Kunsill Lokali Marsaskala: — Xogħlijiet Infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala mis-sena 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid ukoll fejn saru dawn ix-xogħlijiet, fiex kienu jikkonsistu, kemm kienet l-ispiża u min wettaq dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħala xogħlijiet infrastrutturali mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala, mill-2020 sad-data ta’ din l-interpellanza, saru kif elenkat fis-segwenti tabella.
Tip ta’ Xogħol
Fejn twettaq ix-Xogħol
Kuntrattur
Manutenzjoni u bini ta’ foot-paths, rampi u pavimentar.
Triq id-Daħla ta’ San Tumas
Catbros Ltd.
Xogħol ta’ Pavimentar ta’ Bankini
Triq id-Daħla ta’ San Tumas,
Triq il-Baħħara,
Triq iż-Żonqor, Triq is-Salini,
Triq San Ġużepp, Triq San Ġwanni Pawlu II,
Triq Hurds Bank,
Triq Apap Bologna,
Triq ir-Ridott.
Catbros Ltd
Bini u Stallazzjoni ta’ Bankijiet tal-konkrit.
Triq ix-Xatt
Catbros Ltd
Xogħlijiet fuq foot-paths u pavimentar
Triq il-Bajja c/w Triq San Nikola,
Triq Iċ-Ċervjola,
Triq il-Katakombi,
Triq is-Sajjieda,
Triq Patri Wistin Born
Catbros Ltd
Xogħol ta’ Pavimentar fuq bankini.
Triq iż-Żonqor,
Triq il-Batterija taż-Żonqor,
Triq ix-Xatt,
Triq il-Qaliet
Catbros Ltd
Xogħol ta’ Pavimentar fuq bankini.
Triq il-Bajda u
Triq is-Sewda
Catbros Ltd
Xogħol ta’ Pavimentar fuq bankini.
Triq il-Lampuka u
Triq Ġebel Ħanxul
Catbros Ltd
Xogħol ta’ Patching
Triq tal-Gardiel,
Triq Sant’ Anna,
Triq La Sengle
Jake Borg
Xogħol ta’ Patching
Triq iż-Żonqor,
Triq ix-Xatt,
Triq San Ġwakkin,
Triq Blajjiet,
Triq is-Silla,
Triq iċ-Ċervjola,
Triq id-Dugħ,
Triq il-Magħluq,
Triq Sant’ Antin,
Triq is-Salini.
Jake Borg
L-Ispiża Totali ta’ dawn ix-xogħlijiet mill-2020 sal-lum kienet ta’ €247,561.74
Ħal Qormi – Triq l-Għargħar 1979 – Proġett tal-Ġnien — Ħitan
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 922 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 263, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm tibdil fl-għoli tal-ħitan mis-simulazzjoni diġitali li kienet intweriet fit-tnedija tal-proġett tal-ġnien fi Triq l-Għargħar 1979 f’Ħal Qormi?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma – Membri tal-bord
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 822 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 308 li l-Ministru wieġbet biex nirreferi għall-mistoqsijiet parlamentari 22505, 22827 u 23696 tat-XIII-il Leġiżlatura li qed tikkwota, tista' għaldaqstant il-Ministru tagħti rendikont tal-proċedura li użat biex ħatret lil kull wieħed u waħda mill-membri tal-Bord tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, u ċjoè skont l-artikolu 3(6) tal-Kap. 545, x'kienet il-"proċedura indipendenti u imparzjali" li użat biex żgurat li għandhom il-"ħiliet u l-esperjenza meħtieġa", x'kienu l-"kriterji oġġettivi, trasparenti u ppubblikati" li bbażat fuqhom, u fejn u meta kienu pubblikati dawn il-kriterji?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-artiklu li qed jirreferi għalih iddaħħal fil-liġi permezz tal-Att XLIX tal-2021, kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-23 ta’ Lulju 2021. Minn wara din id-data, fuq il-Bord tar-Regolatur, kienet saret biss ħatra waħda fejn persuna mill-kamp legali kienet inħatret biex tissostitwixxi membru preċedenti li wkoll kienet ġejja mill-kamp legali u li sfortunatament kienet ġiet nieqsa ħesrem.
Sadanittant din il-persuna ma setgħetx tkompli bħala membru tal-Bord u allura illum hemm vakanza li trid timtela skont il-kriterji li hemm stabbiliti fil-liġi kif emendata f’Lulju 2021.
Raħal Ġdid — Pjazza Antoine de Paule, Triq tal-Borg u Triq Ħaż-Żabbar – dawl tat-triq
Question
Tista' l-Ministru tara li titranġa s-sitwazzjoni tad-dawl tat-triq (street lighting) fi Pjazza Antoine De Paule, Triq tal-Borġ, Triq Ħaż Żabbar u toroq oħra tal-madwar f'Raħal Ġdid, fejn id-dawl issa ilu ġranet jew ma jixgħelx jew jixgħel tard ħafna billejl?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Enemalta għamlet it-tiswijiet meħtieġa u d-dwal fi Pjazza Antoine De Paule u t-toroq tal-madwar huma mixgħula.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 536, peress li triq li tagħti għall-kamra tan-nar 25 ta’ Novembru, li hija triq rurali, mhux imniżżla, jista’ l-Ministru jara li din it-triq tkun inkluża?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq li qed issir referenza għaliha hija fost it-toroq rurali li Infrastructure Malta se tibni mill-ġdid bħala parti mill-investiment bla preċedent li qed tagħmel anke fit-toroq rurali.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex żona ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq, preċiżament ġewwa Triq ir-Ridott, li skont is-Central Malta Local Plan hija green area, bdiet tintuża bħala parkeġġ u dan wara intervent minn Infrastructure Malta? Għaliex il-Kunsill Lokali tan-Naxxar ma kienx avżat? Għaliex ma saret ebda applikazzjoni sabiex jinħareġ permess?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta rċeviet talba minn residenti fil-viċin biex timmodifika temporanjament passaġġ biswit iż-żona inkwistjoni sakemm dan is-sit jiġi mtejjeb permezz ta’ proġett separat mill-Kunsill Lokali. Dawn il-modifiki minuri fil-passaġġ twettqu ftit ġimgħat ilu. Ma saru l-ebda xogħolijiet fis-sit maġenb il-passaġġ. Mistoqsijiet dwar l-infurzar tar-regolamenti tal-parkeġġ għandhom jiġu indirizzati lill-awtoritajiet applikabbli.
Baħar iċ-Ċagħaq — Triq ir-Ridott - żona ta' parkeġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ż-żona ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq, preċiżament ġewwa Triq ir-Ridott kantuniera ma' Triq Anton Manwel Caruana, li hija designated bħala parkeġġ skont il-Malta Central Plan, ser tiġi effettivament konvertita u tibda tintuża bħala parkeġġ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Infrastructure Malta m’għandhiex pjanijiet jew talbiet sabiex tagħmel parkeġġi f’Baħar iċ-Ċagħaq. Madankollu l-aġenzija infurmata li jista’ jkun hemm pjanijiet għal dawn l-inħawi li jinkludu postijiet ta’ parkeġġ mill-Kunsill Lokali responsabbli minn din iż-żona. Aktar tagħrif ikun jista’ jinkiseb mill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' reati kriminali li seħħew fil-lokalità tal-Ħamrun fis-snin 2017, 2018, 2019, 2020 u 2021? Jista' jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena u skont ir-reat irrappurtat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ reati kriminali li ġew irreġistrati fis-sistema tal-pulizija u li seħħew fil-Ħamrun, mis-sena 2017 sas-sena 2021 kien kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt. Bl-arranġamenti introdotti fl-aħħar xhur tas-sena 2020, reati li jiġu rrapurtati minn sezzjonijiet speċjalizzati tal-Korp, u mhux direttment fl-għases tal-lokalità ta’ fejn sar ir-reat, huma miżjuda fis-sistema elettronika tal-Pulizija wkoll u għaldaqstant dan jiġi rifless fiż-żieda tal-ammont ta’ reati rreġistrati fl-istess sistema fl-aħħar sentejn.
Kategorija tar-reat
2017
2018
2019
2020
2021
Total
Abbuż minn awtorità pubblika
0
0
0
0
4
4
Ħruq
6
7
5
4
1
23
Attentat ta’ offiżi
13
28
15
21
14
91
Offiża fuq il-persuna
24
30
29
18
34
135
Użu ħażin tal-kompjuter
6
4
3
4
9
26
Ħsarat
88
111
121
88
116
524
Vjolenza domestika
26
32
40
47
43
188
Drogi
14
11
5
5
10
45
Falsifikazzjoni
0
2
0
2
7
11
Frodi
3
10
10
17
56
96
Omiċidju
1
1
0
0
0
2
Reati ta’ immigrazzjoni
0
0
0
0
1
1
Ħasil ta’ flus
0
0
0
11
70
81
Rapport jew ġurament falz
1
0
0
0
0
1
Pornografija
1
0
0
2
2
5
Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet
3
2
3
3
6
17
Prostituzzjoni
0
0
0
1
0
1
Offiżi sesswali
3
2
3
2
3
13
Serq
177
134
171
181
189
852
Theddid u vjolenza privata
9
6
5
7
18
45
Vjolenza kontra uffiċċjal pubbliku
11
4
8
4
5
32
TOTAL
386
384
418
417
588
2193
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' reati kriminali li seħħew fil-lokalità tal-Belt Valletta fis-snin 2017, 2018, 2019, 2020 u 2021? Jista' jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena u skont ir-reat irrappurtat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ reati kriminali rraportati li seħħew fil-Belt Valletta, mis-sena 2017 sas-sena 2021 u li huma rreġistrati fis-sistema tal-pulizija, kien kif indikat fit-tabella hawn taħt. Fejn applikabbli wara arranġamenti introdotti fl-aħħar xhur tas-sena 2020, reati li jiġu rrapurtati minn sezzjonijiet speċjalizzati tal-Korp, ukoll ikunu miżjuda fis-sistema elettonika tal-Pulizija.
Kategorija ta’ reat
2017
2018
2019
2020
2021
Total
Abbu¿ minn awtorità pubblika
1
2
3
3
2
11
Ħruq
3
3
4
10
0
20
Attentat ta’ offi¿i
16
23
15
7
10
71
Bigamija
0
0
0
1
0
1
Offi¿a fuq il-persuna
32
31
26
29
26
144
U¿u ħa¿in tal-kompjuter
7
8
8
7
9
39
Reati kontra l-paċi pubblika
0
0
0
0
1
1
Reati kontra l-amministrazzjoni tal-ġustizzja
1
0
0
0
0
1
Ħsarat
125
122
105
81
43
476
Vjolenza domestika
23
16
25
38
51
153
Drogi
14
9
2
7
13
45
Falzifikazzjoni
3
5
6
2
4
20
Frodi
28
31
34
29
56
178
Vjolenza abbazi ta; generu
0
0
0
1
0
1
Reati ta’ immigrazzjoni
2
2
0
1
1
6
Ħasil ta’ flus
1
3
0
3
0
7
Rapport jew ġurament falz
4
1
0
3
4
12
Pornografija
0
0
0
1
0
1
E¿erċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet
2
3
1
4
3
13
Offi¿i sesswali
6
4
4
4
1
19
Serq
577
409
264
168
155
1573
Thedid u vjolenza privata
22
20
22
7
18
89
Aċċess mhux awtortizzat
0
0
0
0
1
1
Vjolenza kontra uffiċċjal pubbliku
15
16
13
2
9
55
TOTAL
882
708
532
408
407
2937
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' reati kriminali li seħħew fil-lokalità tal-Furjana fis-snin 2017, 2018, 2019, 2020 u 2021? Jista' jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena u skont ir-reat irrappurtat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ reati kriminali rreġistrati fis-sistema tal-pulizija li ġew irraportati li seħħew fil-Furjana, mis-sena 2017 sas-sena 2021 huwa kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt. Fejn applikabbli wara arranġamenti introdotti fl-aħħar xhur tas-sena 2020, reati li jiġu rrappurtati minn sezzjonijiet speċjalizzati tal-Korp, ukoll ikunu miżjuda fis-sistema elettonika tal-Pulizija.
Kategorija ta’ reat
2017
2018
2019
2020
2021
Total
Abbuż minn awtorità pubblika
0
0
0
6
3
9
Ħruq
0
1
3
1
0
5
Attentat ta’ offiżi
10
8
4
1
3
26
Offiżi fuq il-persuna
15
14
13
10
5
57
Użu ħażin tal-kompjuter
0
3
0
2
3
8
Ħsarat
64
62
42
39
30
237
Vjolenza Domestika
11
19
20
19
16
85
Drogi
11
10
3
3
19
46
Falzifikazzjoni
2
1
2
3
3
11
Frodi
7
16
6
39
16
84
Reati ta’ immigrazzjoni
0
1
1
2
2
6
Ħasil ta’ flus
0
7
26
61
0
94
Pornografija
1
0
1
0
0
2
Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet
0
2
2
0
1
5
Offiżi sesswali
4
3
6
5
1
19
Serq
181
122
64
67
68
502
Theddid u vjolenza privata
3
5
2
18
11
39
Vjolenza kontra uffiċċjal pubbliku
5
8
8
5
1
27
TOTAL
314
282
203
281
182
1262
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' reati kriminali li seħħew fil-lokalità tal-Marsa fis-snin 2017, 2018, 2019, 2020 u 2021? Jista' jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena u skont ir-reat irrappurtat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ reati kriminali li ġew irreġistrati fis-sistema tal-pulizija u li seħħew il-Marsa, mis-sena 2017 sas-sena 2021 kien kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt. Bl-arranġamenti introdotti fl-aħħar xhur tas-sena 2020, reati li jiġu rrapurtati minn sezzjonijiet speċjalizzati tal-Korp, u mhux direttment fl-għases tal-lokalità ta’ fejn sar ir-reat, huma miżjuda fis-sistema elettronika tal-Pulizija wkoll u għaldaqstant dan jiġi rifless fiż-żieda tal-ammont ta’ reati rreġistrati fl-istess sistema fl-aħħar sentejn.
2017
2018
2019
2020
2021
Total
Abbuż minn awtorità pubblika
0
0
0
1
0
1
Ħruq
5
7
7
8
0
27
Attentat ta’ Offiżi
20
24
10
10
17
81
Offiżi fuq il-persuna
38
37
43
30
45
193
Użu ħażin tal-komputer
1
5
2
2
7
17
Reati kontra sigurtà pubblika
1
0
0
0
0
1
Reati kontra l-amministrazzjoni tal-ġustizzja
0
0
0
1
0
1
Ħsarat
78
101
88
55
83
405
Vjolenza domestika
11
20
20
36
37
124
Drogi
29
21
8
25
77
160
Falzifikazzjoni
0
1
1
0
3
5
Frodi
13
19
13
11
33
89
Omiċidji
2
0
1
0
1
4
Reati ta’ immigrazzjoni
0
1
0
2
22
25
Ħasil ta’ flus
1
3
0
0
4
8
Pornografija
0
1
0
2
0
3
Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet
1
1
3
2
4
11
Prostituzzjoni
15
0
0
1
0
16
Offizi sesswali
1
1
5
9
4
20
Serq
149
123
128
138
176
714
Theddid u vjolenza privata
2
2
3
3
3
13
Traffikar ta’ persuni
0
0
0
0
1
1
Aċċess mhux awtorizzat
0
0
0
2
0
2
Vjolazzjoni ta’ postijiet ta’ kustodja, eċċ
0
0
3
8
1
12
Vjolenza kontra uffiċċjal pubbliku
8
10
5
4
4
31
TOTAL
375
377
340
350
522
1964
Fid-dawl tat-tixrid riċenti ta' skart minn proġett fil-Balluta li niġġes il-Bajja tal-Balluta, tista' l-Ministru tispjega x'miżuri ttieħdu biex ma jkunx hemm aktar skart imxerred fil-Bajja tal-Balluta minn dan il-proġett?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ERA immedjatament waqqfet ix-xogħlijiet, kif ukoll ordnat lill-applikant biex jieħu l-miżuri ta' mitigazzjoni meħtieġa sabiex ma jkunx hemm aktar tixrid ta' materjal fil-baħar.
Dawn il-miżuri ta' mitigazzjoni meħuda fuq dan il-proġett jinkludu:
1. installazzjoni ta' mesh addizzjonali sabiex l-ilqugħ fil-baħar jiżdied;
2. l-piling works komplew mingħajr l-użu ta' ilma bħala drilling fluid sabiex jitnaqqas l-ammont ta' runoff;
3. tpoġġa lqugħ fuq il-blat sabiex materjal iġġenerat mill-piling works ma jispiċċax il-baħar;
4. il-preżenza ta' Environmental Monitor sabiex jassigura li l-miżuri hawn fuq imsemmija jkunu adegwati u jitwaqqaf ix-xogħol b’mod immedjat jekk jirriżulta li l-miżuri ma jkunux effettivi.
Fis-16 ta’ Mejju, l-Awtorità ħarġet ukoll notifika ta’ multa minħabba li skart ta’ materjal minn dan il-proġett spiċċa fil-baħar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġu sostitwiti r-railings tal-promenade f’Tas-Sliema, bejn Fond Għadir u l-Waterpolo Pitch ta’ Tas-Sliema, peress li huma kollha sadid?
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu installati l-arbli tad-dawl neqsin fuq il-promenade f’Tas-Sliema, li kienet saritilhom il-ħsara minn maltemp aktar minn tliet snin ilu u li ilhom neqsin minn dakinhar?
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex tnejn biss mit-23 rakkomandazzjoni magħmula mill-GRECO ġew implimentati bi sħiħ, filwaqt li 11 mit-23 rakkomandazzjoni ġew implimentati parzjalment u disgħa mit-23 rakkomandazzjoni ma ġew implimentati xejn?
Meta se jiġu implimentati bi sħiħ il-11-il rakkomandazzjoni li ġew implimentati parzjalment? Meta se jiġu implimentati d-disa' rakkomandazzjonijiet li ma ġew implimentati xejn?
Response (ABELA, ROBERT)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li bħala fatt din hi l-iktar amministrazzjoni li għamlet bidliet, inkluż leġiżlattivi, biex isaħħaħ is-saltna tad-dritt u l-governanza f’pajjiżna. Bidliet li kienu rikonoxxuti minn entitajiet jew awtoritajiet awtorevoli bħall-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissjoni Venezja, fost oħrajn.
Kif jirriżulta mir-rapport li qed jagħmel referenza għalih l-Onor. Interpellant, hemm 14-il rakkomandazzjoni li jew twettqu b’mod sħiħ, jew inkella skont l-analisi tal-GRECO, qed ikunu implimentati.
Dan differenti ħafna minn rapporti ta’ żminijiet oħra, bħal dak tal-2011, fejn mit-total tar-rakkomandazzjonijiet ma kien twettaq xejn. Eventwalment dawk ir-rakkomandazzjonijiet kienu twettqu wara li nbidel il-gvern.
Dwar l-aħħar rapport, li qed jagħmel referenza għalih l-Onor. Interpellant, l-awtoritajiet jibqgħu jżommu proċess ta’ konsultazzjoni u djalogu mal-GRECO.
Fid-dawl tal-konsegwenzi serji ħafna li qed ikollha fuq l-industrija tas-servizzi finanzjarji tagħna u fuq il-ħajja tagħna ta’ kuljum, jista’ l-Ministru jaġġorna din il-Kamra dwar x’qed isir biex Malta titneħħa mil-lista griża tal-Financial Action Task Force (FATF) u meta qed jistenna li pajjiżna jitneħħa mil-lista griża tal-FATF?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-istituzzjonijiet kkonċernati wettqu ħidma kbira sabiex jitwettaq il-pjan t’azzjoni.
Filwaqt li nixtieq nassigura lill-Onor. Interpellant illi qiegħed isir dak kollu li hemm bżonn sabiex pajjiżna jitneħħa mill-lista l-griża, la hu xieraq u mhux prudenti illi nispekulaw dwar id-deċiżjonijiet tal-FATF.
Tneħħija mil-lista tar-Renju Unit ta' pajjiżi b'riskju għoli għall-ħasil ta' flus u finanzjament tat-terroriżmu
Question
Jista' l-Ministru jispjega x'qed isir biex pajjiżna jitneħħa mil-lista tar-Renju Unit ta' pajjiżi b'riskju għoli għall-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li qiegħed jitwettaq sabiex Malta twettaq il-pjan t’azzjoni, kif indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 1155, għandu jservi sabiex jintlaħaq l-istess għan fir-rigward tal-lista indikata minnu.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 909 jista' l-Ministru jgħid f'liema parti ta' Malta hemm cameras viċin tat-traffic lights? Jista’ jgħid ukoll għaliex m'hemmx sinjali ta' dawn il cameras? Jista' jgħid jekk is-sewwieq għandux ikun jaf li hemm dawn il-cameras?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fejn kull camera installata u li hija attiva hemm it-tabelli neċessarji kollha li jinfurmaw lill-pubbliku inġenerali.