B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru mill-aġenzija tal-Gvern Infrastruttura Malta f'parti minn Triq Mater Boni Consilii fil-Fgura, jista’ l-Ministru:
a. jagħti data meta ser jitlesta x-xogħol u t-triq terġa’ tinfetaħ mill-ġdid;
b. jinforma lill-Kamra jekk hemmx xi problemi tekniċi jew finanzjarji li permezz tagħhom ix-xogħol kellu jieqaf u dan b'iktar inkonvenjent għar-residenti ta' din it-triq u tal-madwar; u
ċ. jikkonferma jekk it-triq hijiex ser tkun lesta u miftuħa sal-festa tal-Fgura peress li din it-triq tifforma parti mir-rotta tal-purċissjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Fil-lokalità tal-Fgura Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Buqexrem, Triq ġdida fi Triq l-Għarnuq, Sqaq Rjallu, Triq il-Merħba, Triq is-Sur, Triq l-Għarnuq, Triq San Xmun, Triq San Tumas, Triq San Pietru, Triq Liedna, Triq Żabbar, Triq Hompesch, Triq Anġlu u Marianna Camilleri, Triq l-Għollieq, Triq il-Falkunier u Triq Rgħajja.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq Mater Boni Consili, Triq San Ġorġ Preca, Triq Pace u Grasso u Triq il-Kitba, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol Triq il-Kampanella, Triq Għajn Dwieli u Triq il-Velleran.
Ix-xogħlijiet minn Infrastructure Malta biex tinbena mill-ġdid it-triq indikata kienu jinkludu bdil ta’ servizzi tad-drenaġġ, ilma, telekomunikazzjoni, sistemi għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita u bini ta’ bankini ġodda. Bħalissa qed jissaħħu l-pedamenti qabel ma t-triq isirilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt biex titlesta dan ix-xahar.
Kumitat Konsultattiv għas-Servizzi dwar l-Utilitajiet — membri
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 695, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kumitat Konsultattiv għas-Servizzi dwar l-Utilitajiet u jekk dawn jirċevux xi forma ta’ ħlas għall-attendenza u l-ħidma tagħhom, u jekk iva f’kull każ kemm hu l-ħlas?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri huma kif indikat f’din it-tabella:
Isem u Kunjom
Posizzjoni fi ħdan il-Kumitat
Ing. Robert Schembri
Chairperson
Dr Rose Caruana Dalli
Member (representing MCA)
Ing Phyllis Micallef
Member (representing REWS)
Mr David Penza
Member (representing TM)
Mr Kevin Ciantar
Member (representing PA)
Dr Ing Paul Micallef
Member
Mr Christopher Muscat
Secretary
Ħlas għall-attendenza u l-ħidma tagħhom fis-sena huwa kif indikat f’din it-tabella:
Chariperson
€4,616.92
Member
€2,308.46
Secretary
€2,308.46
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1030, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Jista’ jara li tingħata attenzjoni lill-promenade mill-Ponta tal-Isla, iddur ma' Dock 1 u sa Sant’Anġlu, b’mod partikolari jekk iħossx li hemm bżonn jiżdiedu l-istreet furniture (bankijiet, bins eċċ.) u li jinżammu aħjar minn dawk li hemm?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1030, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Jista’ jara li tingħata attenzjoni lill-promenade mill-Ponta tal-Isla, iddur ma' Dock 1 u sa Sant’Anġlu, b’mod partikolari jekk iħossx li hemm bżonn jiżdiedu l-istreet furniture (bankijiet, bins eċċ.) u li jinżammu aħjar minn dawk li hemm?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Filwaqt li qed tittieħed nota dwar dan, ninforma lill-Onor. Interpellant li, permezz tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, titħares il-manutenzjoni tal-landscaping u s-sistema tat-tisqija fiż-żona indikata b’mod regolari. Fil-fatt, fl-aħħar ġimgħat id-Dipartiment ukoll installa tliet bankijiet ġodda li ma kinux jeżistu, waqt li biddel ieħor antik ma’ wieħed ġdid. Għalkemm fil-preżent id-Dipartiment m’għandux talbiet oħrajn pendenti biex fl-akkwati tiġi installata iżjed għamara tat-triq, attwalment għaddej proġett massiċċ minn Infrastructure Malta mad-dawra tal-Kottonera li jestendi sa taħt l-Esplora fil-Kalkara. Għal dan ir-rigward, nirreferih għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 675.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1030, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Jista’ jara li tingħata attenzjoni lill-promenade mill-Ponta tal-Isla, iddur ma' Dock 1 u sa Sant’Anġlu, b’mod partikolari jekk iħossx li hemm bżonn jiżdiedu l-istreet furniture (bankijiet, bins eċċ.) u li jinżammu aħjar minn dawk li hemm?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat, nirreferih ukoll għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 675 dwar xogħlijiet li qegħdin isiru mal-kosta tal-Kottonera, li mhux biss se jagħtu aċċess bla interruzzjonijiet liż-żona mill-Kalkara sal-Isla, iżda wkoll tisbiħ u għamara tat-triq, kif qed jiġi ssuġġerit.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1028, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Jista’ jgħid ta’ min hi r-responsabbilità għall-manutenzjoni ta’ bankina u t-triq li mill-Bieb ta’ Sant’Anġlu tagħti sal-ponta ta’ Sant’Anġlu u dan peress li hemm telqa kbira f’żona li tiġbed ħafna persuni?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1028, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Jista’ jgħid ta’ min hi r-responsabbilità għall-manutenzjoni ta’ bankina u t-triq li mill-Bieb ta’ Sant’Anġlu tagħti sal-ponta ta’ Sant’Anġlu u dan peress li hemm telqa kbira f’żona li tiġbed ħafna persuni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 675.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1028, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Jista’ jgħid ta’ min hi r-responsabbilità għall-manutenzjoni ta’ bankina u t-triq li mill-Bieb ta’ Sant Anġlu tagħti sal-ponta ta’ Sant’Anġlu u dan peress li hemm telqa kbira f’żona li tiġbed ħafna persuni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali tal-Gvern għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja.
Fi tliet snin kemm ilha mwaqqfa, bejn toroq residenzjali u dawk rurali, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 830 triq. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Infrastructure Malta qed taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. Bħalissa fil-fatt għaddejja bil-bini mill-ġdid ta’ ħafna toroq, fosthom Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur u proġett ta’ €5 miljun biex tagħti ħajja ġdida lill-mollijiet u tagħmel prominad ġdid fl-inħawi ta’ Sally Port, il-Birgu. Għal dan ir-rigward, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi wkoll għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija numru 675.
It-triq indikata, li mill-Bieb ta’ Sant Anġlu tagħti sal-ponta ta’ Sant’Anġlu, hija fost it-toroq li se jinbnew mill-ġdid bħalaparti minn din il-ħidma mifruxa fuq seba’ snin. Fl-istess waqt, sakemm tinbena mill-ġdid, peress li r-responsabiltà tat-tiswijiet u l-manutenzjoni regolari ta’ toroq lokali bħal din imsemmija hija tal-Kunsilli Lokali, dawn għandhom ir-riżorsimeħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq tkun teħtieġ minn żmien għal żmien.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 910, tista’ l-Ministru tgħid x'inhuma l-"interessi kummerċjali" li qed tirreferi għalihom, ġaladarba l-Enemalta għandha monopolju fuq id-distribuzzjoni tal-enerġija elettrika, li hu suq li għadu mhux liberalizzat, u allura m'għandhiex kompetizzjoni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li qed jitkellem dwar monopolju fid-distribuzzjoni tal-enerġija, id-domanda tiegħu mhix dwar id-distribuzzjoni iżda dwar il-ġenerazzjoni tal-enerġija.
F’dan il-każ m’hemmx sors wieħed minn fejn tinxtara l-enerġija. Għalhekk ma jeżistix il-monopolju li qed isemmi hu u jeżisti suq fejn l-Enemalta tħaddem proċess kontinwu ta' dispatch optimisation. Għax il-prezzijiet tal-elettriku mill-Interconnector jvarjaw minn siegħa għall-oħra u l-EneMalta tixtri minn suq miftuħ li jopera f’forma ta’ irkant, il-pubblikazzjoni tal-volumi u tal-prezzijiet dettaljati, ixekklu dan il-proċess billi jtellfu l-opportunita li l-Enemalta takkwista l-aħjar prezzijiet fis-swieq.
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li din l-amministrazzjoni tibqa’ impenjata li toffri l-aħjar prezz tal-elettriku possibbli lill-konsumatur Malti. U r-riżultat hu li fl-iktar mumenti diffiċli l-konsumatur Malti baqa’ jgawdi minn prezzijiet tal-enerġija stabbli.
Jista’ l-Ministru jispjega kif se tkun qed taħdem l-għotja ta’ €1,000 fis-sena lill-first time buyers u meta dawk eliġibbli se jibdew jibbenefikaw?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kien dan il-Gvern stess li fil-bidu tal-ewwel leġiżlatura introduċa miżuri li minnhom ibbenefikaw first-time buyers. Infatti fil-Baġit tal-2014 daħħalna l-miżura fejn first-time buyers ma jħallsux taxxa tal-boll fuq l-ewwel €150,000. Matul is-snin dan l-ammont kompla jiżdied għal €200,000.
Minn din il-miżura ibbenefikaw iktar minn 28,000 persuna fejn frankaw madwar €90 miljun f’taxxa tal-boll fuq l-ewwel proprjetà tagħhom.
Il-miżura indikata hawn fuq hija wegħda elettorali tal-manifest 2022 u għaldaqstant għad trid tiġi inkluza fil-baġits li ġejjin u leġiżlata kif suppost.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga mhux qed ikollhom night watch duties? Jekk iva, għaliex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ma nħossx li huwa prudenti li tingħata informazzjoni dwar l-operat u dettalji oħra tal-Pulizija fil-ħidma tagħha fil-ġlieda kontra d-droga. Madanakollu, ma hemm l-ebda oġġezzjoni jekk l-Onor. Interpellant jixtieq li jingħatawlu d-dettalji privatament.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga hux qed taħdem matul il-lejl? Jekk iva, sa xħin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ma nħossx li huwa prudenti li tingħata informazzjoni dwar l-operat u dettalji oħra tal-Pulizija fil-ħidma tagħha fil-ġlieda kontra d-droga. Madanakollu, ma hemm l-ebda oġġezzjoni jekk l-Onor. Interpellant jixtieq li jingħatawlu d-dettalji privatament.
Jista’ l-Ministru jispjega jekk għadux jeżisti s-Surveillance Team fi ħdan l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi uffiċjali tal-Pulizija li hemm fl-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga jagħmlu x-xogħol ta’ surveillance skont l-esiġenzi u n-neċċessitajiet oħra li jkun hemm bżonn minn ħin għal ħin fl-istess skwadra.
Ħruq tan-nar fil-festi — Spejjeż relatati ma' permessi u garanziji
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-dilettanti tan-nar tal-festi jiġu megħjuna fl-ispejjeż kbar li għandhom fejn jidħlu permessi u garanziji marbuta mal-ħruq tan-nar? Jista' jtaffi l-burokrazija żejda fejn jidħol il-ħruġ tal-permessi għal dan il-logħob tan-nar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm infetħu libelli fil-ħames snin bejn l-2017 u l-2021 u kemm ingħalqu fl-istess perjodu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-2017 u l-2021, fil-Qrati ta' Malta ġew irreġistrati 177 kawża ta' libell. Fl-istess perjodu ngħalqu 126 każ. Fl-istess żmien, f'Għawdex ma nfetaħ l-ebda każ ta' libell però ngħalaq każ ta' libell wieħed.
Is-Siġġiewi — Pjazza - Stallazzjoni ta' bus shelter
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux mistenni jkun installat bus shelter fil-pjazza tas-Siġġiewi hekk kif ma teżisti l-ebda protezzjoni mill-elementi għall-passiġġiera?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1351, din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Peress li f’din is-sena skolastika xi ġenituri esprimew il-bżonn li l-Kindergarten ġewwa ż-Żejtun tkun estiża, peress li skont dawn il-ġenituri l-iskola hija ffullata bit-tfal li jattendu f'din l-iskola, tant li fil-klassijiet qed ikunu numru ta' studenti konsiderevoli, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din l-iskola tiġi mkabbra/estiża biex tilqa’ għad-domanda li hemm u biex it-tfal li qed jattendu bħalissa jkunu mqassma f’aktar gruppi iżgħar? Jekk hemm dan il-ħsieb, jista’ jagħti aktar dettalji f’termini ta’ żmien meta dan se jibda jitwettaq?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent, l- ispazju provdut fl-iskola Primarja taż-Żejtun huwa adegwat għan-numru ta’ studenti li jattendu fl-istess skola. Għaldaqstant, filwaqt li l-Ministeru jibqa' dejjem kommess li jibqa' jħares is-sitwazzjoni mill-qrib, m’hemmx il-ħtieġa immedjata li din l-iskola tiġi estiża.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — impjegati li daħlu mal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — impjegati li daħlu mal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — impjegati li daħlu mal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.