Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birżebbuġa – sistema tad-drenaġġ — upgrade

Question

Tista' l-Ministru telenka x'tip ta' upgrade hemm ippjanat fis-sistema tad-dranaġġ ġewwa Birżebbuġa biex tiġi eliminata l-ħtieġa li kull ftit ġranet jintbagħat bowser sabiex jiftaħ u/jew inaddaf is-sistema minn tappieri fi Triq iż-Żibra, Triq il-Bajja s-Sabiħa u minn bnadi oħra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tinsab fil-fażi finali tal-preparazzjoni biex jinħareġ tender għal xogħlijiet biex tissaħħaħ is-sistema tad-drenaġġ fl-area indikata. Dan huwa parti min pjan sħiħ biex il-Korporazzjoni tipproteġi l-infrastruttura tagħha minn infiltrazzjoni ta’ ilma baħar fis-sistema tad-drenaġġ kif ukoll tilqa għal żieda fid-domanda fl-inħawi.

Birżebbuga – analiżi mill-ERA dwar volum tat-traffiku

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19204 tat-13-il leġiżlatura, tista’ l-Ministru tindika jekk saritx l-analiżi mill-ERA biex tistabbilixxi jekk il-volum tat-traffiku li jgħaddi mit-toroq Triq Birżebbuġa (il-partijiet kollha separatament), Dawret il-Qalb Imqaddsa, Triq Żaren Dalli, Triq il-Bajja s-Sabiħa u Triq San Patrizju illum jeċċedix l-livelli meħtieġ mid-direttiva għall-preparazzjoni ta’ noise maps? Fi kwalunkwe każ liema huma t-toroq li ser ikunu inklużi fl-istudji tal-ħsejjes li suppost ser tagħmel l-ERA matul din is-sena u li huma rikjesti mill-Environmental Noise Directive kif indikat fl-istess tweġiba? Tista’ tindika f’liema perjodu jew perjodi dan l-istudju ser isir?

Response (DALLI, MIRIAM)

Infurmata li l-istudju msemmi fir-risposta għal PQ 19486 tat-13 il-Leġislatura ġie ffinalizzat. L-ERA tikkonsulta lil Transport Malta biex tistabbilixxi jekk il-volum tat-traffiku li jgħaddi mit-toroq jeċċedix 3 miljun vettura fis-sena. Minn informazjzoni li ġiet mgħottija l-ERA, il-volum fi Triq Birżebbuġa (il-partijiet kollha separatament), Dawret il-Qalb Imqaddsa, Triq Żaren Dalli, Triq il-Bajja s-Sabiħa u Triq San Patrizju ma jeċċedix il-livelli meħtieġa mid-direttiva għall-preparazzjoni ta’ noise maps. Sadanittant l-Awtorità qiegħda fil-proċess li tingaġġa konsulenti biex tikkummissjona l-istudju dwar il-ħsejjes relatat mal-kumpilazzjoni tal-mapep strateġiċi tal-ħoss. Triq Għar Dalam u Triq Ħal Far ser ikunu parti minn dan l-istudju li mistenni jibda aktar tard din is-sena, bħala parti mill-obbligu ta’ rappurtar tal-Environmental Noise Directive.

Birżebbugia – Tal-Papa – low u fluctuating voltage

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 515, tista' l-Ministru telenka x-xogħlijiet li ser isiru, inkluż lista u pjanta tat-toroq li ser jinqalgħu minħabba dawn ix-xogħlijiet, jekk inhu l-każ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li xogħol biex tissaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fl-inħawi tal-Papa u tal-Housing Estate f’Birżebbuġa jirrikjedi tħaffir ta’ trinek kif indikat fiż-żewġ site plans li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-toroq fejn ser isir dax-xogħol huma Triq l-Għerien, Triq tal-Papa, Triq il-Port Ħieles, Triq is-Sebħ, Sqaq in-Noqra, Triq in-Noqra, Triq Birżebbuġa u Triq Santa Katarina. Dan ix-xogħol għalkemm jista’ jikkawża xi ftit inkonvenjent għar-residenti qiegħed isir biex ir-residenti biex ma jibqax ikollhom varjazzjonijiet fil-vultaġġ tal-elettriku.

Adozzjoni u fostering ta’ tfal minn pajjiżi barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew addottati u fostered tfal minn pajjiżi barranin matul is-sena l-oħra?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għall-ewwel parti tal-mistoqsija tagħha, fir-rigward ta’ kemm ġew addottati tfal minn pajjiżi barranin matul is-sena l-oħra, tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat. Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni dwar in-numru ta’ tfal fostered għall-istess perijodu, ser jingħata minni, f’seduta oħra.

Ħal Far – proġett tat-trakka tal-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tat-trakka tal-karozzi f’Ħal Far u meta hu previst li jitlesta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-art ġiet identifikata u saru l-istudji preliminari kollha. SportMalta ffirmat ittra wkoll ta' impenn mal-MMF u l-pjanijiet issa huma ffinalizzati. Infakkar ukoll li diġà ġie allokat budget għall-istess proġett mill-Fond Socjali u għall-Iżvilupp Nazzjonali.

Independent Police Complaints Board — Membri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 577 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti lista ta’ min huma l-membri tal-Independent Police Complaints Board?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-membri tal-Independent Police Complaints Board u li t-terminu tagħhom jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2022 huma dawn: Independent Police Complaints Board formerly Police Board (Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija) l-Imħallef Emeritus Franco Depasquale KCSG, BA, LL.D. Chairperson Il-Kaptan Reuben Lanfranco BA (Crim), M. Jur (Int. Law), LL M (IMLI) Membru Is-Sur Michael Cassar Membru Is-Sur John Spiteri M. Ed. Admin. & Man. Segretarju

Proġett pilota ta’ autonomous buses

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar il-proġett pilota ta’ autonomous buses li ġie mħabbar f’Mejju tal-2021? Inkisbu fondi mill-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett? Jekk iva, jista’ jgħidilna kemm u jagħtina rendikont ta’ kif dawn se jintefqu? Jekk le, jista’ jagħtina indikazzjoni dwar meta dawn jistgħu jinkisbu? Jista’ l-Ministru jgħid jekk tlestietx ir-riċerka fuq dan il-proġett? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx timeframe dwar meta se jsiru l-provi ta’ dan il-proġett fit-toroq ta’ pajjiżna u jekk hemmx l-infrastruttura kollha meħtieġa biex jibda l-ittestjar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- applikazzjoni għal proġett ġiet sottomessa bħala parti minn konsorzju għal finanzjament mill-UE. Ladarba jiġi kkonfermat, il-proġett ikun jista jibda. Dawn il-fondi se jintefqu fuq l-implimentazzjoni attwali, it-tfassil ta' leġislazzjoni xierqa u r-riċerka. Tlestiet l-ewwel parti li kienet tinkludi ezerċizzju ta’ skoping li wassal għat-tfassil tal-proġett. Il-fazi li jmiss se tikkonsisti fl-istudju u l-implimentazzjoni attwali. L-iskop ewlieni għal din ir-riċerka huwa li nifhmu aħjar kif l-aħjar nindirizzaw l-infrastruttura tat-toroq tagħna u nippreparaw għall-introduzzjoni ta’ dawn it-teknoloġiji ġodda.

Vetturi elettriċi reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-vetturi reġistrati fis-snin 2020 u 2021 kienu karozzi elettriċi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li mill-vetturi reġistrati fis-sena 2020, 737 kienu karozzi elettriċi filwaqt li mill-vetturi reġistrati fis-sena 2021 kien hemm 1,335-il vettura elettrika.

Vetturi hybrid reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-vetturi reġistrati fis-snin 2020 u 2021 kienu hybrid?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-vetturi reġistrati fis-sena 2020 1,053 kienu hybrid filwaqt li mill-vetturi reġistrati fis-sena 2021 kien hemm 898 il-vettura hybrid filwaqt li sal-aħħar ta’ Mejju ġew reġistrati 450 vettura hybrid.

Vetturi skrappjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew skrappjati vetturi (ta’ kull kategorija) fis-sena 2020 u 2021?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lil Onor Interpellant li ġew skrappjati 8,163 il-vettura fis-sena 2020 u 10,431 il-vettura, fis-sena 2021 kif spjegat aktar fid-dettal hawn isfel; YEAR CATEGORY TOTAL 2020 L1 - Mutur b'zewg roti b’piz baxx 3 2020 L3 - Mutur 104 2020 L7E - Kwadriċikletta b'piz kbir 11 2020 M1 - Vettura uzata għall-ġarr ta' passiġieri b'sedili mhux izjed minn tmien persuni minbarra s-sedil tad-driver 7450 2020 M2- Vettura uzata għall-ġarr ta' passiġieri, b'izjed minn tmien sedili minbarra s-sedil tad-driver, u li jkollha l-piz massimu ta' mhux izjed minn 5 tunnellati. 22 2020 M3- Vettura uzata għall-ġarr ta' passiġieri, b'izjed minn tmien sedili minbarra s-sedil ta'd-driver, u li jkollha l-piz massimu ta' izjed minn 5 tunnellati. 13 2020 N1- Vettura uzata ghall-ġarr ta' merkanzija u li għandha piz massimu ta' mhux izjed minn 3.5 tunnellati. 468 2020 N2- Vettura uzata ghall-ġarr ta' merkanzija u li għandha piz massimu ta' izjed minn 3.5 tunnellati izda mhux izjed minn 12 -il tunnellata. 49 2020 N3- Vettura u¿ata għall-ġarr ta' merkanzija u li għandha piz massimu ta' izjed minn 12-il tunnellata 31 2020 Makkinarju 8 2020 SP – Special Purpose 4 YEAR CATEGORY TOTAL 2021 L3 - Mutur 546 2021 L7E - Kwadricikletta b'piz kbir 15 2021 M1 - Vettura uzata għall-ġarr ta' passiġieri b'sedili mhux izjed minn tmien persuni minbarra s-sedil tad-driver 8995 2021 M2- Vettura uzata għall-ġarr ta' passiġieri, b'izjed minn tmien sedili minbarra s-sedil tad-driver, u li jkollha l-piz massimu ta' mhux izjed minn 5 tunnellati. 15 2021 M3- Vettura uzata għall-ġarr ta' passiġieri, b'izjed minn tmien sedili minbarra s-sedil ta'd-driver, u li jkollha l-piz massimu ta' izjed minn 5 tunnellati. 5 2021 N1- Vettura uzata ghall-ġarr ta' merkanzija u li għandha piz massimu ta' mhux izjed minn 3.5 tunnellati. 625 2021 N2- Vettura uzata ghall-ġarr ta' merkanzija u li għandha piz massimu ta' izjed minn 3.5 tunnellati izda mhux iZjed minn 12 -il tunnellata. 76 2021 N3- Vettura u¿ata għall-ġarr ta' merkanzija u li għandha piz massimu ta' iZjed minn 12-il tunnellata 107 2021 Makkinarju 17 2021 SP- Special Purpose 20 2021 T- Vettura Agrikola 10

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Servizzi tal-MRI

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemmx is-servizz tal-MRI? Jekk le, jista' jgħid għaliex dan ma jingħatax fl-Isptar ta' Għawdex? Jista' jgħid min suppost jagħmel dan l-investiment hux il-Gvern jew il-kumpanija Steward? Jista' jgħid ukoll sa meta hu maħsub li jkun introdott l-MRI ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-isptar Ġenerali t’Ghawdex qatt ma kien hemm servizz ta’ MRI. L-intenzjoni tal-Gvern hi li fi¿-¿mien li ġej il-pazjenti Għawdxin ikunu moqdija b’MRI f’Għawdex stess.

San Pawl il-Baħar — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jinforma x’tip ta’ tindif qed isir, inkluż knis u ħasil ta’ bankini u toroq, fit-toroq kollha (inkluż il-promenade) ta’ San Pawl il-Baħar (inkluż Buġibba, Qawra u Xemxija)? Kull meta jsir dan ix-xogħol? Min qed iwettaq dan ix-xogħol? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm u skeda ta’ dawn ix-xogħlijiet? Jista’ l-Ministru jassigura li dan ix-xogħol isir b’mod regolari b’mod partikolari fix-xhur tas-sajf?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi qed isiru diversi tipi ta' tindif madwar il-lokalita ta' San Pawl il-Bahar, kemm mill-kuntratturi privati, minn naha tal-Cleansing & Maintenance Division kif ukoll mill-haddiema tal-Kunsill kif indikat aktar l’isfel:- Tip ta’ Tindif Frekwenza ta’ Tindif Tiknis Isir bi skeda u/jew skond l-esiġenza mill-kuntrattur tal-Kunsill kif ukoll mill-ħaddiema tal-Cleansing & Maintenance Division. Matul il-Laqgħa 45 ta' 24 ta' Mejju 2022, il-Kunsill approva x-xiri ta' servizz addizzjonali ta' knies għax-xhur tas-Sajf. Litter Bins It-tindif isir mill-kuntrattur tal-Kunsill kif ukoll mill-ħaddiema tal-Cleansing & Maintenance Division, fejn numru sostanzjali minnhom jintbagħtu darbtejn kuljum. Il-Kunsill jixtri servizz addizzjonali ta' tbattil ta' litter bins kull meta jinzammu attivitajiet tal-massa. Ġbir ta’ Skart Isir bis-skeda skont kif iddettat mil-ligijiet tal-pajjiz. Il-Kunsill joffri servizz addizzjonali għall-gbir tal-borza s-sewda darba fil-gimgħa. Laqgħa 45 ta' 24 ta' Mejju 2022, il-Kunsill approva x-xiri ta' servizz addizzjonali ta' gbir ta' skart mill-akkwati tal-boat houses f'ta' Fra Ben sa Triq tax-Xtut. Power Wash Il-Kunsill joffri servizz ta' hasil bil-power wash ta' diversi nħawi, fosthom turgin u spazji miftuha pubblici u hasil ta' bankijiet u litter l-bins u l-madwar skond l-esigenza. Il-kuntrattur tal-Kunsill jaħsel il-bins skond il-bzonn. Il-Cleansing & Maintenance Division toffri servizz ta' ħasil ta' toroq bil-power wash skond l-esigenza.

San Pawl il-Baħar — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jinforma x’tip ta’ tindif qed isir, inkluż knis u ħasil ta’ bankini u toroq, fit-toroq kollha (inkluż il-promenade) ta’ San Pawl il-Baħar (inkluż Buġibba, Qawra u Xemxija)? Kull meta jsir dan ix-xogħol? Min qed iwettaq dan ix-xogħol? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm u skeda ta’ dawn ix-xogħlijiet? Jista’ l-Ministru jassigura li dan ix-xogħol isir b’mod regolari b’mod partikolari fix-xhur tas-sajf?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-responsabbiltà tat-tindif fil-lokalità ta San Pawl il-Baħar hija tal-Kunsill Lokali. Għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija tagħha dwar frekwenzi ta’ tindif lill-Ministru kkonċernat. Madankollu, ħaddiema tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni jwettqu xogħol ta’ tindif kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd tul is-sena kollha madwar il-lokalità kollha, sabiex skart li jinħareġ illegalment wara l-ħinijiet stabbiliti mill-Kunsill Lokali, jinġabar minn dawn il-ħaddiema. Riċentement il-Ministeru investa f’iktar minn €425,000 f’makkinarju li hu ddedikat biss lil din il-lokalità sabiex dawn is-servizzi jiġu offruti b’effiċjenza. Investejna f’vettura li tiġbor l-iskart, żewġ vannijiet li jintużaw sabiex jitgħabba skart goff, u High Pressure Street Washer li ser tkun qed tintuża sabiex jinħaslu t-toroq kollha tal-lokalità. Investejna wkoll f’Electric Pedestrian Sweeper li ta' kuljum ser tkun qed twettaq xogħol.

San Pawl il-Baħar – Triq San Ġużepp u Triq tal-Katidral – xogħlijiet

Question

Billi fi Triq San Ġużepp u Triq tal-Katidral, San Pawl il-Baħar, f’dawn l-aħħar xhur kienu qed jitpoġġew xi mains tas-servizzi ġodda, tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar x’inhu x-xogħol li sar, x’inhu x-xogħol li qed isir u liema xogħol baqagħlu jsir? Billi bħalissa qegħdin jitqiegħdu xi cables fl-istess toroq, tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar x’inhu x-xogħol li sar, x’inhu x-xogħol li qed isir u liema xogħol baqagħlu jsir? Meta hu mistenni li dan ix-xogħol jitlesta kompletament, inkluż il-wiċċ bl-asfalt, u dan billi t-toroq imsemmija jinsabu qrib l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar u qed jinħolqu bosta inkonvenjenti kemm għar-residenti, kif ukoll għall-istess skola? Billi qed ikun hemm ħafna trabijiet fiż-żona jista’ jibda jsir il-ħasil tat-triq filgħaxija wara li jkun tlesta x-xogħol għal dik il-ġurnata?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fit-toroq indikati, l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma wettqet xogħlijiet ta’ emerġenza fuq is-sistema tad-drenaġġ. Biex tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni, x-xogħol kien ikkordinat ma’ Enemalta plc li min-naħa tagħha lestiet xogħlijiet sabiex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku. Grazzi għall-istess koordinament se tkun issaħħet ukoll l-infrastruttura ta’ kumpanija privata tat-telekomunikazzjoni li s-servizzi tagħha jgħaddu wkoll minn taħt l-art. La darba x-xogħlijiet imsemmija jitlestew it-toroq se jingħataw wiċċ ġdid b’kollaborazzjoni ma’ Infrastructure Malta. L-entitajiet involuti jieħdu l-passi neċessarji biex jitnaqqas kemm jista jkun l-inkonvenjent li tali xogħlijiet joħolqu, inkluż trabijiet li dawn it-tip ta’ xogħlijiet iġibu magħhom, b'kollaborazzjoni mal-kuntratturi varji u awtoritajiet kompetenti.

San Pawl il-Baħar – promenade — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol fuq ir-railings matul il-promenade ta’ San Pawl il-Baħar (inkluż Buġibba, Qawra u Xemxija)? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra programm ta’ dawn ix-xogħlijiet? X’inhi r-raġuni li dan ix-xogħol ma ġiex pjanat għal aktar kmieni matul is-sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq ir-railings imsemmija jsir matul is-sena kollha u dan minħabba l-ħsarat u l-korrużjoni li jirriżultaw matul il-perjodu tax-xitwa. Ir-railing tal-metall f’Buġibba tneħħa biex isirlu trattament ta’ sanding, galvanising u powder coating. Tbiddlu wkoll numru ta’ vireg. Huwa stmat li r-railing jerġa’ jiġi installat sal-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju, dan peress li kien hemm xi dewmien biex waslu xi supplies minn barra li ma kellniex kontroll fuqu. Il-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi kkordinat ix-xogħlijiet mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.

Qawra — materjal ta’ kostruzzjoni li ġie rrappurtat li waqa’ fil-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jinforma x’azzjoni ġiet meħuda fir-rigward ta’ materjal ta’ kostruzzjoni li ġie rrappurtat li waqa’ fil-baħar fi Frar 2022 u f’Mejju 2022 fil-Qawra minħabba xogħlijiet li qegħdin isiru fuq moll fl-istess żona? X’miżuri ttieħdu biex inċidenti bħal dawn ma jerġgħux iseħħu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-PQ 953, ninfurmah li l-Awtorita għat-Trasport tiċħad li waqa xi materjal tal-kostruzzjoni fil-baħar kawza ta’ dan il-proġett. L-istanzi msemmija mill-Onerevoli Interpellant huma relatati ma’ ħsarat li ġarrbet is-‘silt curtain’ minħabba maltemp. Din il-ħsara irrizultat f’xi partiċelli li skulaw mill-parti tas-‘silt curtain’ li ġarrbet tiċrit. Sabiex dawn l-istanzi ma jerġgħux jirrepetu ruhom, il-kuntrattur ġie ordnat jarma zewġ ‘silt curtains’ sabiex, jekk tfalli l-ewwel waħda, ikun hemm it-tieni waħda li tilqa’ dawn il-partiċelli.

Qawra — materjal ta’ kostruzzjoni li ġie rrappurtat li waqa’ fil-baħar

Question

Tista’ l-Ministru tinforma x’azzjoni ġiet meħuda fir-rigward ta’ materjal ta’ kostruzzjoni li ġie rrapurtat li waqa’ fil-baħar fi Frar 2022 u f’Mejju 2022 fil-Qawra minħabba xogħlijiet li qegħdin isiru fuq moll fl-istess żona? X’miżuri ttieħdu biex inċidenti bħal dawn ma jerġgħux iseħħu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ERA ilha ssegwi b’mod regolari x-xogħlijiet fuq is-sit ta’ kostruzzjoni msemmi fil-Qawra, li hu regolat bil-permess tal-iżvilupp PA04179/20. Il-proġett għandu wkoll environmental monitors ingaġġati biex jissorveljaw ix-xogħlijiet. Għal diversi drabi, uffiċċjali tal-ERA ordnaw li x-xogħol jieqaf temporanjament sakemm ikun aċċertat illi l-miżuri ta’ mitigazzjoni jkunu effettivi biżżejjed. L-operatur kien ukoll immultat mill-ERA minħabba li ħammeġ il-baħar permezz ta’ skart ta’ skavar. Fiż-żewġ okkażjonijiet imsemmija mill-Onor. Interpellant, l-ERA waqqfet ix-xogħlijiet immedjatament u kkomunikat mal-Awtorità ta’ Malta għat-Trasport u mal-kuntrattur, biex jittieħdu miżuri ta’ mitigazzjoni addizzjonali. L-ERA se tkompli bil-moniteraġġ tax-xogħlijiet fuq dan is-sit.

Kunsill Lokali Ħad-Dingli — miżati għas-sessjonijiet tal-Pilates

Question

Jista' l-Ministru jgħid ir-raġuni għaliex kien hemm żieda sostanzjali fil-miżata tas-sessjonijiet tal-Pilates offruti mill-Kunsill Lokali Ħad-Dingli? Jista' jikkonferma ż-żieda kemm kienet? Jista' l-Ministru jikkonferma wkoll kif qed jinqasam il-qligħ miġbur minn dawn is-sessjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li ninsab infurmat li l-għalliema tal-Pilates in kwistjoni għolliet il-prezz tagħha. Informat ukoll li l-Kunsill imminimizza t-telf tiegħu fuq dan is-servizz sabiex dan l-istess servizz jiġi kważi break-even.

Kunsili li m’għandhomx fejn isiru sessjonijiet ta' keep fit

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx pjan biex Kunsilli li m’għandhomx binja fejn jospitaw korsijiet jew sessjonijiet ta’ keep fit, pilates, yoga jew oħrajn, jistgħu jagħmlu użu minn swali ta’ skejjel fl-irħula rispettivi tagħhom? Jekk iva, meta ser jibda dan l-arranġament u f’liema lokalitajiet f’Malta u Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Kunsill Lokali Il-Kunsill Lokali tagħkom għandu pjan biex jekk ma għandkomx binja fejn jospitaw korsijiet jew sessjonijiet ta’ keep fit, pilates, yoga jew oħrajn, jistgħu jagħmlu użu minn swali ta’ skejjel fil-lokal rispettiv tagħkom? (IVA/LE) Jekk IVA, Meta ser jibda dan l-arranġament? Birkirkara IVA Infurmat li fil-Binja tal-Kunsill Lokali hemm post fejn isiru l-korsijiet u nfurmat li l-Kunsill ghandu arrangament ma’ skola tal-gvern Ħad Dingli IVA Infurmat li l-Kunsill ghandu binja Devoluta lilu fejn isiru dawn il-korsijiet Ħal Għargħur IVA Infurmat li diġa jsiru diversi sessjonijiet fil-Sala tal-Komunita' tal-Kunsill Lokali Ħal Għargħur. Ir-Rabat IVA Infurmat li l-Kunsill rispettiv ser jiddiskutu dan waqt il-laqgħa tal-Kunsill peress li nfurmat li l-Kunsill ma setax jibda qabel minħabba l-miżuri tal-Covid 19 Santa Venera IVA Infurmat mill-Kunsill li l-arranġament diġa qed iseħħ. Tas-Sliema IVA Infurmat mill-Kunsill li l-arrangament beda fis-segwenti data: 21.06.2022 Swieqi IVA Infurmat mill-Kunsill li diġa qegħdin isiru arrangementi.

Berġa ta' Ħad-Dingli — printers

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li fil-Berġa ta’ Ħad-Dingli lanqas hemm printer biex l-ispeech language pathologists ikunu jistgħu jipprintjaw rapporti relatati mal-pazjenti tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-politika diġitali tal-Gvern hi illi fejn jista’ jkun immorru fid-direzzjoni ta’ paperless.