Legislature:
Category:
Reset
Active:

Slielem tal-baħar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta jitneħħew is-slielem tal-baħar wara x-xhur tas-sajf? Tista’ tgħid ukoll x’inhi l-possibilità li dawn is-slielem jitneħħew iktar tard fis-sena hekk kif numru ta’ persuni għadhom qegħdin jgħumu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-slielem madwar il-kosta jinqalgħu wara x-xhur tas-sajf hekk kif ikun hemm l-ewwel sinjali ta’ maltemp jew irjieħat qawwija. Hemm numru ta’ slielem li jkunu mwaħħlin f'postijiet kennija li jitħallew hemmhekk anke matul ix-xhur tax-xitwa. Wiehed irid japprezza li dawn is-slielem issirilhom ħsara irreparabbli jekk jitħallew imwaħħlin fil-maltemp.

Pagamenti lil kumpanija

Question

Fid-dawl tas-sentenza tal-arbitraġġ tal-Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ (ICC), jista ’ l-Ministru jgħid x ’ kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista ’ jgħid ukoll ir-raġuni, id-data ta ’ meta saru u kemm kienu u min awtorizzahom, lil liema bank saru u f ’ liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f ’ liema munita saru?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 32212.

Pagamenti lil kumpanija

Question

Fid-dawl tas-sentenza tal-arbitraġġ tal-Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ (ICC), jista ’ l-Ministru jgħid x ’ kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista ’ jgħid ukoll ir-raġuni, id-data ta ’ meta saru u kemm kienu u min awtorizzahom, lil liema bank saru u f ’ liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f ’ liema munita saru?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 32212.

Baġit 2026 – Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Reklamar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm nefaq flus fuq reklami l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu għall-Baġit 2026?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Kunsilli lokali - Ġonna

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31393, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ġonna, kemm minn aspett ta’ manutenzjoni kif ukoll minn aspett ta’ finanzi, jaqgħux taħt il-Kunsilli Lokali jew taħt xi entità oħra tal-Gvern?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31393 telenka l-ġonna li huma fir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali rispettivi, hekk kif mistoqsi.

Ċittadini Maltin li jgħixu f’pajjiżi terzi tal-Ewropea

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm ċittadini Maltin jgħixu f’pajjiżi terzi fl-Ewropa? Jista’ jelenka liema huma l-pajjiżi u kemm hemm ċittadini Maltin f’kull pajjiż?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari nru. 32185.

Ċittadini Maltin li jgħixu f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm ċittadini Maltin jgħixu f’pajjiżi differenti tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jelenka liema huma l-pajjiżi u kemm hemm ċittadini Maltin f’kull pajjiż?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-cittadini Maltin m’humiex obbligati legalment li jinfurmaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu li qed jgħixu barra minn Malta u għalhekk dan il-Ministeru m’għandux din l-informazzjoni.

Kummissarju tal-Ġustizzja - Pussess ta’ aktar minn 7g ta’ kannabis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna dehret quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja b’rabta ma’ pussess ta’ aktar minn 7g ta’ kannabis matul l-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, matul is-sena 2025 sas-17 ta’ Novembru 2025, dehret persuna waħda biss quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja b’rabta ma’ pussess ta’ aktar minn 7 grammi ta’ kannabis.

L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tax-xogħlijiet strutturali, infrastrutturali u ta’ tisbiħ, u xiri ta’ apparat mediku, li hemm ippjanati li jsiru jew jinxtraw fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex matul is-sena 2026?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fost ix-xogħlijiet li ser ikunu qed isiru fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex matul is-sena 2026, hemm: (a)  L-estensjoni tad-Dipartiment tal-Outpatients li ser jinkludu faċilitajiet dijanjostiċi integrati. (b) Estensjoni ta’ żewġ swali operatorji u rinnovazzjoni ġdida tas-sala operatorja eżistenti. (c)  Rinnovar u estensjoni tal-unità kardjo-respiratorja b’faċilitajiet dijanjostiċi u kliniċi moderni kif ukoll tagħmir avvanzat biex itejbu l-kura għall-pazjenti b’kundizzjonijiet kardijaċi u respiratorji. (d) Estensjoni tal-laboratorju fejn ser itejjeb il-proċessi tal-ittestjar, jissaħħaħ il-kontroll tal-kwalità u jitnaqqsu l-ħinijiet ta’ rispons. (e) Estensjoni tal-unità tal-Infużjonijiet tal-Kimoterapija (f) Sit għall-inżul tad-drones sabiex jiffaċilitaw konsenja jew ġarr ta’ kampjuni kif ukoll provvista ta kimoterapija għal trattament estiż fl-isptar ta’ Għawdex (g) Helipad ġdid fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. (h) Unità ġdida għar-Rinjal b’spazji moderni għad-dijalisi, kmamar ta’ monitoraġġ u infrastruttura medika avvanzata. (i) Rinnovar tas-CCU u kostruzzjoni ta’ ITU/HDU ġodda (j) Kummissjonar tat-taghmir Iperbariku ġdida. (k) Binja ġdida għall-farmaċija (l) Binja ġdida għall-Emergency Operations & Anatomy Centre Minbarra hekk, huwa ppjanat li ser isir xiri ta’ bosta apparat mediku ta’ l-aħħar teknoloġija state-of-the art.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Sejħiet għal ġardinara - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għall-aħħar sejħiet kemm interni (minn ġewwa) kif ukoll esterni (minn barra) biex jiġu ingaġġati bħala ġardinara ġewwa Għawdex mill-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u kemm minnhom ġew magħżula s’issa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li applikaw total ta’ 17-il kandidat għas-sejħa nterna li minnhom għaddew 7. Ir-reklutaġġ mistenni jibda fil-futur qrib. Infurmat ukoll li applikaw total ta’ 46 kandidat għas-sejħa esterna. Ħadd minn dawn l-applikanti ma’ kien eliġibbli.

Għawdex - Ta’ Xħajma - Proġett tas-Solar flowers

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31570 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u ċjoè: B’referenza għall-proġett magħruf bħala ‘solar flowers’ li qegħdin jitqiegħdu f’Ta’ Xħajma, Għawdex, jista’ l-Ministru jippubblika r-rapport tekniku u/jew studju ta’ fattibilità li wassal għal din l-għażla ta’ teknoloġija? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm valutazzjoni ta’ valur għal flus (value for money assessment) meta mqabbla ma’ sistemi fotovoltajċi tradizzjonali?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-proġett sar b’kollaborazzjoni bejn id-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar. Għalkemm is-sejħa għall-offerti ħarġet mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, it-teknoloġija ġiet proposta mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar sabiex jiġi ndirizzat l-oġġettiv tal- programm RRP NextGenerationEU, liema oġġettiv kien intenzjonat  speċifikament għall-progetti ta’ sistemi t’enerġija rinovabbli b’tekonoloġija innovativa u mhux waħda tradizzjonali.  Il-viabilita’ jew xorta oħra ta’ sistemi innovattivi meta mqabbla ma’ sistemi fotovoltajċi tradizzjonali mhix kumparabbli, minħabba lis-sistemi innovattivi jkunu għadhom ma sarux sistemi standard kummerċjalment. Fil-fatt din it-teknoloġija hija minn tal-ewwel xorti tagħha f'Malta.

Għawdex - Ta’ Xħajma - Proġett tas-Solar flowers - Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31568 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u ċjoè: B’referenza għall-proġett magħruf bħala ‘solar flowers’ li qegħdin jitqiegħdu f’Ta’ Xħajma, Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru offerti jew sejħiet għall-kuntratti relatati ma’ dan il-proġett u min kienu l-offerenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-proġett ġie implimentat wara li ħarġet sejħa pubblika għall-offerti, għal liema sejħa saru tliet offerti.

Għawdex - Ta’ Xħajma - Proġett tas-Solar flowers - Spiża totali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31567 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u jgħid x’inhi l-ispiża totali tal-proġett magħruf bħala ‘solar flowers’ li qegħdin jitqiegħdu f’Ta’ Xħajma, Għawdex, inkluż l-ispiża ta’ installazzjoni, konnessjoni mal-grillja u kull infrastruttura ta’ sostenn relatata? Jista’ jgħid ukoll kemm mill-ispiża ta’ dan il-proġett hija koperta mill-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza (RRP) u kemm qed jiġu ffinanzjati minn fondi nazzjonali?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża totali finali biex ġew provduti s-solar flowers inkluż l-installazzjoni sħiħa tagħhom u l-konnessjoni, tammonta għal €699,611.98 (VAT eskluż), li huma kollha ffinanzjati mill-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza (RRP).