Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ġustizzja — Segretarjati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 184 ninformaha li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 11-il ħaddiem bħala position of trust u 3 bħala persons of trust.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva — Segretarjati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 184, ninformaha li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 4 ħaddiema bħala position of trust u 9 bħala persons of trust. ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL 402 li tpoġġa f'Seduta 19, tal-20 ta' Ġunju 2022)

Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati li daħlu mal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — impjegati li daħlu mal-Gvern

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjegati li daħlu mal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — impjegati li daħlu mal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Qrati — - Xhieda minn Spettur tal-Korp tal-Pulizija dwar persuna li ħarab minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ħa jew beħsiebu jieħu dwar dak li ħareġ minn xhieda mogħtija fil-Qorti minn Spettur tal-Korp tal-Pulizija quddiem il-Maġistrat, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, nhar l-Erbgħa 11 ta' Mejju, 2022 u ċjoè li l-Pulizija baqgħu m'għamlu xejn għal numru ta' snin minkejja li kienu ilhom jafu mis-sena 2017 li l-individwu li ħarab minn Malta fis-sena 2014, li d-dettalji dwaru wkoll qed jingħataw separatament, kien qiegħed jgħix fl-Ingilterra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi it-tagħrif li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, qed jiġi mistħarreġ.
Leg 14 PQ #300 Sitting 12 2022-05-31 Oral · Final From: DARREN CARABOTT (Partit Nazzjonalista)

Awtorità tal-Ippjanar – permessi approvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar, b’rendikont separat għal kull sena u għal kull lokalità, fis-snin rispettivi għal dawn l-aħħar ħmistax-il sena – u kemm minn dawn, fi stadju ta’ applikazzjoni, kienu ġew irrakkomandati mill-case officer bħala “recommended for refusal”?

Response

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta’ applikazzjonijiet approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar mill-bidu ta’ Jannar 2006 sal-aħħar ta’ April 2022, sena b’sena, maqsuma b’kull lokalità, fejn ir-rakkomandazzjoni teknika bbażata fuq is-sottomissjonijiet disponibbli sa meta saret tali rakkomandazzjoni kienet waħda għar-rifjut tal-permess.

Rilokazzjoni tal-faċilità tat-tankijiet taż-żejt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pjan għar-rilokazzjoni tal-faċilità tat-tankijiet taż-żejt lejn il-Marsa, għadux il-pjan tal-Gvern? Jekk iva, sa meta se jsir dan?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 301 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Kunsilli Lokali – ilmenti dwar ħmieġ jew problema ta’ skart

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il ilment dwar ħmieġ jew problema ta’ skart ġew irreġistrati fil-Kunsilli Lokali kollha, u b’mod rispettiv għal kull lokalità, fl-aħħar ħames snin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil u li jehtieg uzu ta' hafna rizorsi, liema riżorsi jistgħu jintużaw fuq hidma ħafna aktar produttiva u effettiva b'risq ic-cittadini Maltin u Ghawdxin.

Kunsilli Lokali – ilmenti reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il ilment ġie reġistrat fil-Kunsilli Lokali kollha, u b’mod rispettiv għal kull lokalità, fl-aħħar ħames snin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil u li jehtieg uzu ta' hafna rizorsi, liema riżorsi jistgħu jintużaw fuq hidma ħafna aktar produttiva u effettiva b'risq ic-cittadini Maltin u Ghawdxin.

Reati kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont, rispettivament għal kull lokalità, ta’ kemm saru reati kriminali fis-sena 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ reati kriminali rreġistrati fis-sistema tal-Pulizija, li seħħew fil-lokalijiet f’dawn il-gżejjer bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Diċembru 2021, kien kif indikat fit-tabella riprodotta hawn taħt. Post Numru ta’ rapporti ATTARD 245 BALZAN 97 BIRGU 82 BIRKIRKARA 692 BIRZEBBUGIA 405 BORMLA 254 DINGLI 78 FGURA 309 FLORIANA 182 FONTANA - GHAWDEX 12 GHAJNSIELEM - GHAWDEX 115 GHARB - GHAWDEX 26 GHARGHUR 65 GHASRI - GHAWDEX 10 GHAXAQ 121 GUDJA 239 GZIRA 373 HAMRUN 588 IKLIN 53 ISLA 73 KALKARA 84 KERCEM - GHAWDEX 31 KIRKOP 59 LIJA 51 LUQA 245 MARSA 522 MARSASKALA 436 MARSAXLOKK 118 MDINA 10 MELLIEHA 346 MGARR 120 MOSTA 516 MQABBA 62 MSIDA 520 MTARFA 42 MUNXAR - GHAWDEX 43 N/A 38 NADUR - GHAWDEX 69 NAXXAR 329 PAOLA 432 PEMBROKE 83 PIETA' 179 QALA - GHAWDEX 35 QORMI 588 QRENDI 55 RABAT 287 RABAT - GHAWDEX 192 SAFI 52 SAN GILJAN 892 SAN GWANN 301 SAN LAWRENZ - GHAWDEX 14 SAN PAWL IL-BAHAR 1345 SANNAT - GHAWDEX 28 SANTA LUCIJA 57 SANTA VENERA 286 SIGGIEWI 130 SLIEMA 648 SWIEQI 212 TA' XBIEX 127 TARXIEN 197 VALLETTA 407 XAGHRA - GHAWDEX 85 XEWKIJA - GHAWDEX 73 XGHAJRA 52 ZABBAR 451 ZEBBUG 260 ZEBBUG - GHAWDEX 122 ZEJTUN 300 ZURRIEQ 219 Grand Total 15,769

Uffiċċju tal-Prim Ministru — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu minn 2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas għas-spejjeż, kif mitluba minnu, kien bħalma jidher fit-tabella annessa: 2017 2018 2019 2020 2021 2022 Safar €6,305.79 €1,022.39 €3,457.53 / / €839.62 Mobile €3,085.00 €3,621.00 €3,287.00 €2,730.00 €2,687.00 €1,952.00 Fuel €3,084.8 €3,620.46 €3,287.1 €2,810.02 €2,607.22 €1,951.8

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu minn 2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika għal liema bordijiet qed jirreferi għax mhux ċar mill-mistqosija tiegħu.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu minn 2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu minn 2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispejjeż tas-safar, mobiles u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ minn l-2017 sal-lum huwa kif ġej: 2017 2018 2019 2020 2021 2022 Safar - - €598.50 €1,119.82 - - Mowbajls - - - - - - Fjuwil - - - - - -
Leg 14 PQ #352 Sitting 12 2022-05-31 Oral · Final From: IVAN CASTILLO (Partit Nazzjonalista)

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu minn 2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li waqt li ma kien hemm l-ebda spejjeż fuq fuel, l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 14 PQ #353 Sitting 12 2022-05-31 Oral · Final From: IVAN CASTILLO (Partit Nazzjonalista)

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu minn 2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Qormi – Triq San Bastjan – xogħol

Question

Peress li qed ikun hemm numru ta’ lmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin ta’ Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fi Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti jew mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi dwar din il-materja?

Response (FARRUGIA, AARON)

It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibbiltà tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġà qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja. Fi tliet snin kemm ilha mwaqqfa, bejn toroq residenzjali u dawk rurali, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 830 triq. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. Infrastructure Malta qed taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin, u t-triq indikata hija fost it-toroq li se jinbnew mill-ġdid bħala parti minn din il-ħidma mifruxa fuq seba’ snin. Fl-istess waqt il-Kunsilli Lokali għandhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq tkun teħtieġ minn żmien għal żmien.