Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn meta ser jibda jkun possibbli li familjari (aktar minn persuna waħda) ikunu jistgħu jżuru persuna rikoverata fl-isptar flimkien, issa li d-Deputat Prim Ministru qed jgħid li l-pajjiż ġie lura għan-normal wara l-COVID-19?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mit-Tnejn 23 ta’ Mejju ta’ din is-sena, il-visiting hours tal-isptar Mater Dei reġgħu ġew lura għan-normal, mit-Tnejn sal-Ħadd mill-mill-11.30am sas-1.00pm u mit-3.00pm sat-8pm.
Kliniċi tal-Kura Primarja — pazjenti li waqgħu minn fuq couches
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fl-aħħar ġimgħat seħħewx xi inċidenti fi kliniċi ġodda ta’ fiżjoterapija fil-Kura Primarja fejn pazjenti waqgħu minn fuq couches ġodda? Saret inkjesta dwar x’wassal għal dan u jekk hux minnu li d-disinn tal-couches mixtrija kienx ta’ standard skont il-health and safety protocols?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn il-multidisciplinary couches inxtraw fuq l-ispecifications li kienu maħruġa mill-esperti tekniċi tat-Taqsima tal-Biomedical ta’ Mater Dei, u kollha huma iċċertifikati u commissioned qabel ma ġew imqassma.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għal kumpens rigward ħsarat li ġarrbu vetturi minħabba l-istat ħażin tat-toroq fis-sena 2021? Jista' jagħti l-informazzjoni minn liema lokalità sar kull ilment? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet kienu aċċettati u kemm ingħataw kumpens f’kull każ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid ta’ min hi r-responsabbilità għall-manutenzjoni ta’ bankina u t-triq li mill-Bieb ta’ Sant Anġlu tagħti sal-ponta ta’ Sant’Anġlu u dan peress li hemm telqa kbira f’żona li tiġbed ħafna nies?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tat-Turiżmu. Nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara li tingħata attenzjoni lill-promenade mill-Ponta tal-Isla, iddur ma' Dock 1 u sa Sant’Anġlu, b’mod partikolari jekk iħossx li hemm bżonn li jiżdiedu l-istreet furniture (bankijiet, bins eċċ.) u li jinżammu aħjar minn dawk li hemm?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tat-Turiżmu. Nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Bormla – Knights Boulevard – tneħħija ta’ vireġ ippuntati
Question
Jista’ l-Ministru jara li jitneħħew il-vireg ippuntati li hemm fl-art quddiem in-Knights Boulevard f’Bormla, li qed ikunu ta’ periklu għal dawk il-ħafna persuni li jimxu f’din iż-żona?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru konċernat.
Bormla – Knights Boulevard – tneħħija ta’ vireg ippuntati
Question
Jista’ l-Ministru jara li jitneħħew il-vireg ippuntati li hemm fl-art quddiem in-Knights Boulevard f’Bormla, li qed ikunu ta’ periklu għal dawk il-ħafna persuni li jimxu f’din iż-żona?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-installazzjoni ta’ lift fil-blokka f’Bormla lid-dettalji dwarha qed jingħataw separament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għaddejja bil-preparazzjonijiet tagħha sabiex jitlesta l-BOQ tal-bini tax-shaft għal dan il-lift sabiex jiġi inkluż mal-offerta li jmiss li hija ppjanata li tinħareġ fiż-żmien li ġej.
Il-Gudja – Triq il-Karwija u Triq De Warsbergh – zebra crossing temporanja
Question
Peress li saret zebra crossing temporanja fit-tarf ta' Triq il-Karwija kantuniera ma' Triq De Warsbergh, il-Gudja (hekk kif jidher fir-ritratt anness) jista' l-Ministru jara li jsir dawl adegwat u jerġgħu jinżebgħu l-linji ta' zebra crossing, minħabba li din kważi ċċarat għalkollox u l-karozzi mhux jinnutawha, b'periklu serju għal kull min ikun qed jimxi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Il-linji tal-punt ta’ qsim pedonali indikat huma ppjanati li jerġgħu jin¿ebgħu minnufih. Sadanittant, Infrastructure Malta infurmat lill-entità konċernata sabiex tizgura li d-dwal indikati tat-triq ikunu mixgħulin kif meħtieġ.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se tkun lesta Triq Simmons, f’Ħal Tarxien u kemm hu kkalkolat li se tiġi tiswa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Gerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Birbixkilla, Triq Ġużeppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard, Triq Xintill u Triq it-Tabib Jimmy Farrugia. L-aġenzija fetħet ukoll parkeġġ pubbliku ġdid bi spazju għal 128 vettura biswit il-Kulleġġ San Tumas More Skola Medja, inqas minn 200 metru mill-Knisja Parrokkjali. Dawk li jgħixu f’dawn l-inħawi, jew li jżuruhom, jistgħu jipparkjaw fih u jimxu l-bqija tat-triq lejn il-qalba tal-lokalità u b’hekk ikunu qed inaqqsu l-karozzi fit-toroq dojoq tal-madwar.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq l-Isqajjaq, Triq Santu Wistin, Vjal Simmons, Triq il-Lampuka, Triq Birżebbuġa, Triq il-Knisja u numru ta’ sqaqien, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fil-pjazza ewlenija, fi Triq tal-Barrani, Triq it-Tempji Neolitiċi, Triq it-Tarzna, Triq Sant Antnin u Triq Manuel Buhagiar.
Ix-xogħlijiet fit-triq indikata jinkludu bdil ta’ servizzi taħt l-art skont il-ħtieġa, bini ta’ bankini ġodda, tisħiħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Huwa mmirat li dawn jitlestew fi żmien xahrejn oħra u l-valur tagħhom stmat li se jammonta għal madwar €200,000.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se tkun lesta Triq Santu Wistin, f’Ħal Tarxien u kemm hu kkalkolat li se tiġi tiswa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Gerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Birbixkilla, Triq Ġużeppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard, Triq Xintill u Triq it-Tabib Jimmy Farrugia. L-aġenzija fetħet ukoll parkeġġ pubbliku ġdid bi spazju għal 128 vettura biswit il-Kulleġġ San Tumas More Skola Medja, inqas minn 200 metru mill-Knisja Parrokkjali. Dawk li jgħixu f’dawn l-inħawi, jew li jżuruhom, jistgħu jipparkjaw fih u jimxu l-bqija tat-triq lejn il-qalba tal-lokalità u b’hekk ikunu qed inaqqsu l-karozzi fit-toroq dojoq tal-madwar.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq l-Isqajjaq, Triq Santu Wistin, Vjal Simmons, Triq il-Lampuka, Triq Birżebbuġa, Triq il-Knisja u numru ta’ sqaqien, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fil-pjazza ewlenija, fi Triq tal-Barrani, Triq it-Tempji Neolitiċi, Triq it-Tarzna, Triq Sant Antnin u Triq Manuel Buhagiar.
Ix-xogħlijiet fit-triq indikata jinkludu bdil ta’ servizzi taħt l-art skont il-ħtieġa, bini ta’ bankini ġodda, tisħiħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Huwa mmirat li dawn jitlestew sal-aħħar tas-sajf u l-valur tagħhom stmat li se jammonta għal madwar €250,000.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se tkun lesta Triq Lampuka, f’Ħal Tarxien u kemm hu kkalkolat li se tiġi tiswa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpelalnt li fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Gerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Birbixkilla, Triq Ġuzeppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard, Triq Xintill u Triq it-Tabib Jimmy Farrugia. L-aġenzija fetħet ukoll parkeġġ pubbliku ġdid bi spazju għal 128 vettura biswit il-Kulleġġ San Tumas More Skola Medja, inqas minn 200 metru mill-Knisja Parrokkjali. Dawk li jgħixu f’dawn l-inħawi, jew li jżuruhom, jistgħu jipparkjaw fih u jimxu l-bqija tat-triq lejn il-qalba tal-lokalità u b’hekk ikunu qed inaqqsu l-karozzi fit-toroq dojoq tal-madwar.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq l-Isqajjaq, Triq Santu Wistin, Vjal Simmons, Triq il-Lampuka, Triq Birżebbuġa, Triq il-Knisja u numru ta’ sqaqien, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fil-pjazza ewlenija, fi Triq tal-Barrani, Triq it-Tempji Neolitiċi, Triq it-Tarzna, Triq Sant Antnin u Triq Manuel Buhagiar.
Ix-xogħlijiet fit-triq indikata jinkludu bdil ta’ servizzi taħt l-art skont il-ħtieġa, bini ta’ bankini ġodda, tisħiħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Huwa mmirat li dawn jitlestew sal-aħħar tas-sajf u l-valur tagħhom stmat li se jammonta għal madwar €230,000.
Kulleġġ St Thomas More — Skola Sekondarja taż-Żejtun - librerija
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ser tkun lesta l-librerija tal-Iskola Sekondarja ż-Żejtun, parti mill-Kulleġġ San Tumas More?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) tinsab fl-istadju li tipprepara t-tenders neċessarji għal dan il-proġett.
Kulleġġ St Thomas More — Skola Sekondarja taż-Żejtun - għamara nieqsa fi blokka nru 5
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx għamara nieqsa fil-blokka numru 5 tal-amministrazzjoni fl-Iskola Sekondarja ż-Żejtun, parti mill-Kulleġġ San Tumas More?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-għamara se tibda titqassam wara li saret sejħa pubblika għall-offerti u ġie ffirmat il-kuntratt.
Kulleġġ St Thomas More — Skola Sekondarja taż-Żejtun - gym
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li l-Iskola Sekondarja ż-Żejtun, parti mill-Kulleġġ San Tumas More, ikollha gym?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanti għall-estensjoni u r-rinnovar tal-gym fl-Iskola Sekondarja taż-Żejtun qegħdin fi stadju ta’ konsultazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar.