Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 14 PQ #296 Sitting 11 2022-05-30 Oral · Final From: DARREN CARABOTT (Partit Nazzjonalista)

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 14 PQ #297 Sitting 11 2022-05-30 Oral · Final From: DARREN CARABOTT (Partit Nazzjonalista)

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 341.

Ministeru għall-Ġustizzja — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

L-informazzjoni mitluba ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari 343

Ministeru għall-Ġustizzja — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

L-informazzjoni mitluba ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sad-data li qed tingħatha din l-informazzjoni ma ngħatat l-ebda konsulenza mill-Ministeru għall-Anzjanità Attiva.

Jobsplus — Formoli tat-tmiem tal-impjieg sottomessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi formoli tat-tmiem tal-impjieg lill-Jobsplus fix-xhur tas-sena 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ formoli tat-tmiem tal-impjieg li ġew sottomessi fix-xhur tas-sena 2021. Xahar Total ta' formoli Jannar 9,594 Frar 7,350 Marzu 8,337 April 7,653 Mejju 8,511 Ġunju 8,505 Lulju 9,142 Awwissu 10,110 Settembru 10,550 Ottubru 12,078 Novembru 9,523 Diċembru 5,868 Total 107,221

Employment licenses — talbiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għall-Employment Licenses mill-Jobsplus, u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità tal-applikant/a sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni 'l fuq minn 62 sena li għadhom jaħdmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ta’ ’l fuq minn 62 sena li kienu għadhom qed jaħdmu bħala part-time jew full-time sal-aħħar ta’ Diċembru 2021? Jista’ jindika kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, in-numru ta’ nisa u rġiel minn 62 sena ’l fuq li kienu għadhom qed jaħdmu sal-aħħar ta’ Diċembru 2021 fuq bazi full-time u part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom (part-time only) kien ta’ 18,376. Hawn taħt issib tabella li turi kemm kien hemm nisa u rġiel jaħdmu full time u part time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom (part-time only). Xogħol li jagħmlu Irġiel Nisa Total FULL TIME 7,932 3,114 11,046 PART TIME ONLY 4,924 2,406 7,330 Total 12,856 5,520 18,376

Ħaddiema nisa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ nisa li fis-snin 2017 sal-lum (sena b’sena) sabu impjieg part-time jew full-time? Kemm minn dawn l-impjiegi kienu mas-settur privat u kemm kienu mas-settur pubbliku? Fil-każ ta’ dawk li sabu impjieg fis-settur pubbliku, jista’ jgħid f’liema qasam u f’liema grad?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tabella A li turi n-numru ta’ nisa li sabu impjieg part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom (part-time only) jew full-time, fis-settur privat u pubbliku mis-sena 2017 sal-aħħar ta’ Diċembru 2021. Tabella B turi f’liema qasam u f’liema xogħol jinsabu dawk in-nisa li qed jaħdmu fis-settur pubbliku.

Ħal Kirkop — persuni li jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Kirkop li kienu jirreġistraw għax-xogħol f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar xahar? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm irġiel?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li reġistrati għax-xogħol li għandhom inqas minn 21 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol li għandhom inqas minn 21 sena, f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar xahar? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm irġiel?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

IVF — ħlas

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk jeżistix ħlas għas-servizz tal-IVF?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizzi kollha li huma offruti mill-Art Clinic f’Mater Dei huma mingħajr ħlas.

Sptar Monte Karmeli — residenti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm residenti permanenti fl-Isptar Monte Karmeli?

Response (FEARNE, CHRIS)

: Ninforma lill Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ pazjenti li ilhom fl-isptar Monte Karmeli aktar minn 6 xhur huwa 63.

Bajjiet għal min juża wheelchair

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix bajja għal min juża l-wheelchair? Il-Gvern jipprovdi wheelchairs tar-rubber li jkunu jistgħu jagħmlu użu minnhom meta jmorru l-baħar?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex ikompli jissaħħaħ il-prodott turistiku, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu fl-aħħar snin investiet f’numru ta’ wheelchairs li jistgħu jintużaw fuq il-bajjiet ramlin bejn 15 ta’ Ġunju u 15 ta’ Settembru. Dawn il-wheelchairs jinstabu fuq dawn il-bajjiet: · Għadira, Mellieħa · Il-Bajja tal-Mixquqa, Mellieħa · Little Armier, Mellieħa · Ġnejna, Mġarr · Il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa · Il-Bajja ta’ San Ġorġ, Paceville · L-Għar l-Aħmar, Marsaxlokk F’dawn il-bajjiet jiġu installati wkoll passaġġi għal aċċess aħjar: · Għadira, Mellieħa · Il-Bajja tal-Mixquqa, Mellieħa · Little Armier, Mellieħa · Il-Bajja is-Sabiħa, Birżebbuġa · Bajja ta’ San Ġorġ, Paceville · L-Għar l-Aħmar, Marsaxlokk · Il- Ponta tal-Qawra, San Pawl il-Baħar · Fond Għadir, Sliema · Perched Beach, Buġibba Barra minn hekk, bejn il-15 ta’ Ġunju u l-15 ta Settembru jiġu installati wkoll hoists f’ dawn il-bajjiet tal-blat: · Għadira, Mellieħa · Tunnara, Mellieħa · Il-Ponta tal-Qawra, San Pawl il-Baħar · Exiles, tas-Sliema · Il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa · Il-Fajtata, Marsaskala

Non-fungible tokens

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar Non-fungible tokens (NFTs)? Jista’ jgħid x’potenzjal jara li hemm fl-ekonomija tagħna?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Non-Fungible Tokens (NFTs) joffru opportunitajiet interessanti u innovazzioni diġitali inklu¿ il-faċilitazzjoni ta’ ownership jew drittijiet ta’ u¿u jew pussess permezz ta’ ċertifikazzjoni diġitali fuq assi diġitali jew fi¿iċi. Je¿istu ukoll, imma, numru ta’ sfidi dwar kif se jaffettwaw kunċetti e¿istenti ta’ ownership, liċenzjar, taxxa u anki fid-determinazzjoni legali tagħhom fejn jistgħu jinqabdu b’liġijiet bħal VFA ACT jew liġijiet oħra taħt ir-responsabbilta’ tas-servizzi finanzjarji (MFSA). L-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali fasslet qafas regolatorju li jagħti assigurazzjoni fuq teknoloġija mibnija fuq Smart Contracts u Blockchain, u li jgħin: (i) fit-tkabbir tal-fiduċja pubblika f’dawn it-teknoloġiji; (ii) fi¿-¿ieda tar-reputazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali; u (iii) tipproteġi iktar lis-soċjetà. Il-qafas regolatorju jappoġġja kemm systems audits komprensivi u kif ukoll reġim iktar flessibbli permezz tas-sandbox. L-ebda pajji¿ ieħor m’għandu qafas nazzjonali fuq assigurazzjoni tat-teknoloġija. Malta tista tpoġġi lilha nnifisha bħala ġurisdizzjoni magħrufa għal NFTs b’reputazzjoni tajba u fdata.

Kumpaniji ġodda mwaqqfa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm twaqqfu kumpaniji ġodda matul l-aħħar ħames snin, sena b’sena, u f’liema qasam ekonomiku joperaw?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpaniji ġodda li twaqqfu matul l-aħħar ħames snin huma kif jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 14 PQ #602 Sitting 11 2022-05-30 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Bdiewa — proposti għall-prezz tas-sussidju fuq prodotti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bdiewa li jipproduċu t-tadam, patata u dwieli għamlulux proposti għall-prezz tas-sussidju dawn l-aħħar snin, partikolarment minħabba l-effetti tal-pandemija COVID-19? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid: a) fiex kienu jikkonsistu dawn il-proposti; b) kemm kienet it-talba tal-bdiewa f'sussidji għal kull kilo jew għall-ammont ta’ kejl ta’ raba’ li jintuża biex jitkabbru l-prodotti msemmija; u c) il-Gvern ħa jew se jieħu konsiderazzjoni l-proposti ta' dawn il-bdiewa?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saret l-ebda proposta mill-bdiewa għal għoti ta’ għajnuna tat-tip imsemmija. Madanakollu l-Istat ta' għajnuna biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa tal-COVID-19 mill-2020 'il quddiem, ġew imnedija tliet sejħiet b’allokazzjoni totali ta’ bejn €4,000,000 u €4,500,000 għal kull sejħa, imħallsin bħala pagamenti diretti diżakkopjati lill-bdiewa kollha li jaħdmu l-art.