Legislature:
Category:
Reset
Active:

Adozzjoni — Pajjiżi fejn hu permess li ssir adozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent liema huma l-pajjiżi minn fejn qed ikun permess li jsiru adozzjonijiet ta' tfal?

Response (FALZON, MICHAEL)

Entitajiet taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal huma involuti f’diversi stadji tal-proċess tal-adozzjoni bis-servizzi li huma joffru, kif ukoll bil-bord tal-adozzjonijiet. Fl-istess waqt l-awtorita regolatorja (SCSA) hija indipendenti minn dawn l-entitajiet. Għalhekk l-Onor. Interpellant għandha titlob dan it-tagħrif lill-Ministru responsabbli mill-SCSA.

Adozzjoni — Koppji jew individwi approvati bħala ġenituri addottivi prospettivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hawn koppji jew individwi Maltin u Għawdxin li ġew approvati bħala Ġenituri Addottivi Prospettivi (PAPs) u li għadhom qed jistennew biex jaddottaw?

Response (FALZON, MICHAEL)

Entitajiet taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal huma involuti f’diversi stadji tal-proċess tal-adozzjoni bis-servizzi li huma joffru, kif ukoll bil-bord tal-adozzjonijiet. Fl-istess waqt l-Awtorita regolatorja (SCSA) hija indipendenti minn dawn l-entitajiet. Għalhekk l-Onor. Interpellant għandha titlob dan it-tagħrif lill-Ministru responsabbli mill-SCSA.

Kunsilli Lokali – Skema għall-manutenzjoni u sostenn ta’ proġetti infrastrutturali maġġuri

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali ssottomettew applikazzjoni għall-iskema tal-Gvern għall-manutenzjoni u sostenn ta’ proġetti infrastrutturali maġġuri li twettqu mill-Gvern Ċentrali? Dawk il-kunsilli lokali li applikaw, għal liema proġetti applikaw, x’kienet l-istima ta’ kull proġett, u kemm kien l-ammont li ntalab biex jiġi ffinanzjat mill-istess fond? Liema kunsilli lokali bbenefikaw matul l-aħħar sena u għal liema proġett/i? Liema huma dawk il-kunsilli lokali li għad jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-fondi matul is-sena li ġejja u għal liema proġetti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija rigward liema huma dawk il-kunsilli lokali li għad jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-fondi matul is-sena li ġejja, tali lista mhix disponibbli minħabba l-fatt li l-iskema għadha trid tiġi varata u għadhom qed isiru diskussjonjiet dwar kif ser ikunu l-iskemi għas-sena d-dieħla.

Naxxar, Mellieħa u San Pawl il-Baħar — CCTVs

Question

Jista’ l-Ministru jinforma jekk hemmx pjan li jitwaħħlu CCTVs fil-lokalitajiet tan-Naxxar, Mellieħa u San Pawl il-Baħar matul is-sena li ġejja? Fejn ser jitwaħħlu dawn is-CCTVs u x’inhi r-raġuni li dawn ser jitwaħħlu? Min ser ikollu aċċess għal dawn is-CCTVs u min ser ikun qed jagħmel superviżjoni tal-istess CCTVs?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsilli Lokali msemmija mill-Onor. Interpellant li għas-sena li ġejja m’għandhomx ħsieb li jwahhlu CCTVs.

San Pawl il-Baħar – Xemxija – Mistra Village

Question

Tista’ l-Ministru tinforma x’azzjoni ttieħdet mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq is-sit abbandunat fiż-żona ta’ fejn qabel kien il-Mistra Village fix-Xemxija, San Pawl il-Baħar? Tista’ l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex dan is-sit ma jibqax wieħed ta’ abbandun u ma jkunx wieħed ta’ periklu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Qawra – parkeġġ tal-iskola

Question

B’referenza għall-parkeġġ tal-iskola tal-Qawra, jista’ l-Ministru jinforma kif ser ikun qed jopera dan il-parkeġġ, il-ħinijiet, ġranet u xhur li fih ser ikun miftuħ għall-pubbliku u min ser ikun jista’ jipparkja f’dan il-parkeġġ? Ser jinħarġu permessi għar-residenti li jridu jużaw dan il-parkeġġ u jekk iva kif ser ikunu infurmat r-residenti u kif irid jagħmel wieħed biex japplika għal tali permess? Ser ikun hemm parti mill-parkeġġ riservat għar-residenti? Dan il-parkeġġ ser ikun bi ħlas u jekk iva x’rati ser ikunu qiegħdin jitħallsu? Ser ikun hemm CCTVs jew security?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jinsab għaddej b’diskussjonijiet mall-Kunsill Lokali sabiex jiffinalizza l-operat tal-parkeġġ.

San Pawl il-Baħar – Kennedy Grove – manutenzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tara li ssir il-manutenzjoni, fost oħrajn fuq il-passaġġ tal-injam, żbir ta’ friegħi u siġar, ġewwa l-park ta’ Kennedy Grove, San Pawl il-Baħar sabiex dan ikun sigur speċjalment għat-tfal li jiffrekwentaw dan il-park?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill Onor. Interpellant li bħalissa Ambjent Malta qed twettaq numru ta’ interventi ta’ manutenzzjoni fil-Park Nazzjonali tas-Salina, li tinkludi wkoll il-parti ta’ Kennedy Grove. Żbir fuq is-siġar isir kif meħtieġ biex issaħħah l-istess siġar u tinżamm iż-żona sigura. Għar-rigward tal-passaġġ, għaddej il-proċess biex jinxtara l-materjal kollu neċessarju għax-xogħol rikjest. Huwa pjanat li dan ix-xogħol jitlesta sal-aħħar ta’ Lulju.

San Pawl il-Baħar – Xemxija – moll tal-Veċċja

Question

Tista’ l-Ministru tara li l-moll tal-Veċċja, Xemxija, San Pawl il-Baħar, li fih hemm numru ta’ arbli bil-fanali, ikun mixgħul fil-ħinijiet meħtieġa speċjalment billejl? X’inhi r-raġuni għala dan il-moll issa ilu mitfi għal numru ta’ xhur?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li dan id-dawl huwa responsabbiltà tal-Kunsill Lokali, għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi l-Mistoqsija lil Ministru konċernat.

Għajnuna finanzjarja għal-linja tal-għajnuna 1770

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux ser tiġi estiża l-għajnuna finanzjarja li ngħatat biex setgħet titħaddem il-linja ta’ għajnuna 1770? Jekk iva, sakemm ser tiġi estiża?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-linja ta’ għajnuna 1770 ġiet introdotta fi ¿mien il-COVID 19, u issa is-sitwazzjoni hija aktar ikkontrollata xorta qed jiġi evalwat l-aħjar mod kif is-Servizzi għas-Saħħa Mentali tinvesti sabiex tibqa’ tiġi pprovduta l-għajnuna meħtieġa lill-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali.

Servizzi ta' għajnuna għas-Saħħa Mentali għaż-żgħażagħ bejn it-13-il u s-17-il sena

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma s-servizzi li qed jingħataw bħalissa lill-persuni li jbatu minn saħħa mentali li għandhom bejn it-13 u s-17-il sena? Jista’ jgħid f’liema residenzi jinżammu dawn il-persuni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawk li għandhom bejn it-13 u s-17-il sena li huma l-aktar fi kri¿i u jehtiegu aktar kura bhala in-patients jiddaħħlu fit-taqsima ta¿-zgħa¿agħ, YPU. Il-YPU tinsab barra l-MCH u tipprovdi kura lill-persuni taħt it-18-il sena. Il-pazjenti jiġu vvalutati u jitfassal pjan ta’ Kura tal-Pazjent individwali biex jiġu identifikati l-bżonnijiet taghhom. Il-pazjenti jiġu ttrattati u kkurati kif meħtieġ bil-ħsieb li l-pazjenti jiġu riabilitati lura fi ħdan il-komunità. Crisis Intervention and Home Treatment huwa servizz ibba¿at fuq il-komunità fejn il-professjonisti joffru servizzi ta’ sensibilizzazzjoni multidixxiplinarji lil ¿għa¿agħ taħt it-18-il sena fir-residenza personali tal-pazjenti. Dawn is-servizzi jistgħu jiġu offruti wkoll f’ambjenti komunitarji u segwiti fi kliniċi tal- out-patient . Liaison services huma servizzi offruti mit-Tim Multi-Dixxiplinari tal-YPU flimkien mat- Servizzi ta' Emerġen¿a Psikjatriċi tat-tfal u adoloxxenti. Dan huwa servizz immexxi minn infermier ibba¿at fid-Dipartiment tad-dħul u l-Emerġen¿a ta l-Isptar Mater Dei. ¯għa¿agħ sa 18-il sena li jiddaħħlu b’emerġenza f’Mater Dei minħabba problemi ta saħħa mentali jiġu evalwati u jingħataw l-appoġġ meħtieġ. Jiġi mfassal pjan individwali tal-pazjent ibba¿at ukoll fuq l-aspett bijopsikosoċjali ħolistiku tal-individwu.

Qasam tas-Saħħa Mentali — waiting list

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx waiting list għall-kura fil-Qasam tas-Saħħa Mentali fi tfal ta’ taħt it-13-il sena, adolexxenti bejn it-13 u s-17-il sena u adulti ta’ 'l fuq minn 18-il sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-pazjenti kollha diġa għandhom l-ewwel appuntament skedat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li ninformah li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kawża tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor. Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li ninformah li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onorevoli interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kaw¿a tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor. Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’ka¿ ta’ diffikultà ulterjuri. Ninfurmah ukoll illi l-haddiema professjonisti li jaħdmu fis-servizz tas-saħħa mentali jiehdu tahrig iktar profond minn hekk.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Filwaqt li ninformah li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kawża tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor. Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.

Speed Limits

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jiġu riveduti ċertu speed limits partikolarment f’żoni fejn se jsir użu minn speed guns?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tat-Trasport issegwi mal-iSpeed Management Policy and Technical Guidance Manual li jinkludi l-metodoloġija ta' kif jiġu eżaminati li-speed limits tat-toroq arterjali u dawk distributorji. Il-polza tinsab fuq il-website uffiċċjali tal-Awtorità tat-Trasport. https://www.transport.gov.mt/strategies/road-safety/speed-management-1348 (Kopja tal-website qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra). Speed limits ezistenti jiġu riveduti meta f’każ li ssir road traffic accident analysis jew proġetti infrasttruturalli kbar u jkunu fl-stadju tal-ippjannar u d-disinn ta’ toroq.

Wied Rini – art tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal xiex qed jintuża l-bini ta' Wied Rini Maritime Coastal Station u Wireless Telegraphy Station bħalissa? Jista’ jgħid jekk din l-art għadhiex proprjetà tal-Gvern jew inkella saritx tal-privat jew ġietx okkupata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit immarkat bl-aħmar fid dokument impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra huwa mikri lill-Go plc filwaqt li s-sit immarkat bil-blu mhux okkupat.

Bormla – Triq San Franġisk u triq fil-madwar — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq ewlenija fejn il-Kottonera u l-madwar u ċjoè Triq San Franġisk f’Bormla tingħata wiċċ? Jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti indikazzjoni meta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 1025.

Junior College — klassijiet preparatorji għall-O'Levels

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ser ikun qiegħed jgħallem il-klassijiet preparatorji fil-Junior College (bi preparazzjoni għall-O'Level) għal dawk l-istudenti li jidħlu fil-kulleġġ b'O'Levels neqsin minn fost il-Malti, il-Matematika u l-Ingliż - jekk hux il-letturi impjegati mill-Junior College jew jekk hux ser ikunu għalliema oħrajn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-klassijiet preparatorji għal dawk l-istudenti li jkollhom xi SEC nieqes fil-Malti, fl-Ingliż jew fil-Matematika, fil-Junior College ser jiġu mgħallma minn għalliema każwali u mhux mill-letturi kurrentement impjegati mal-Kulleġġ.

Birkirkara — Servizz ta' trasport periferjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħjiel dwar meta ser jinbeda s-servizz tat-trasport periferjali f'Birkirkara, liema trasport kien parti mill-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista fl-2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara illi t-tender inħareġ sabiex jinxtraw l-imsemmija żewġ mini-buses. Kif dan il-proċess jiġi eżawrit kollu kemm hu skont il-liġi, il-Kunsill Lokali ikun f’pożizzjoni sabiex jibda jipprovdi is-servizz.