B'referenza gaħt-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 450, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irreżenjaw infermiera sena b'sena mill-2017 sal-2022?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 450
Malta Business Registry – Public Limited Companies li ma daħħlux l-audited accounts
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il azzjoni ttieħdet fuq public limited companies li ma daħlux l-audited accounts tagħhom mal-Malta Business Registry kif inhu mitlub mil-liġi? X’kienet din l-azzjoni u jekk twaħħlu multi, ta’ kemm kienu għas-snin 2020 u 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 158.
Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma – Membri tal-bord
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 308 li l-Ministru wieġbet biex nirreferi għall-mistoqsijiet parlamentari 22505, 22827 u 23696 tat-XIII-il Leġiżlatura li qed tikkwota, tista' għaldaqstant il-Ministru tagħti rendikont tal-proċedura li użat biex ħatret lil kull wieħed u waħda mill-membri tal-Bord tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, u ċjoè skont artiklu 3(6) ta' Kap. 545, x'kienet il-"proċedura indipendenti u imparzjali" li użat biex żgurat li għandhom il-"ħiliet u l-esperjenza meħtieġa", x'kienu l-"kriterji oġġettivi, trasparenti u ppubblikati" li bbażat fuqhom, u fejn u meta kienu pubblikati dawn il-kriterji?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — segretarjat
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tagħha? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Tista’ tippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess segretarjat? Tista’ tindika wkoll kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust; (b) persons of trust; u (ċ) taċ-ċivil?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 39.
Arbitru tas-Servizzi Soċjali – appelli minn persuni residenti f’Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid x' qed iżomm milli appelli quddiem l-Arbitru tas-Servizzi Soċjali li jkunu sottomessi minn persuni residenti f'Għawdex ma jinstemgħux f'Għawdex? Jaf li ħafna Għawdxin qed ikollhom jiġu Malta diversi drabi għal dawn l-appelli? Jista' jieħu l-passi biex dawn jibdew jinstemgħu f'Għawdex stess?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti indikazzjoni meta l-Berġa ta’ San Ġwann ser terġa’ tinfetaħ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li beda program sħiħ ta’ rinovar u immodernizzar tal-bereġ sabiex is-servizz ta’ kura fil-livell primarju jkun jista’ jitressaq eqreb fil-kommunita’ kif ukoll jilħaq l-ogħla livelli u standards. Inbidel ukoll il-modus operandi ta’ kif jitħaddmu dawn il-kliniċi biex illum saru joffru servizzi multidixxiplinarji. Is-servizzi jinkludu s-servizzi tat-Tabib, il-Klinika mmexxija minn Nurse, il-Fi¿joterapija, il-Podjatrija, it-Teħid tad-demm u s-servizz tal-Patoloġija tal-Lingwa mitkelma.
Bħalissa għaddejjin taħdidiet mal-Kunsill Lokali ta’ San Gwann sabiex jinstab post alternattiv biex dawn is-servizzi msemmija hawn fuq ikunu jistgħu jgawdu minnhom ukoll ir-residenti ta’ San Gwann
Żurrieq – Triq San Mikiel, Misraħ ir-Repubblika, Triq il-Kbira, Triq Pietru Pawl Saydon u Triq Santa Katerina – water catchment u management
Question
Jista' l-Ministru jinforma hemmx ħsieb ta' proġett ta' water catchment u management fiż-żoni ta' Triq San Mikiel, Misraħ ir-Repubblika, Triq il-Kbira, Triq Pietru Pawl Saydon u Triq Santa Katerina fiż-Żurrieq? F'każ li iva, jista' jagħti indikazzjoni ta' meta ser jibda dan il-proġett, id-deskrizzjoni tax-xogħlijiet u d-durazzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija parlamentari għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Wara numru ta' talbiet li l-Kunsill Lokali Birżebbuġa għamel lill-Ministri kkonċernati fiż-żewġ leġiżlaturi li għaddew, sabiex parti mill-art tal-ex-impjant tal-gass fil-Qajjenza, Birżebbuġa tintuża bħala parkeġġ għall-karozzi fis-sajf u għad-dgħajjes u l-karozzi fix-xitwa, u dawn ġew miċħuda jew ma ġewx imwieġba, tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li parti minn din l-art tintuża għal dan l-iskop?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lil-Onor Interpellant għat-tweġibiet li kienu ngħataw fit-13 il-Leġislatura għal diversi Mistoqsijiet Parlamentari fuq il-materja, fosthom 872, 888, 5693, 8543 u 11561, ninsab infurmata li sakemm l-Enemalta tieħu deċiżjoni finali dwar din l-art, fil-ġimgħat li ġejjien se tkun qed tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex parti’ mill-art tkun tista’ tintuża bħala parkeġġ temporanju.
Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx il-ħsieb li parti mit-Torri ta' Mamo (Torri ta' San Tumas) li ser jiġi miftuħ bħala Mużew tal-Piraterija, tiġi mmirata lil Film Tourism b'temi ta' films maħdumin Malta u bi stands interattivi? Jekk le, hemm xi ħsieb li dan isir f'xi lok ieħor?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni tal-Films diġà fil-passat ħadmet fuq inizjattivi ta’ Screen Tourism flimkien ma’ entitatjiet bħalma huma l-Awtorità tat-Turiżmu kif ukoll Heritage Malta. Bħalissa il-Kummissjoni qiegħda filfatt tfassal strateġija għal Screen Tourism għas-snin li ġejjin f’kollaborazzjoni mal-istess entitajiet.
Ninfurmah li filwaqt li għadhom ma sarux diskussjonijiet speċifikament fuq il-Mużew tal-Piraterija, diskussjonijiet fuq livell wiesa' għadhom għaddejjin biex il-wirt Ċinematografiku jingħaqad aktar mal-wirt Malti.
Port Ħieles – proġett tax-shore to ship – xogħol mill-Enemalta
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 514, jista’ l-Ministru jindika x’inhuma x-xogħlijiet li l-Enemalta ser tkun mistennija li tagħmel għall-implimentazzjoni tal-proġett tax-shore to ship fil-Port Ħieles?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tindika kemm ilu ma jinxtegħel il-ġnien fi Triq Carmelo Caruana ż-Żurrieq u meta hu mistenni li jitlestew it-tiswijiet u/jew ix-xogħlijiet relatati mad-dawl f'dan il-ġnien?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ġnien huwa responsabilita' tal-Kunsill Lokali. Ninsab infurmata li l-Kunsill Lokali qiegħed f'diskussjoni mal-Enemalta biex tingħata provista adegwata u permanenti għal dan il-ġnien.
Ħal Far Model Flying Association – użu ta’ art fl-inħawi ta’ Wied Żnuber
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlametnari 511 u jikkonferma jekk kienx hemm jew hemmx ftehim bejn entità jew entitajiet governattivi u/jew aġenzija jew aġenziji tal-gvern u/jew awtorità jew awtoritajiet tal-gvern u l-Ħal Far Model Flying Association dwar l-użu ta' art fl-inħawi ta' Wied Żnuber, f'Ħal Far għall-użu mill-istess Assoċjazzjoni? F'każ li dan il-ftehim sar, għadu fis-seħħ kif kien jew ġie emendat? Tista' titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar verżjoni ta' dan il-ftehim? Liema kienu s-siti alternattivi li ġew ikkunsidrati għal dan l-iskop qabel sar il-ftehim? In vista tal-wegħda ta' qabel l-elezzjoni li l-ebda żvilupp mhu ser isir fiż-żona msemmija, hemm il-ħsieb li dan il-ftehim jiġi kkanċellat jew modifikat biex jirrifletti din il-wegħda? Liema huma s-siti alternattivi li qed jiġu kkunsidrati għall-użu ta' Ħal Far Model Flying Association? Liema huma l-partijiet ikkonċernati li qed jiġu kkonsultati?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-istqarijiet maħruga kemm mil-Gvern kien wkoll mill-Indis.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser titkompla l-parti ta’ fuq ta’ Triq Delimara, limiti ta’ Marsaxlokk li tiġi quddiem it-Tempju ta’ Ġuno, minħabba li tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 536. Ix-xogħlijiet fit-triq indikata se jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm-il ċitazzjoni nħarġet għal e-scooters matul din is-sena u fit-tliet snin li għaddew, u jistgħux jiġu indikati separatament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi skont is-sistema elettronika li fiha jiġu rreġistrati ċ-ċitazzjonijiet, in-numru ta’ ċitazzjonijiet li nħarġu għal e-scooters mill-pulizija u l-uffiċċjali tal-Agenzija LESA, minn meta bdew joħorġu fis-sena 2020 u sas-27 ta’ Mejju ta’ din is-sena, huwa kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. L-ammont li hemm ma jippermettix li dawn jiġu indikati separatament. Peress li għadha qed tiġi kkonvertita s-sistema ta’ ticketing minn dik manwali għal dik elettronika, jista’ jkun illi n-numru ta’ ċitazzjonijiet maħruġa mill-pulizija f’dawn l-aħħar ġimgħat, jkunu għadhom mhux inklużi f’dan it-total.
Sena
Nru ta’ kontravenzjonijiet
2020
5
2021
4,702
2022 (sa 27/5)
118
Total
4,825
Jista’ l-Ministru jgħid kif qegħdin jiġu nfurzati l-micromobility regulations fil-każijiet ta’ e-scooters li jkunu pparkjati kontra l-liġi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huma l-Pulizija u l-uffiċjali tal-LESA li għandhom il-poteri biex jinfurzaw ir-regolamenti msemmija. L-uffiċjali tal-Awtorità għat-Trasport f’Malta, għalkemm ma għandhomx it-tali poteri, jimmoniteraw u jwissu fuq kull irregolarita’ ta’ traffiku inkluz fuq parkeġġ illegali tal- E-scooters
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' stupru (rape) fuq nisa rrapportati s-sena l-oħra? Jista' jgħid kemm minn dawn il-każi tressqu l-Qorti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fis-sena 2021 kien hemm disa’ u għoxrin (29) rapport ta’ ka¿i ta’ stupru fuq nisa mal-Pulizija. Min dawn, sebgħa (7) tressqu l-Qorti u sbatax (17)-il każ għadhom qed jiġu investigati. Fil-każi l-oħra ma tressqux persuni l-Qorti għall-raġunijiet diversi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' stupru (rape) fuq nisa rrapportati s-sena l-oħra? Jista' jgħid kemm minn dawn il-każi tressqu l-Qorti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ewwel parti tal-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat. Fir-rigward tat-tieni mistoqsija ninsab infurmat illi fl-2021 tressqu l-Qorti 14-il persuna akkużata bi stupru f'Malta, filwaqt li f'Għawdex tressqet persuna waħda.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 680 u jinforma lill-Kamra bil-proċedura li wieħed jista' jsegwi biex ikun jista’ jakkwista jew iżomm għandu artifatt tal-istorja?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed nifhem li, meta l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal artifatti tal-istorja, hu qed jirreferi għal oġġett ta’ valur tal-patrimonju kulturali. Dan hu regolat bl-Att tal-Patrimonju Kulturali (Kap. 445).