Legislature:
Category:
Reset
Active:

COP 26 — tnaqqis ta' emissjonijiet tal-karbonju

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’passi effettivament ttieħdu wara COP 26 biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-Karbonju f’pajjiżna?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li kienu ngħataw fit 13 il-Leġislatura għall-Mistoqsijiet Numru 16197 u 22112 dwar l-istess materja. Fl-istess ħin infakkru li bis-saħħa tal-investimenti tal-Gvern f’dan il-qasam illum l-emissjonijiet tal-karbonju f’pajjiżna, ras għal ras, huma l-inqas fl-Unjoni Ewropea, Il-ħidma tal-Gvern f’dan il-qasam ma tieqafx. Illum pajjiżna għandu strateġiji speċifiċi biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fosthom il-Low Carbon development Strategy u l-Long Term renovation Strategy. Sadanittant l-implementazzjoni ta’ dawn l-istrateġiji ġa għaddejja fuq diversi fronti, inklużi skemi ta sapport għal-karozzi elettrici u PHEVs, xogħol fuq interconnector ieħor ma Sqallija u kif ukoll l-introduzzjoni ta’ karozzi tal-linja elettriċi, fost l-oħrajn.

Livelli ta' emissjonijiet tal-karbonju

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’kienu l-livelli ta’ emissjonijiet ta’ karbonju ġewwa pajjiżna fis-snin 2020 u 2021?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fl-2020, l-emissjonijiet ta' dijossidu tal-karbonju(carbon dioxide) għal Malta kien 1597.3 elf tunnellata netti. Għal dak li jirrigwardja l-2021, l-informazzjoni tinġabar u tiġi kkumpilata matul l-2022 u tkun magħluqa fl-2023. Dan il-proċess isir dejjem skont ir-rekwisiti internazzjonali dwar l-inventarji nazzjonali ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra (GHGs)

Vetturi reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi (ta’ kull kategorija) reġistrati hawn Malta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lil-Onor Interpellant li l-ammont ta’ vetturi liċenzjati sal-aħħar ta’ Marzu 2022 huwa ta 414,669 kif spegat hawn taħt: Agrikoli Coaches u buses privati Minibuses Route Buses Muturi E-Kick Scooters Quad Bikes Karozzi tal-passiġġieri Kummerċjali Total 2,443 342 1,554 450 36,996 851 1,310 313,690 57,033 414,669

Ċekkijiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iċ-ċekkijiet ta' qabel l-Elezzjoni Ġenerali kienx eleġibbli għalihom kulħadd? X'kienu l-kriterji? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni ma kinux eleġibbli?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-ċekk ta’ stimolu ngħata lil persuni li d-dħul tagħhom ma jaqbizx €60,000. Għall-kumplament tal-mistoqsijiet nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi ghat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 323.

Traffic Lights — cameras

Question

Peress li hawn ħafna traffic lights, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux kull traffic light għandha camera fuqha? Jekk iva, kemm hawn madwar Malta u kemm Għawdex? Jekk mhux kullimkien, fejn huma dawn?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li mhux kull traffic light għandha camera fuqha. Però f’ċertu postijiet hemm cameras viċin ta’ traffic lights għal raġunijiet ta’ traffic management

Delimara – xiri ta’ unit ta’ enerġija

Question

Tista' l-Ministru tippubblika l-prezz medju li bih inxtara kull unit ta' enerġija minn Delimara 4 (Electrogas), kull unit ta' enerġija minn Delimara 3 (l-impjant tal-BWSC li kien ġie mgħoddi lil Shanghai Electric), u kull unit tal-enerġija mill-Interconnector, f'kull xahar bejn April 2017 u April 2022? Tista’ l-Ministru tgħid ukoll kemm-il unit inxtara minn kull wieħed minn dawn is-sorsi f'kull xahar fil-perjodu msemmi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettal speċifiku tal-informazzjoni li talab jippreġudika l-interess kummerċjali tal-Enemalta. Tajjeb li ninforma li l-Enemalta tħaddem politika ta’ dispatch optimisation billi tikkunsidra kemm il-prezzijiet fis-suq, kif ukoll kunsiderazzjonijiet tekniċi u kummerċjali oħra, fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum, is-sena kollha.

Bormla – Ħruġ ta’ tender għal car park

Question

Billi kien hemm il-pjan illi terġa’ toħroġ tender għal car park fl-inħawi ta’ quddiem l-Iskola Primarja ta’ Bormla, u billi wara diversi snin din it-tender għadha ma ħarġitx, jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta hemm il-ħsieb li toħroġ din it-tender? Fl-eventwalità li kien hemm ripensament u dan il-proġett ġie skartat, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal għal dan?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata seduta oħra.

Bormla – Ħruġ ta’ tender għal car park

Question

Billi kien hemm il-pjan illi terġa’ toħroġ tender għal car park fl-inħawi ta’ quddiem l-Iskola Primarja ta’ Bormla, u billi wara diversi snin din it-tender għadha ma ħarġitx, jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta hemm il-ħsieb li toħroġ din it-tender? Fl-eventwalità li kien hemm ripensament u dan il-proġett ġie skartat, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal għal dan?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeri/entitajiet – direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tad-direct orders kollha maħruġa minn kull ministeru u kull entità taħt dawn il-ministeri, bejn is-26 ta' Marzu u l-25 ta' Mejju, 2022?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Ħal Qormi – Triq l-Għargħar 1979 – Proġett tal-ġnien

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 262, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x’qiegħed jikkawża d-dewmien fil-proġett tal-ġnien fi Triq l-Għargħar 1979 f’Ħal Qormi? Jista’ jagħti indikazzjoni ta’ meta hu mistenni li jitlesta?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Oonor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Qormi – Triq l-Għargħar 1979 – Proġett tal-ġnien

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 262, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x’qiegħed jikkawża d-dewmien fil-proġett tal-ġnien fi Triq l-Għargħar 1979 f’Ħal Qormi? Jista’ jagħti indikazzjoni ta’ meta hu mistenni li jitlesta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li r-residenti kienu pprotestaw ma’ Wasteserv, fuq kwistjonijiet ta’ spazji tal-parkeġġ. Għaldaqstant saru laqgħat sabiex tinstab soluzzjoni, li tmur lil hinn mill-remit tal-Kunsill Lokali de quo.

Ħal Qormi – Triq l-Għargħar 1979 – Proġett tal-Ġnien — Ħitan

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 263, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm tibdil fl-għoli tal-ħitan mis-simulazzjoni diġitali li kienet intweriet fit-tnedija tal-proġett tal-ġnien fi Triq l-Għargħar 1979 f’Ħal Qormi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Qormi – Triq l-Għargħar 1979 – Proġett tal-Ġnien — Ħitan

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 263, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm tibdil fl-għoli tal-ħitan mis-simulazzjoni diġitali li kienet intweriet fit-tnedija tal-proġett tal-ġnien fi Triq l-Għargħar 1979 f’Ħal Qormi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Kuntratti ta’ housing tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il kuntratt ta' housing tal-Gvern sar kull xahar f'din l-aħħar sena minn Mejju 2021 sa Mejju 2022?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema kuntratti ta’ housing qiegħed jirreferi sabiex tingħata l-informazzjoni koretta.

Dexcom App

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta u kif inxtrat is-sistema li ser tintuża minn pazjenti ta’ taħt il-21 sena li jbatu mid-Dijabete Type 1, magħrufa bħala Dexcom App? Jista’ jelabora fuq liema sistemi ta’ telefon ċellulari ser tintuża? Huwa minnu li biex taħdem din il-mobile app, it-telefon ċellular irid ikun partikolari u dawn m’għadhomx jiġu ċċirkolati faċilment u li din l-app ma taħdimx fuq ħafna mill-mudelli tat-telefon ċellular ġodda? Teżisti xi tip ta’ ‘update’ biex tintuża fuq telefons ċellulari ġodda?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-pazjenti dijabetici tat- tip 1 ta taħt il-21 sena huma kollha intitolati u l-maġġoranza diġa għandhom Continuous Glucose Monitor . Il-maġġoranza tat-telephones moderni huma kompatibbli mad- dexcom . Is-sistema ta’ Continuous Glucose Monitor ta’ Dexcom intghazlet wara proċess kompetittiv li huwa parti minn mekkani¿mu ta’ innovative procurement.

Ir-Rabat — Triq tat-Tabija - Solar Car Charging Unit

Question

Tista’ l-Ministru tispjega r-raġuni għaliex is-solar car charging unit fi Triq tat-Tabija r-Rabat Malta mhux qed taħdem, wara li ġiet installata inqas minn sena ilu? Huwa minnu li ħafna mix-xhur ma kinetx qiegħda taħdem? Tista’ l-Ministru tgħid ukoll kull meta qed isiru testijiet fuqha biex ikun żgur li din qed taħdem?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-charging pillar in kwistjoni mhix waħda minn dawk li kienu installati mill-Ministeru tiegħi iżda mil-Ministeru ta’ Trasport.

Sptar Mater Dei — Kamra għall-pazjenti b'aġitazzjoni severa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti indikazzjoni ċara ta' meta l-kmamar li jistgħu jinżammu fihom pazjenti b’aġitazzjoni severa fl-Isptar Mater Dei, li kienu ġew maħsuba biex isiru ġewwa d-Dipartiment tal-Emerġenza u ġewwa xi swali oħra, ser isiru ,peress li dan hu urġenti għax l-istess pazjenti aġitati, pazjenti oħra u ħaddiema, qed jitpoġġew f’riskju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-isptar Mater Dei diġa attrezzat b’zewġ kmamar li fihom jin¿ammu pazjenti b’aġitazzjoni severa.