Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — impjegati li daħlu mal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta biex tirreferi lill-Ministeru konċernat.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — impjegati li daħlu mal-Gvern
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — impjegati li daħlu mal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 54, din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett għat-tisqif ta’ Triq Reġjonali, magħrufin bħala l-mini ta’ Santa Venera, sal-14 ta’ Mejju 2022? Tista’ tgħid jekk ġiex konkluż l-istudju ta’ konferma li t-triq tista’ tissaqqaf u li fuqu jista’ jsir ġnien u spazju miftuħ u parkeġġ taħt l-art? Tista’ tgħid ukoll jekk il-permess ta’ żvilupp u/jew outline development permit relattiv ġiex sottomess mal-Awtorità tal-Ippjanar, u jekk le meta? Tista’ tgħid jekk il-wegħda li jissaqfu l-mini ta’ Santa Venera f’erba’ snin, u ċjoè, sas-sena 2023 hix se tinżamm, u jekk le meta? Kemm se jiġi jiswa dan il-proġett, u jekk hemmx fondi allokati diġà?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li sad-data msemmija saru numru ta' studji relatati ma’ dan il-proġett u dawn jinkludu l-investigazzjonijiet ġeotekniċi fuq il-post, stħarriġ dettaljat u renderings 3D preliminari. B'dawn l-istudji, ġie konkluż li l-proġett kif imsemmi jista’ jiġi implimentat mil-att strutturali. Ingħata bidu għal diskussjonijiet bejn il-Wasteserv u l-Awtorita’ tal-ippjanar. Fil-preżent, il-proġett qed ikompli jiġi diskuss f’aktar dettall u d-dettajli tiegħu jitħabbru ladarba jkun se jitnieda l-proċess tal-procurement. L-ispiża tal-proġett hija stmata għal fuq minn €35 Miljun.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett tal-Ġnien Romeo Romano f’Santa Venera sal-14 ta’ Mejju 2022? Meta hu pproġettat li jkun lest?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li wara l-produzzjoni ta’ disinn dettaljat u l-approvazzjoni tal-permessi neċessarji, ingħata bidu għal ħidma fuq il-proġett.
Dan ix-xogħol inkluda t-tindif tas-sit, it-trapjant b'suċċess ta' siġar tal-larinġ, l-installazzjoni ta' pajpijiet għal servizzi, xogħol relatat mal-passaggi, xogħlijiet ta' restawr fuq il-faċċata, xogħlijiet preparatorji u mogħdija ġdida fiż-żona tal-logħob u xogħlijiet relatati mas-sieqja.
Dan il-ġnien Barokk huwa skedat bħala Grad 1. Għaldaqstant, is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali ġiet ikkonsultata matul l-istadji kollha tal-proġett
Huwa mistenni li l-proġett ikun komplut għall-aħħar kwart ta’ din is-sena.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu minn 2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-20 ta’ Mejju 2022, is-segwenti ġew imħallsa liċ-Chairperson tal-Bord tal-Awtorità tad-Djar:
2017 – €851.40 (Jan – Set - €669.38 + Ott – Diċ - €182.02) mowbajl
2018 - €794.90 mowbajl
2019 – €499.57 mowbajl
2020 – €509.62 mowbajl
2021 – €497.21 mowbajl
2022 - €110.92 mowbajl
Mill-2017 sal-lum kien hemm nefqa ta’ €175 fix-xahar fuq fjuwil.
L-entitajiet l-oħrajn li jaqgħu taħti ma kellhom l-ebda nefqa.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu minn 2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel
Question
Tista’ l-Ministru telenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu minn 2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant bħala Chairperson tal-Bord tal-MCCAA, tal-Bord tal-Aġenzija Sapport kif ukoll tas-CRPD, ma sar l-ebda ħlas f’safar, mowbajl u fjuwil minn 2017 sakemm ġiet imwieġba din il-mistoqsija.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu minn 2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitlubatinsab fuq it-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu minn 2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 358 - chairpersons ta' Bordijiet - spiza fuq safar, mobiles u fuel.pdf
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu minn 2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-ebda Chairperson ta’ Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza ma jitħallsu spejjeż ta’ safar, mowbajl u fjuwil.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti dixxiplinarji interni bejn uffiċjali tal-aġenzija tal-Gvern Local Enforcement System Agency (LESA) f’dan l-aħħar xahar u f’liem reġjun saru? X’natura ta’ offiża qiegħda tiġi allegata? X’passi se jittieħdu u/jew ittieħdu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Aġenzija preżentament irċiviet żewġ ilmenti minn ħaddiema tal-aġenzija, fejn dawn l-ilmenti allegatament seħħew fis-sezzjoni (reġjun) tax-Xlokk. Iż-żewġ każijiet qegħdin jigu mistħarrġa, u wara tittieħed kull deciżjoni li hemm bżonn.
Pensjoni kontributorja tar-romol inqas minn €7,000
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għandhom pensjoni kontributorja tar-romol ta’ inqas minn €7,000 fis-sena, matul dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma xahar b’xahar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li għandhom pensjoni kontributorja tar-romol bi dħul ta’ anqas minn €7,000 fis-sena, f’dawn l-aħħar tliet snin, hu skont it-tabella hawn taħt:
Sena
Total
2019
510
2020
344
2021
126
Ta’ min jgħid li l-pensjoni kull xahar tkun l-istess minbarra fix-xhur ta’ Ġunju u Diċembru fejn jitħallas ukoll il-bonus tas-sitt xhur.
Minbarra l-pensjoni tas-sigurtà soċjali, jista’ jkun li jkollhom benefiċċji jew pensjonijiet oħra, li huma nklużi f’din l-istatistika, waqt li jista’ jkollhom dħul ieħor li m’huwiex inkluż.
Pensjoni kontributorja tal-irtirar inqas minn €7,000
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għandhom pensjoni kontributorja tal-irtirar ta’ inqas minn €7,000 fis-sena, matul dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li għandhom pensjoni tal-irtirar bi dħul ta’ anqas minn €7,000 fis-sena, f’dawn l-aħħar tliet snin, hu skont it-tabella hawn taħt:
Sena
Total
Irġiel
Nisa
2019
5109
1310
3799
2020
4042
882
3160
2021
2462
543
1919
Ta’ min jgħid li l-pensjoni kull xahar tkun l-istess minbarra fix-xhur ta’ Ġunju u Diċembru fejn jitħallas ukoll il-bonus tas-sitt xhur.
Minbarra l-pensjoni tas-sigurtà soċjali, jista’ jkun li jkollhom benefiċċji jew pensjonijiet oħra, li huma nklużi f’din l-istatistika, waqt li jista’ jkollhom dħul ieħor li m’huwiex inkluż.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għandhom pensjoni tal-invalidità ta’ inqas minn €7,000 fis-sena, matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għandhom pensjoni tal-invalidità ta’ inqas minn €8,000 fis-sena, matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-istallazzjoni ta’ bus shelters f’Ħal Qormi? Fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’Ħal Qormi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, b’konsultazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali se nkunu qed ninstallaw żewġ (2) bus shelters. Wieħed fi Triq Anici, filwaqt li l-ieħor ser jiġi istallat fi Triq id-Deheb Fin.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji li fuqhom titqassam fid-djar il-pubblikazzjoni 'Niżġet Artna'? Jista’ jgħid jekk il-pubblikazzjoni qattx intbagħtet fil-households kollha ta' Malta u Għawdex? Jista' jgħid liema edizzjonijiet u f’liema lokalitajiet intbagħtet f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża totali ta' din il-pubblikazzjoni, liema spiża tkun tinkludi xogħol ta' artwork, artikli, printing, posta eċċ għas-snin 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022? Minn liema Line Item tal-Budget toħroġ din l-ispiża?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazjoni qed tingabar u ser tinghata f’seduta ohra.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — lista ta' servizzi professjonali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tas-servizzi professjonali kollha li kkuntratta l-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta’ Lulju 2017 sad-data ta’ din il-mistoqsija? Min huma dawn is-service providers? Kemm tħallsu? Kif intgħażlu?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazjoni qed tingabar u ser tinghata f’seduta ohra.