Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proċess ta’ ingaġġ ta’ Health Carers

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-proċess ta' ingaġġ ta' Health Carers, li l-interviews tagħhom saru f'Jannar li għadda, ġiex konkluż? Jekk iva, jista' jgħid kemm intgħażlu u f'liema entità tas-saħħa qegħdin jaħdmu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onerevoli Interpellant tispeċifika għall liema sejħa qed tirreferi, peres li l-Ministeru għas-Saħħa ma ħareġ l-ebda sejħa għall ingaġġ ta’ Health Carers riċenti.

Kumitat Konsultattiv għas-Servizzi dwar l-Utilitajiet — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kumitat Konsultattiv għas-Servizzi dwar l-Utilitajiet hux kostitwit a tenur tal-Att dwar ir-Regolament ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet u Servizzi, Kap. 81? Jekk hu, min huma l-membri tiegħu u jekk dawn jirċevux xi forma ta’ ħlas għall-attendenza u l-ħidma tagħhom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat Konsultattiv għas-Servizzi dwar l-Utilitajiet huwa kostitwit a tenur tal-Att dwar ir-Regolament ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet u Servizzi, Kap. 81.

Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid il-Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet hux kostitwit skont l-Att dwar ir-Regolament ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet u Servizzi, Kap. 81? Jekk hu, jista’ jgħid min huma l-membri tiegħu, kemm-il każ kien hemm quddiem dan il-Bord, u jekk il-membri qed jirċevux xi ħlas għal ħidma tagħhom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-membri attwali tal-Bord offrew ir-ri¿enja tagħhom u ninsabu fil-proċess li jinħatar Bord ġdid.
Leg 14 PQ #710 Sitting 11 2022-05-30 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR (Partit Nazzjonalista)

Kunsill Lokali tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar — korrispondenza fuq ċnut ta’ siti ta’ kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22546 tat-13-il Leġiżlatura u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha li l-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar kellhom mal-Awtorità tal-Ippjanar bejn Settembru 2018 u April 2022 fejn l-Awtorità ntalbet mill-istess kunsilli biex skont il-liġi tintervjeni sabiex isiru ċnut madwar siti ta’ kostruzzjoni mibdija jew abbandunati u li kienu u għadhom qed jikkawżaw perikli għar-residenti u dan peress li hemm siti minnhom li spiċċaw miżbliet żgħar?

Response

Infurmat li l-Awtorità tal-Ippjanar tinvestiga l-ilment. Jekk il-każ huwa sit ta’ kostruzzjoni, min jagħmel l-ilment jiġi infurmat li l-ilment għandu jsir mal-Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni. Jekk il-każ huwa rimi illegali ta’ skart, min jagħmel l-ilment jiġi infurmat li l-ilment għandu jsir mal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi jew mad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali. Jekk il-każ huwa sit li bid-dehra tiegħu qiegħed jagħmel ħsara lill-ġmiel jew is-siwi ta’ żona, l-Awtorità tal-Ippjanar tieħu azzjoni ulterjuri skont l-Artikolu 99(1) tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (2016).

Mediċini Ertresto u GLP-receptor analogues

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiddaħħlu fis-sistema tal-formolarju tal-mediċini b’xejn il-mediċina Entresto (għal dawk li jbatu minn kundizzjoni ta’ heart failure) kif ukoll il-mediċini GLP-receptor analogues (għall-persuni bil-kundizzjoni tad-Dijabete Type 1) peress li jekk persuna pensjonanta għandha ż-żewġ kundizzjonijiet u trid tixtri dawn il-mediċini kull xahar, in-nefqa għalihom tqarreb lejn l-€400?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern dejjem ifittex illi jespandi l-formolarju tiegħu biex jinkludi mediċini ġodda skond il-pariri ta’ kumitat tekniku.

MITA – placements għal studenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid sena b’sena, f’dawn l-aħħar ħames snin, kemm offriet ‘placements’ lil studenti l-Aġenzija Maltija għall-Informazzjoni u t-Teknoloġija (MITA)?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat b’dan it-tagħrif mitlub kif ġej: SenaPlacements 2017332 2018377 2019382 2020300 2021396

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Għajnuniet lil għaqdiet involuti fil-festi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ għajnuniet ta l-Ministeru tiegħu lill-għaqdiet involuti fil-festi tul l-aħħar ħames snin, inkluż meta l-festi ma sarux jew kienu mnaqqsa minħabba l-pandemija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Arts Council Malta tat dawn it-tip ta’ għajnuniet lill-għaqdiet involuti fil-festi tul l-aħħar ħames snin (2018-2022): · Skema għal aktar Saħħa u Sikurezza fil-Kmamar tan-Nar (2018-2022); · Skema ta’ Finanzjament Artistiku għall-Għaqdiet tal-Armar tal-Festi, Għaqdiet Kulturali u Soċjali (2020-2021); · Skema ta’ Finanzjament ta’ Proġetti Artistiċi għas-Soċjetajiet tal-Banda (2018-2021) Dan minbarra għajnuniet oħra li jingħataw lill-għaqdiet involuti fil-festi mid-diversi entitajiet oħra kulturali li jifformaw parti mill-Ministeru. Pereżempju l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (li twaqqfet fl-2019) ħadmet mill-qrib ħafna tal-għaqdiet involuti fil-festi kemm tal-Belt kif ukoll ta’ bnadi oħra. L-Aġenzija kkuntrattat (bi ħlas) is-servizzi tagħhom kif ukoll użat (dejjem bi ħlas) diversi spazji li huma propjetajiet ta’ dawn l-għaqdiet sabiex tellgħet bosta mill-avvenimenti tagħha kif ukoll għal skopijiet oħra relatati max-xogħol tal-Aġenzija.

Skemi għall-artisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ibbenefikaw l-artisti mill-iskemi li kien hemm matul il-pandemija, b’mod partikolari fis-sena 2020/2021? X’kien l-ammont totali investit minn dawn l-iskemi u kemm ibbenefikaw artisti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Proġetti ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti ta’ restawr hemm għaddejjin bħalissa taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu, inkluż dawk li qed jinħadmu ma’ terzi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Projects and works currently in hand by the Restoration Directorate. 1. RESTORATION WORKS BY TENDER 1.a Local Funds – Votes administered by the Restoration Directorate · Fort Ricasoli, Kalkara - St Dominic Demi-Bastion · Fort Ricasoli, Kalkara - Rebuilding and Restoration Works on the Façade of the Casemates along the Tenaille · Cospicua, St. John Bastion, Cottonera Lines · Cospicua, St. John's Curtain and Gate, Cottonera Lines · Senglea, Restoration of Bastion Wall on Triq is-Sur · Vittoriosa, Restoration of the Upper Part of Notre Dame Gate · Mdina, Restoration of Gharreqien wall · Jesuit Church, Valletta - Interior of Sacristy and Oratories · Jesuit Church, Valletta - electrical and mechanical works in the Sacristy and the Oratories; · Valletta, Embellishment works at St. Christopher Str c/w Mediterranean Str Valletta · Vittoriosa, Restoration of the Façade at auberge d’Anglaterre 1.b Local Funds – third party funding allocations · MICAS Floriana - Ground Works and Construction Works at the parking and approach area (Phase 4) · MICAS Floriana – Finishing (embellishment and landscaping) works at the parking and approach area (Phase 4) · Valletta, VDC, Refurbishment of Offices for VCA at 74, Melita Street Valletta, Tender for the restoration of the facades 1.c ERDF Funds · Notarial Archives, Valletta - internal alterations and refurbishment. · MICAS Galleries, Floriana - Excavation to finishes 2. RESTORATION WORKS BY DIRECT LABOUR · Victoria Lines · Qrendi – Tal-Hniena Sanctuary · Wardija Tower, Zurrieq · Oratorju Santissimu Kurcifiss, Valletta · Maria Regina Parish Church, Marsa · Kirkop Historic Arch · Floriana – St. Publius Statue · Valletta – Lion’s Column · Lija – Chapel of Our Lady · Hamrun – Water tower · Rabat – historic parvis wall · Various – Fortifications maintenance and emergency interventions on historic structures Projects and works currently in hand by Heritage Malta · Grandmaster's Palace, Valletta · Maritime Museum, Birgu · Inquisitor's Palace, Birgu · Main Guard, Valletta

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Entitajiet – Organizzazzjoni tal-Karnival

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’kien is-sehem tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu biex kien possibbli li jerġa’ jkun organizzat il-Karnival din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab f’din it-tabella t’hawn taħt: Festivals Malta Festivals Malta huwa l-Organizzatur ewlieni responsabbli sabiex jorganizza l-Karnival ta’ Malta, bl-għajnuna tal-Kumitat Tal-Karnival li jinħatar kull sena mill-Ministru, u li jaqa’ taħt ir-responsabilta’ ta’ Festivals Malta. Qabel dik is-sena, l-Karnival ta’ Malta kien organizzat mill-Kunsill Malti Għall-Arti. Bħas-snin ta’ qabel, dak kollu li jkun organizzat b’mod uffiċċjali u li jagħmel parti mill-programm uffiċċjali jkun organizzat u moniterjat mill-Uffiċċjali ta’ Festivals Malta. Biex attivita bħal din tkun tista ssir b’success, Festivals Malta jkollha l-koperazzjoni tal-Forzi tal-Ordni, s-CPD, d-Dept. tas-Saħħa Pubblika, l-Cleansing and Maintenance Directorate, l-Għaqda tal-Parteċipanti, l-Valletta Cultural Agency, l-MTA, l-Kunsill Lokali tal-Belt flimkien ma Kunsilli Lokali oħra, Spazju Kreattiv u diversi entitajiet oħra li jikkoperaw bis-sħieħ sabiex attivita daqstant kbira tkun suċċess. Spazju Kreattiv Spazju Kreattiv provda kmamar biex ikun jistghu ibidlu u jinzammu ‘props’ u kostumi taz-zeffiena u partecipanti. Valletta Cultural Agency Il-Valletta Cultural Agency għaddiet Eur10,000 lil Festivals Malta speċifikament għall-Ballu tal-Karnival. Kunsill tal-Ilsien Malti Il-qarċilla hija tradizzjoni lokali ta’ ¿mien il-Karnival li reġgħet magħna fl-aħħar snin. Minn ¿mien il-Kavallieri kienet waħda mill-ftit xogħlijiet letterarji bil-Malti li kienu sabu post ċentrali f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. Il-Kunsill tal-Malti kien fost l-ewwel entitajiet li fehem l-importanza li nikkuraw dan il-ġeneru letterarju. Tradizzjonalment il-qarċilla kienu jistampawha u, għalhekk, il-Kunsill jidħol għal dan biex inkomplu nsaħħu t-tradizzjoni. Public Broadcasting Services Il-Public Broadcasting Services iffilmjat u xandret b'mod dirett il-Karnival fuq TVMNews+ nhar is-Sibt 21 ta' Mejju mid-09:30 sa 12:00 u l-Ħadd 22 ta' Mejju mit-15:00 sas-18:45. Teatru Manoel Teatru Manoel ta’ self ta’ kostumi lil Festivals Malta sabiex jerġa jiġi organizzat il-Karnival.

Kunsilli Lokali — Segretarji Eżekuttivi u skrivani klerikali nieqsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Segretarji Eżekuttivi u skrivani klerikali nieqsa mill-kunsilli lokali? Kif ilhom dawn nieqsa fil-kunsilli ikkonċernati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Sptar Mount Carmel – MW2 – xogħol

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienu ntefqu flus biex sar ix-xogħol fis-sala numru 2 tal-irġiel fl-Isptar Mount Carmel (MW2)? Huwa minnu li s-saqaf instab li kien ikkundannat wara li kien sar ix-xogħol u ntefqu l-flus?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa għaddej xogħol estensiv ta rinovar fl-isptar Monte Karmeli. Fil-fatt diġa gew renovati u infetħu numru ta swali. Ix-xogħol fuq is-sala MW2 għadu għaddej.

Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp (SPED) ġiex rivedut b’mod speċjali dwar issues fuq l-għoli tal-bini f’kull triq fil-gżejjer Maltin?’

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 14 PQ #729 Sitting 11 2022-05-30 Oral · Final From: IVAN BARTOLO (Partit Nazzjonalista)

Art Agrikola fil-Gżejjer Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jieħu biex l-art agrikola fil-gżejjer Maltin tingħata protezzjoni speċjali iktar minn dik li tgawdi llum?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli qed iħejji proposta u abbozz legali bil-ħsieb li l-art agrikola tingħata aktar protezzjoni milli tgawdi llum, bil-għan li nsostnu l-attività tal-biedja u s-sigurtà tal-ikel.

CPCM – ħatra ta’ Reġistratur

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta ser jinħatar Reġistratur fi ħdan il-Kunsill tal-Professjonijiet Komplimentari għall-Mediċina (CPCM), post li ilu vakanti sa minn Settembru 2021?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peres li l-kariga ta’ reġistratur ma kinitx imtliet permezz ta’ diversi sejħiet pubbliċi, gie maħtur aġent reġistratur għall-kunsill tal-professjonijiet kumplimentari għall-Mediċina fil-21 ta’ Diċembru 2021. Ninfuramħ ukoll illi ħarġet sejħa oħra fil-Gazzetta tal-Gvern fit-8 ta’ April ta’ din is-sena u li l-intervisti lill-applikanti eliġibbli se jsiru fit-2 ta' Ġunju 2022.
Leg 14 PQ #743 Sitting 11 2022-05-30 Oral · Final From: JUSTIN SCHEMBRI (Partit Nazzjonalista)

Ħal Safi — skola primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-Iskola Primarja ta' Ħal Safi tilqa' fiha studenti mill-primarja ta' Ħal Għaxaq mis-sena skolastika li jmiss? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji dwar dan?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Birkirkara — Dar Residenzjali għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet biex tinbena Dar Residenzjali għall-Anzjani f'Birkirkara, liema Dar kienet imħabbra f'Mejju tal-2019?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 689.

Birkirkara — Triq il-Kbira - pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex issir mill-ġdid Triq il-Kbira f'Birkirkara?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li it-titjib fl-infrastruttura ta’ pajji¿na jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiz. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, izda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjizna. Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja. Fi tliet snin kemm ilha mwaqqfa, bejn toroq residenzjali u dawk rurali, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 830 triq. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess ¿mien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjizna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. Infrastructure Malta qed taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħazin, u t-triq indikata hija fost it-toroq li se jinbnew mill-ġdid bħala parti minn din il-ħidma mifrux fuq seba’ snin. Fl-istess waqt il-Kunsill Lokali għandhom ir-rizoris meħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tisiwijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq tkun teħtieġ minn zmien għal zmien.