jista' l-Ministru jippubblika r-rapporti tal-PBS mill-2016 sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-PBS? Meta jagħlaq it-terminu tal-ħatra tagħhom? Kemm hija r-remunerazzjoni tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri attwali tal-Bord offrew ir-riżenja tagħhom u ninsabu fil-proċess li jinħatar Bord ġdid.
Jista’ l-Ministru jgħid meta jaħseb li x-xogħol tal-mini ta’ Għajn Dwieli se jitlesta? Jista’ jgħid jekk ix-xelters (daħliet) li hemm f’din iż-żona, li fil-passat servew bħala latrini pubbliċi, hux se jintużaw għal xi ħaġa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Infrastructure Malta qed tinvesti €2.2 miljun biex tirrestawra l-Mina ta’ Għajn Dwieli li nbniet 120 sena ilu, waħda mid-daħliet ewlenin għall-ibliet ta’ Bormla, l-Isla u l-Birgu. Din il-mina testendi 110 metri taħt il-Bastjun ta’ San Pawl, biex tgħaqqad Triq Għajn Dwieli, f’Raħal Ġdid ma’ Triq it-Tlett Ibliet, f’Bormla. Ir-Royal Navy bniet il-mina u t-toroq li jwasslu għaliha fl-1900 meta mmodifikaw is-swar tal-Cottonera Lines f’din iz-zona biex jakkomodaw zewġ baċiri ġodda (Baċir Numru 4 u Baċir Numru 5) għat-tarzna navali fil-viċin.
L-aġenzija qed tirrestawra l-istruttura tal-Mina ta’ Għajn Dwieli, iz-zewġ daħliet tagħha, kif ukoll ix-xaft ta’ ventilazzjoni kbir li hemm f’nofsha. Ix-xogħlijiet kienu jinkludu t-tindif tal-ħitan u s-saqaf tal-mina min-nugrufun li kien ilu jinġemgħa għexieren ta’ snin u t-tikħil tal-ġebel tal-franka b’materjali li jippermettu lill-ġebla tieħu n-nifs filwaqt li jnaqqsu l-influss tal-ilma li jnixxi b’mod naturali minn ġol-blat li hemm fuq l-istess mina. Qed tiġi mtejba anke s-sistema tal-ispralli u katusi għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita.
Ix-xogħlijiet jinkludu ukoll l-installazzjoni ta’ sistema adekwata ta’ dwal bħal dawk li Infrastructure Malta għamlet fl-erba’ strutturi tal-mini prinċipali li għandna fis-sistema tat-toroq arterjali f’pajjizna, f’Ta’ Giorni, Tal-Qroqq, Santa Venera u Ħal Kirkop. Fil-Mina ta’ Għajn Dwieli se tintroduċi ukoll sistemi ta’ sigurezza u għal kontra n-nirien, bħalma huma fire hydrants, dawl li jimmarka d-direzzjoni tal-ħruġ waqt evakwazzjon kif ukoll tagħmir minn fejn iċċempel għall-għajnuna f’ka¿ t’emerġenza. Il-mina se jkollha wkoll cameras ta’ sorveljanza ġodda għall-immaniġġjar tat-traffiku u tabelli tat-traffiku elettroniċi.
Infrastructure Malta kkonsultat lis-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali, biex tizgura li l-karatteristiċi storiċi tal-mina u l-istrutturi tas-swar madwarha jiġu mħarsa kif jixraq. Filwaqt li b’konsultazzjoni mal-istess Sovrintendenza uħud mid-daħliet ma ġewx inkluzi f’dan il-proġett, in-niċċa fil-blat li hemm ġewwa l-mina u li r-residenti ta’ Bormla kienu juzawha għall-quddies matul it-Tieni Gwerra Dinjija ser titnaddaf u tiġi priservata. Fil-ġimgħat li ġejjin għandhom jitlestew ix-xogħlijiet taħt l-art u l-bankini fil-mina u fit-toroq li jagħtu għaliha sabiex il-kisi bl-asfalt ikun lest sal-aħħar ta’ Lulju, biex imbagħad jibdew ix-xogħlijiet finali fosthom id-dwal u installazzjoni ta’ sistemi oħrajn. Il-proġett huwa ppjanat li jitlesta sal-aħħar t’Ottubru.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx rekords tax-xelters li kienu jintużaw fil-gwerra u llum jinsabu magħluqa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li s-Sovrintendenza għandha l-pjanti tax-xelters pubbliċi tat-Tieni Gwerra Dinjija ta’ Malta.
Riċentament sar eżerċizzju fejn dawn ġew immarkati fuq is-sistema tal-GIS (s’issa għadha interna). Ħafna minn dawn ix-xelters jinsabu f’toroq, b’hekk huma magħluqa. L-unika xelters li kienu mogħtija taħt Att ta’ Kurazija, u b’hekk huma operati bħala mużew, huma dawk ta’ Couvre Porte fil-Birgu.
Iżda hemm numru ta’ xelters oħrajn, speċjalment fil-pjazzez ta’ bliet u rħula, li jinfetħu okkażjonalment, waqt festi jew ġranet speċjali, mill-kunsilli lokali jew għaqdiet.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx programmat li Triq Wiġi Rosato f’Bormla tinqala' u ssir mill-ġdid b’wiċċ ġdid?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Bormla, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Alessandra, Triq San Ġorġ, Triq il-Pellegrinaġġ, Triq l-Iljun, Triq l-Oratorju, Triq il-Polverista, Triq Santa Margerita, Triq il-Gendus u Triq ir-Regatta.
Bħalissa qed issir Triq Santa Margerita u diġà hemm ippjanat biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fi Triq San Franġisk u Triq Wiġi Rosato.
Bormla – Triq l-Inkurunazzjoni – restawr ta’ knisja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx kien hemm pjan li tiġi restawrata u miftuħa għat-turisti knisja mill-eqdem li hemm taħt l-art fi Triq il-Inkurunazzjoni f’Bormla?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kappella tan-Natività li hemm taħt l-art fi Triq l-Inkurunazzjoni f’Bormla hija waħda mill-proġetti fil-pjan tax-xogħolijiet tal-Uffiċju tal-Proġetti ta’ Rijabilitazzjoni fi ħdan id-Direttorat tar-Restawr.
Jista’ l-Ministru jgħid ta’ min hi r-responsabbilità għall-manutenzjoni ta’ bankina u t-triq li mill-Bieb ta’ Sant Anġlu tagħti sal-ponta ta’ Sant’Anġlu u dan peress li hemm telqa kbira f’żona li tiġbed ħafna nies?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għal din is-sena hemmx xi ammont allokat għas-sajjieda Maltin bħala bycatch? Jekk iva, kemm hu dan l-ammont? Jista' jgħid ukoll kif taħdem din is-sistema u kif tiġi mqassma?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-istaġun tat-tonn 2022, ġew allokati seba’ tunnellati u nofs għall-qabdiet inċidentali (bycatch). L-iżbark tal-qabdiet inċidentali tat-tonn huwa awtorizzat biss għal dawk il-bastimenti li huma awtorizzati biex jaqbdu l-pixxispad fl-2022. Il-bastimenti li ġew awtorizzati biex jaqbdu t-tonn, iżda ttrasferixxew il-kwota tagħhom, mhumiex eliġibbli biex iħottu t-tonn lanqas bħala qabda inċidentali. L-iżbarki kollha tat-tonn jitnaqqsu mill-kwoti assenjati rispettivament għal kull bastiment, filwaqt li l-awtorizzazzjoni tat-tonn tinġabar wara li tkun ġiet eżawrita l-kwota tal-bastiment rispettiv. L-awtorizzazzjonijiet individwali jiġu revokati wkoll ladarba l-bilanċ li jibqa’ jkun ta' 20kg jew inqas. Ħatt ta’ tonn ieħor wara l-eżawriment tal-kwota assenjata ma jkunx permess, lanqas bħala qabda inċidentali. Id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura jippermetti sa 40 kg ‘il fuq mill-kwota assenjata sabiex jippermetti l-użu sħiħ tal-kwota assenjata. Dan huwa permess biss bħala kontinġenza għal kwalunkwe eċċess f'qabda waħda u m'għandux ikun ikkonsidrat bħala żieda obbligatorja għall-kwota individwali. Il-qbid inċidentali għal dawk il-bastimenti li għandhom awtorizzazzjoni tal-pixxispad jew bastimenti li ma ġewx assenjati kwota tat-tonn fl-2022, huwa permess fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
- 5% tal-qabda totali f'kg ta’ ħut speċi ta’ tonn immaniġġjat mill-ICCAT li jinħattu l-art. Tonn 1 għal kull 20 ras ta’ speci ta’ tonn immaniġġjat mill-ICCAT li jinħatt.
- Il-bastiment taħt it-12-il metru jista' jinħatt massimu ta' 2 BFT għal kull bastiment skont il-qabda fl-2022 taħt il-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
- Il-bastimenti 'l fuq minn 12-il metru jistgħu iħottu massimu ta' 4 BFT għal kull bastiment fl-2022 taħt il-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Dawn il-kondizzjonijiet huma hekk kif maqbula mal-Koperattivi tas-Sajd.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8740 tal-Leġiżlatura XIII, jista’ l-Ministru jgħid kemm baqa’ bankini fil-lokalità ta’ Marsaskala li għandhom problemi ta’ aċċessibilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fis-snin 2020 u 2021 f’Marsaskala? F’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?’
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fis-snin 2020 u 2021 f’Marsaskala li ġew irrappurtati lill-Pulizija u lil LESA huwa kif jidher fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsill Lokali Marsaskala — Sistema ta’ Software speċjalizzat
Question
B’referenza għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari 21370 tal-Leġiżlatura XIII, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala daħħalx software speċjalizzat dwar l-ilmenti li jressqu r-residenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala għad m’għandux software speċjalizzat fuq l-ilmenti madanakollu hemm l-intendiment li tali software jiddaħħal fl-iqsar żmien possibbli.
Infurmat ukoll illi l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala jaċċetta proċessar ta’ permessi u servizzi oħra minn fuq l-internet u għalhekk se jara kif jista' jadatta l-istess software għall-ilmenti.
Kunsill Lokali Marsaskala — Ilmenti/suġġerimenti mir-residenti
Question
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ ilmenti u suġġerimenti li rċieva l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala matul is-sena l-oħra? Fiex kienu jikkonsistu dawn l-ilmenti u/jew suġġerimenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala jirċievi diversi tipi ta’ lmenti imma dawn li se nsemmi huma fost l-aktar komuni:
Natura tal-Ilment
Ammont approssimattiv ta’ Lmenti fil-Ġimgħa.
Skart u Ħmieġ
Medja ta’ 16il ilment fil-ġimgħa
Bulky-Refuse
Medja ta’ 16 li ġieli jitilgħu sa 20 ilment f’ġimgħa.
(dan minħabba li in-nies għandhom tendenza li joħorġu iżjed skart milli jkunu ddikjaraw fuq it-telefon, b’konsegwenza illi l-kuntrattur ma jiġborx l-iskart li ma jkollux fil-lista)
Qtugħ ta’ Ħaxix
Madwar 7 ilmenti fil-ġimgħa
Reserved Parking Bays
(mhux kwantifikabbli)
Infurmat wkoll li issa li ġej is-sajf ta’ min isemmi li il-Kunsill jirċievi bosta ilmenti ta’ natura staġjonali fuq fost oħrajn: żoni tal-għawm, knis ta’ bajjiet u turġien li jagħtu għall-bajjiet u kif ukoll is-slielem tal-baħar.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarjati
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 184 (Leġiżlatura XIV) u ninformaha li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 12-il ħaddiem bħala position of trust u 10 bħala persons of trust. Minn dawn 7 jinsabu fis-Segretarjat Parlamentari.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Segretarjati
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?
Response (GALDES, RODERICK)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 184, ninformaha li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 10 ħaddiema bħala position of trust u 9 bħala persons of trust.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Segretarjati
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 184, ninforma li fis-Segretarjat tal-Ministru hemm 15-il ħaddiem bħala position of trust u 7 bħala persons of trust. Minn dawn 9 jinsabu fis-Segretarjat Parlamentari.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — Segretarjati
Question
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtha? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Tista’ tippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Tista’ tindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?