Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kulleġġ St Thomas More — Skola Sekondarja taż-Żejtun - tlestija ta' sala

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser titlesta s-sala fl-Iskola Sekondarja ż-Żejtun, parti mill-Kulleġġ San Tumas More?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanti għall-estensjoni u r-rinnovar tas-sala fl-Iskola Sekondarja taż-Żejtun qegħdin fi stadju ta’ konsultazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar.

Kulleġġ St Thomas More — Skola Sekondarja taż-Żejtun - Tneħħija ta' mobile classrooms

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitneħħew il-mobile classrooms mill-Iskola Sekondarja ż-Żejtun, parti mill-Kulleġġ San Tumas More?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ mobile classrooms fl-Iskola Sekondarja taż-Żejtun kienu meħtieġa sakemm kienet qiegħda ssir l-espansjoni neċessarja fl-iskola bil-għan li takkomoda popolazzjoni dejjem tikber ta’ studenti. Ix-xogħlijiet fejn ġew estiżi numru ta’ blokki bħala parti mill-proġett ta’ rinnovar u estensjoni tal-istess skola ħolqu spazju adegwat u aktar komdu għall-istudenti tal-lokalità grazzi għal investiment ta’ €5 miljun. Issa li x-xogħlijiet kollha qed joqorbu lejn tmiemhom, numru ta' mobile classrooms se jkunu qed jitneħħew.

Junior College — ftehim kollettiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-ftehim kollettiv tal-Junior College?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Union maġġoritarja fir-rigward tal-ftheim kollettiv tal-Junior College jinsabu fi stadju avvanzat.

Twettiq tad-Direttiva (UE) 2020/1828

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23297 tat-13-il Leġiżlatura, tista’ l-Ministru tgħid x'ħidma saret fl-interval, b’mod partikolari jekk saritx il-konsultazzjoni pubblika hemm imsemmija u jekk iva, meta u ma’ min saret, u jekk le, meta hu maħsub li ssir? Tista’ tgħid ukoll x’kien l-eżitu tas-sehem tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fid-diversi laqgħat li għalihom ukoll hemm referenza fl-imsemmija tweġiba?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Rabat Għawdex – Triq l-Ewropa – faċilità li qed tintuża bħala home tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-faċilità li qed tintuża bħala home tal-anzjani fi Triq l-Ewropa fir-Rabat, Għawdex, ġietx spezzjonata u ċċertifikata li tista' tintuża għal dan l-iskop anke jekk għall-perjodu temporanju? Jista' jgħid meta saru l-ispezzjonijiet u minn min saru? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport u ċ-ċertifikati maħruġa? Jista' jgħid meta dan il-post beda jintuża bħala home għall-anzjani u meta hu maħsub li jieqaf jintuża?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-Ward Sant’Anna f’bini, li jinstab fi Triq l-Ewropa fir-Rabat, ingħata liċenzja ta’ emerġenza f’ċirkostanzi eċċezzjonali b’mod temporanju skont l-A.L. 74 tal-2020. Din il-liċenzja nħarġet l-ewwel darba f’Marzu tal-2020 (ċertifikat tal-liċenzja se titpoġġa fuq l-mejda tal-kamra) u din għandha tibqa’ topera sal-5 ta’ Ġunju ta’ din is-sena. Matul dan iż-żmien l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali għamlet ħdax -il spezzjoni fosthom ħamsa fl-2020, erbgħa fl-2021, tnejn li saru din is-sena. Ir-rapport tal-SCSA bid-data tas-16 ta’ Marzu 2022 qed jitpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

Implimentazzjoni tar-regolament UE 2017/2395

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22775 tal-Leġiżlatura XIII, tista’ l-Ministru tgħid fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament UE 2017/2394, x’passi sussegwenti għat-tweġiba mogħtija u x’miżuri leġiżlattivi ttieħdu fir-rigward tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u l-Awtorità tax-Xandir fejn allura kien ġie spjegat li kienu qed jiġu mħejjija l-emendi leġiżlattivi neċessarji? Tista’ tindika liema liġijiet saru f’kull każ?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Segretarjati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 184, infurmat li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 13-il ħaddiem bħala position of trust u 8 bħala persons of trust. Minn dawn 8 jinsabu fis-Segretarjat Parlamentari.

Ministeru għat-Turiżmu — Segretarjati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija 184, ninformaha li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 7 ħaddiema bħala position of trust u 11 bħala persons of trust.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — Segretarjati

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtha? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Tista’ tippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Tista’ tindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 184, ninformaha li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm ħames ħaddiema bħala position of trust u erbatax bħala persons of trust.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Segretarjati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?

Response (CARUANA, CLYDE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 184, ninformaha li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 8 ħaddiema bħala position of trust u 7 bħala persons of trust, li minnhom persuna waħda hija fuq bażi part-time.
Leg 14 PQ #41 Sitting 11 2022-05-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG (Partit Nazzjonalista)

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Segretarjati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?

Response

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 184 (Leġiżlatura XIV), ninformaha li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 11-il ħaddiem bħala position of trust u 9 bħala persons of trust. Fis-Segretarjat Parlamentari hemm persuna waħda li hi position of trust u 12-il persuna li huma persons of trust, li 4 minnhom huma fuq bażi part-time.
Leg 14 PQ #42 Sitting 11 2022-05-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG (Partit Nazzjonalista)

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — Segretarjati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?

Response

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li għall-mistoqsija parlamentari numru 184 (Leġiżlatura XIV), ninformaha li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 3 ħaddiema bħala position of trust u 11 bħala persons of trust.

Ministeru għall-Ġustizzja – karigi u pożizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust fis-segretarjat tal-Ministeru hi skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva – karigi u pożizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninsab infurmat li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq baŻi ta’ person of trust jew position of trust fis-segretarjat tal-Ministeru hi skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Minn dawn 4 huma Positions of Trust u 9 Persons of Trust. ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL 401 li tpoġġa f'Seduta 19, tal-20 ta' Ġunju 2022)

Korp tal-Pulizija – International Relations Unit – talbiet għall-ħruġ- ta’ Interpol Notice

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il talba saret mill-International Relations Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija bħala n-National Central Bureau (NCB) lill-Interpol għall-ħruġ ta' "Interpol Notice"? Jista' jgħid kemm minn dawn l-Interpol Notices kienu għall-ħruġ ta' "Red Notice", kemm kienu għall-ħruġ ta' "Yellow Notice", kemm kienu għall-ħruġ ta' "Blue Notice", kemm kienu għall-ħruġ ta' "Black Notice", kemm kienu għall-ħruġ ta' "Green Notice", kemm kienu għall-ħruġ ta' "Orange Notice", kemm kienu għall-ħruġ ta' "Purple Notice" u kemm kienu għall-ħruġ ta' "Interpol-UN Security Council Special Notice"?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ talbiet li saru min-National Central Bureau (NCB) tal-Interpol f’Malta għall-ħruġ ta' Interpol Notice kif deskritti mill-Onor. Interpellant, bejn is-sena 2013 u t-30 ta’ April 2022, kien ta’ mija u għoxrin (120). L-ammonti kienu kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Sena Red Notice Black Notice Green Notice Yellow Notice Blue Notice Orange Notice Purple Notice Int/UN Security Notice 2013 4 0 0 1 2 0 0 0 2014 0 0 0 4 1 0 0 0 2015 9 0 1 3 9 0 1 0 2016 9 0 0 0 0 0 0 0 2017 13 1 0 1 5 0 0 0 2018 2 0 0 0 3 0 0 0 2019 0 0 0 1 0 0 0 0 2020 0 0 0 3 4 0 1 0 2021 7 0 4 0 5 0 1 0 2022 sa April 7 0 0 3 1 0 0 0 Total 51 1 5 15 45 0 3 0
Leg 14 PQ #213 Sitting 11 2022-05-30 Oral · Final From: KAROL AQUILINA (Partit Nazzjonalista)

Awtorità tal-Ippjanar/Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u ditta ta’ avukati — ftehim

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull ftehim li ġie ffirmat bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u/jew l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u d-ditta ta' avukati li isimha qiegħed jingħata separatament mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet 4627, 4628 tal-Leġiżlatura XII u 213, 313 u 4207 tal-Leġiżlatura XIII.
Leg 14 PQ #214 Sitting 11 2022-05-30 Oral · Final From: KAROL AQUILINA (Partit Nazzjonalista)

Awtorità tal-Ippjanar/Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar – ħlasijiet lil ditta ta’ avukati

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont sħiħ u dettaljat tal-ħlasijiet kollha li saru mill-Awtorità tal-Ippjanar u/jew l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar lid-ditta ta' avukati li isimha qiegħed jingħata separatament mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija numru 213.

Assistent Kummissarju tal-Pulizija – proċeduri ta’ dixxiplina

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-proċeduri ta' dixxiplina fil-konfront tal-Assistent Kummissarju tal-Pulizija, li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatment, dwar l-illegalitajiet abbużi u mġieba ħażina li wettaq matul iż-żmien li ilu jservi fil-Korp tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-proċeduri ta' dixxiplina fil-konfront ta’ l-Assistant Kummissarju li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, għadhom pendenti.

Ministeru għall-Finanzi — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 339.