Fid-dawl tal-istrateġija Farm to Fork tal-Unjoni Ewropea u li biha ser ikun hemm stabbiliti l-valuri/ miri nazzjonali li jridu jintlaħħqu bħala parti integrali mill-Green Deal, jista' l-Ministru jgħid jekk:
i. il-Gvern ħejjiex pjan speċifiku għal pajjiżna biex jiġi konformi ma’ din l-istrateġija;
ii. Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid:
a. ma’ min (stakeholders, għaqdiet, koperattivi etc) iddiskuta dan il-pjan:
b. jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan il-pjan;
c. għandux l-approvazzjoni tal-Kabinett għal dan il-pjan; u
i. jekk fin-negattiv, jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn ma sarx?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa maħsub li l-miri nazzjonali li joħorġu mill-Green Deal u li huma stabbiliti fil-qafas tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea Farm to Fork, jintlaħqu permezz tal-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrarja Komuni.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema li rtiraw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irtiraw persuni minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li huwa jmexxi bejn l-1 ta’ Lulju 2017 u l-31 ta’ Marzu 2022? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati persuni ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — infiq f'reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fil-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament mill-1 ta’ Lulju 2017 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazjoni qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu joffru sistema ta’ teleworking, kemm hemm impjegati f’kull dipartiment/entità separatament jaħdmu bit-teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella segwenti. Ngħarrfu li l-Kapijiet rispettivi jiżguraw li l-impjegati jkunu jistgħu jagħmlu xogħolhom mid-dar, u li jkunu pprovduti bit-tagħmir kollu neċessarju biex jagħmlu dan. Is-sigħat mitluba mill-impjegati huma skont id-diskrezzjoni tal-Kapijiet biex jiġi dejjem assigurat li ma jkun hemm l-ebda tfixkil tal-fluss tax-xogħol u jibqa’ jinżamm livell għoli ta’ servizz ta’ kwalita’. Dan filwaqt li jkompli jitħares il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-impjegati.
Numru ta’ ħaddiema bit-
telework
Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
5
Diviżjoni Strateġija u Sapport
27
Dipartiment tas-Saħħa u t-Trattament Xieraq tal-Annimali
17
Dipartiment tal-Affarijiet Rurali
31
Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura
41
Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali
5
Malta Food Agency
9
Governance of Agricultural Bioresources Agency (GAB)
-
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm appelli pendenti b'kollox quddiem l-Arbitri għall-finijiet tal-artikoli 107 u 108 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali? Jista' jgħid kemm minn dawn l-appelli għadhom ma ġewx appuntati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba minnha hija kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Appelli
Numru sa April 2022
Appelli pendenti sa April 2022
1401
Appelli li għadhom ma ġewx appuntati sa April 2022
580
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna attendiet għall-AgriFair u x’kien l-għan wara din il-fiera?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li mill-kalkoli tagħna, aktar minn 30,000 ruħ attendew għall-Malta AgriFair 2022 matul tmiem il-ġimgħa.
L-għan ewlieni tal-Malta AgriFair organizzata għall-ewwel darba mill-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, kien li jippromwovi prodotti lokali, makkinarju, sistemi, u żviluppi teknoloġiċi fis-setturi tal-agrikoltura, sajd u akwakultura.
Dan ġab flimkien partijiet interessati ewlenin fil-qasam, minn organizzazzjonijiet kbar sa intrapriżi ta’ skala żgħira u medja (SMEs). Il-Fiera pprovdiet pjattaforma kemm għall-komunità tal-biedja lokali, kif ukoll għall-produtturi u fornituri, biex jinfurmaw u jikkomunikaw lill-pubbliku dwar il-prodotti u s-servizzi tal-industriji. Kienet ukoll pjattaforma għal kommunita tas-sajjieda u l-produtturi tal-ħut biex jesebixxu x-xogħol siewi li qed isir.
Waqt il-Fiera wieħed seta’ jifhem it-tifsira ta’ Farm to Fork, fejn is-sistema tal-katina tal-ikel tal-produzzjoni, il-ħsad, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-konsum tal-ikel kienet murija bl-aktar mod viżwali, innovattiv u interattiv. Importanti nsemmu li saru wkoll konsultazzjonijiet pubbliċi rigward il-bidja organika u l-ħarsien tal-annimali.
Jista’ l-Ministru jispjega fiex wasal il-proġett tal-ispazju miftuħ ta’ Ta’ Qali?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Proġett tal-Park Nazzjonali ġewwa Ta’ Qali huwa mqassam f’sitt fażijiet rispettivi.
Fażi 1 -Adventure Park – Proġett komplut minn Novembru 2021
Fażi 2 – Il-Park Formali – parti nfetħet għall-pubbliku f’Marzu li għadda filwaqt li t-tieni u l-aħħar fażi mistennija tkun kompluta f’Lulju ta’ din is-sena
Fażi 3 – Iż-Żona tal-Kunċerti – proġett mistenni jkun komplut fix-xhur li ġejjin.
Fażi 4 – Carpark- skavar ta’ blat tlesta Mejju 2022, u l-kostruzzjoni mistennija tkun lesta għall-aħħar tal-2023.
Fażi 5 – Iż-Żona tal-Farmers Market – proġett mistenni jibda għall-aħħar tal-2022
Fażi 6 – Jogging u Cycling track, Camping site - fażi ta’ permess mal-Awtorita’ tal-Ippjanar. Proġett mistenni jibda kmieni s-sena d-dieħla.
Dan il-proġett huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fejn ħa naraw 50,000 mq ta’ art li qabel ma kinitx qed titgawda u llum se tingħata lura lill-pubbliku u li se tinkludi numru kbir ta’ siġar - 40,000 siġar u arbuxelli (ambjentali) - għall-familja kollha fost l-oħrajn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irtiraw pulizija bis-servizz mill-2021 sal-lum u f'liema rank kienu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ pulizija li spiċċaw mill-Korp wara ħamsa u għoxrin sena servizz jew aktar jew mal-età tal-irtirar, fis-sena 2021 u sal-24 ta’ Mejju 2022 kien ta’ mitejn u għoxrin, kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Rank
2021
2022
Total
Deputat Kummissarju
2
-
2
Assistent Kummissarju
2
1
3
Supretendent
7
3
10
Spettur
4
1
5
Maggur
8
-
8
Surgent
38
7
45
Kuntistabbli
124
23
147
185
35
220
Tista’ l-Ministru tispjega jekk f’Malta jeżistux Autism Friendly spaces u kif il-Gvern qiegħed jaħdem, anke mas-settur privat, biex joħloq dawn l-ispazji?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità fl-aħħar snin ħadmet mal-għaqda volontarja Prisims fuq proġett ta’ “friendly autism spaces” fejn flimkien ma’ numru ta’ entitajiet pubbliċi u azjendi qed isir sforz biex f’postijiet pubbliċi jkun hemm dawn l-ispazji. Fl-aħħar ġimgħat kellna azjenda kbira tal-ikel li ħolqot spazju fir-restaurant tagħha u ħadet il-marka maħluqa bħala parti minn dan il-proġett. Dan il-proġett għandu s-sapport tal-Ministeru kkonċernat.
L-istabbilimenti li huma akkreditati f’dan il-proġett huma ;
1. Esplora
2. Gallarija Darmanin
3. The Malta International Airport
4. The Malta National Aquarium
5. The National Museum of Archeology
6. The National Museum of Natural History
7. ŻiguŻajg Festival
8. Eden Cinemas
9. MZ Hairdressing and Education
10. McDonalds – Malta International Airport & Ronald Mcdonald House of Charities
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 274 u jgħid kemm ġew impjegati persuni maċ-Ċivil u ma’ awtoritajiet statutorji, inklużi organizzazzjonijiet parastatali mill-ġurnata li ġie xolt il-Parlament tat-13-il Leġiżlatura, u ċjoè mill-20 ta’ Frar tas-sena 2022, sal-ġurnata tal-elezzjoni ġenerali, u ċjoè sas-26 ta’ Marzu 2022?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ċivil u awtoritajiet statutorji – impjegati li għandhom impjieg ieħor
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 273 li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid sal-14 ta’ Mejju 2022, kemm hemm persuni impjegati maċ-Ċivil u ma’ awtoritajiet statutorji, inklużi organizzazzjonijiet parastatali li għandhom impjieg ieħor abbażi full-time u/jew part-time, b’mod rispettiv?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 283 u jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati huma indikati hawn taht:
DATA
PERSUNA/KUMPANIJA
SERVIZZ
HLAS TA SERVIZZI
Perjodu tal-kuntratt - 01.11.2021 - 30.04.2022
Dr Jean Paul Mifsud
Cultural Related issues to Culture Directorate
€7,000
Bidu tal-kuntratt - 23.02.2022
Matthew J Casha
Architect
€6,812.25
Perjodu tal-kuntratt - 01.08.2021 - 01.08.2023
Dr Wilfrid Buttigieg
Consultancy - Heritage Asset Management
€3,150
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew adottati tfal minn koppji jew individwi Maltin u Għawdxin bejn l-2017 sal-lum minn pajjiżi barranin? Jista' jgħid kemm kienu dawn l-adozzjonijiet sena b'sena u mil-liema pajjiżi ġew addottati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Entitajiet taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal huma involuti f’diversi stadji tal-proċess tal-adozzjoni bis-servizzi li huma joffru, kif ukoll bil-bord tal-adozzjonijiet.
Fl-istess waqt l-awtorita regolatorja (SCSA) hija indipendenti minn dawn l-entitajiet. Għalhekk l-Onor. Interpellant għandha titlob dan it-tagħrif lill-Ministru responsabbli mill-SCSA.
Bord tal-Adozzjonijiet – talbiet għal adozzjoni ta’ tfal
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għall-adozzjoni quddiem il-Bord tal-Adozzjonijiet bħalissa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sal-aħħar ta’ Mejju 2022, il-Bord għall-Addozzjoni kellu quddiemu każ wieħed biss pendenti li jrid ikompli jiddiskuti kif ukoll jagħti appuntament lill-koppja kkonċernata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew adottati tfal minn pajjiżna minn koppji jew individwi Maltin u Għawdxin bejn is-sena 2017 sal-lum, sena b'sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Entitajiet taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal huma involuti f’diversi stadji tal-proċess tal-adozzjoni bis-servizzi li huma joffru, kif ukoll bil-bord tal-adozzjonijiet.
Fl-istess waqt l-awtorita regolatorja (SCSA) hija indipendenti minn dawn l-entitajiet. Għalhekk l-Onor. Interpellant għandha titlob dan it-tagħrif lill-Ministru responsabbli mill-SCSA.