Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ġustizzja — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħtu mill-2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-20 ta’ Mejju 2022.

Ħal Luqa — Bus Shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-istallazzjoni ta’ bus shelters f’Ħal Luqa? Fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’Ħal Luqa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa qiegħed jitlob għall-installar ta’ bus shelters kif ġej; • 2 f’Wesgħet Vittmi tal-Gwerra • 1 fi Triq il-Ġdida • 1 fiż-żona ta’ Ħal Farruġ • 1 fi Triq il-Belt Valletta

Is-Siġġiewi — Bus Shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-istallazzjoni ta’ bus shelters fis-Siġġiewi? Fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters fis-Siġġiewi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li kienet saret spezzjoni fuq il-bus stops kollha ma' uffiċjali minn Transport Malta żmien ilu, fejn ġie stabbilit jekk hemmx wisa’ biżżejjed skont ir-rekwi¿iti biex isir bus shelter, ġew identifikati dawn il-bus stops: Locality Bus Stop Name Street Classification Siġġiewi Monument Triq it-Tabib Nikola 1 Siġġiewi Salib Triq Blat il-Qamar 1 Kien hemm ukoll il-bus stop quddiem id-Dar tal-Providenza fi Triq Lapsi, li l-bankina fejn għandha ssir saret bħala parti mill-proġett meta saret Triq Lapsi minn Infrastructure Malta. Il-proċess jinsab fil-fażi ta' permit process.

Ħal Qormi — problema tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-Gvern biex tittaffa l-problema enormi tat-traffiku f’Ħal Qormi? Jista’ jagħti d-dettalji għall-immaniġġar aħjar tat-traffiku f’Ħal Qormi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern huwa kommess li jlesti t-toroq kollha li huma parti mit-TEN-T road network, biex jiġu eliminati l-bottlenecks u titjib l-infrastruttura fit-toroq. Hemm numru ta' toroq u proġetti f'Ħal Qormi u ż-żona tal-madwar li huma parti minn dan in-network. Hemm numru ta' proġetti li jaqgħu f'dan in-network u huma pjanati għaż-żmien li ġej. Ewlenin fost dawn hemm ix-xogħol madwar ir-roundabout ta' Triq l-Imdina u Triq Manwel Dimech, u l-aċċess għall-bypass tal-Imrieħel. Apparti minn hekk, minħabba li Ħal Qormi huwa pjuttost ċentrali, hemm numru ta' proġetti oħra bħax-xogħlijiet li għaddejin biswit l-ajruport f'Ħal Luqa u s-Central Link, li jaffetwaw lil dan il-lokal. Hekk kif fl-1 ta' Ottubru li ġej se jkun qed jingħata trasport pubbliku b'xejn lil kulħadd, qed ikun antiċipat li aktar nies se jkunu qed inaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq vetturi privati u jagħmlu użu minn dan is-servizz. Il-Gvern qed jaħdem ukoll mal-Malta Public Transport biex jiżdiedu l-frekwenzi tar-rotot mis-sena d-dieħla. Dan se jfisser anqas traffiku fiż-żona ta' Ħal Qormi wkoll. Infakkar lill-kollega Interpellant li l-immaniġġar tat-traffiku għal toroq residenzjali huwa f'idejn il-Kunsill Lokali u mhux Transport Malta.

Ħal Qormi — problema ta' parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-Gvern biex tittaffa l-problema enormi tal-parkeġġ f’Ħal Qormi? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kif se tiġi indirizzata l-problema ta’ nuqqas ta’ spazju ta’ parkeġġ f’Ħal Qormi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta m’għandha l-ebda rikjesta speċifika fir-rigward ta’ issues ta’ parkeġġ fil-lokalità ta’ Ħal Qormi.

Ħal Qormi — reati rraportati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati rrapportati fl-aħħar ħames snin f’Ħal Qormi, sena b’sena? Jista’ jgħid x’tip ta’ reati twettqu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi r-reati rapportati mal-pulizija f’Ħal Qormi fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kien kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt: Qormi 2017 2018 2019 2020 2021 Grand Total ARSON 15 11 7 7 5 45 ATTEMPTED OFFENCES 30 30 16 22 23 121 BODILY HARM 23 39 35 29 33 159 COMPUTER MISUSE 8 13 9 8 15 53 DAMAGE 63 97 80 61 48 349 DOMESTIC VIOLENCE 56 73 80 69 65 343 DRUGS 9 11 11 5 33 69 FORGERY 2 5 4 2 4 17 FRAUD 24 37 24 29 84 198 INFANTICIDE / ABANDON OF CHILD 1 1 0 0 0 2 MONEY LAUNDERING 1 2 0 0 3 6 PERJURY AND FALSE SWEARING 1 0 0 0 0 1 PORNOGRAPHY 0 0 2 0 1 3 PRETENDED RIGHTS 10 13 9 19 18 69 SEXUAL OFFENCE 6 6 4 3 5 24 THEFT 227 217 202 212 227 1085 THREATS AND PRIVATE VIOLENCE 8 13 23 18 15 77 VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER 8 8 7 7 9 39 Grand Total 492 576 513 491 588 2660

Ħal Luqa — Reati rraportati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati rrapportati fl-aħħar ħames snin f’Ħal Luqa, sena b’sena? Jista’ jgħid x’tip ta’ reati twettqu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi r-reati rrapportati mal-pulizija f’Ħal Luqa fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kien kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt: Luqa 2017 2018 2019 2020 2021 Grand Total ABUSE OF PUBLIC AUTHORITY 0 0 0 0 1 1 ARSON 2 1 3 1 1 8 ATTEMPTED OFFENCES 11 6 11 6 7 41 BODILY HARM 7 6 11 4 5 33 COMPUTER MISUSE 3 6 7 6 3 25 DAMAGE 62 91 89 87 67 396 DOMESTIC VIOLENCE 11 28 10 28 29 106 DRUGS 4 1 1 3 15 24 FORGERY 1 0 0 1 2 4 FRAUD 9 14 22 15 42 102 HOMICIDE 0 0 0 1 0 1 MONEY LAUNDERING 0 0 0 0 1 1 PRETENDED RIGHTS 2 1 1 4 3 11 SEXUAL OFFENCE 0 1 1 1 1 4 THEFT 85 74 103 59 61 382 THREATS AND PRIVATE VIOLENCE 5 6 2 4 5 22 VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER 3 0 2 0 2 7

Marsaxlokk – Żona tas-Silġ – new water

Question

Peress li l-infrastruttura neċessarja ta’ taħt l-art diġà hija lesta, tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li l-bdiewa taż-żona tas-Silġ f’Marsaxlokk għadhom ma bdewx jiġu provduti bin-'new water' biex jużawh għat-tisqija tar-raba’ tagħhom? Meta tali provvista ser tkun disponibbli għal dawn il-bdiewa? Ser ikun hemm xi ħlas biex bdiewa jużaw in-‘new water’?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-infrastruttura taħt wiċċ it-triq fil-proġett indikat hija kważi kollha lesta. Fadal xi xogħol fil-ġibjuni u pompi li se jkunu qed iqabbdu din il-parti tan-network mal-kumplament tas-sistema tan-New Water. Dawn ix-xogħlijiet huma mistennija li jitlestew din is-sena biex il-bdiewa jkunu jistgħu jibdew jibbenefikaw minn dan l-investiment innovattiv b’valur ambjentali.
Leg 14 PQ #786 Sitting 14 2022-06-06 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni- linji gwida għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ma’ min ikkonsultat l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni qabel ma ħarġet il-Linji Gwida għall-Ipproċessar tal-Applikazzjonijiet hekk kif ġew ippublikati nhar it-Tnejn 23 ta’ Mejju 2022 waqt laqgħa ta’ informazzjoni lill-Periti?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-BCA, kif kostitwita fil-Kap. 623 tal-Liġijiet ta’ Malta u sussegwentement imwaqqfa fis-16 ta’ April 2021 għandha obbligu legali li tiffunzjona bħala regolatur u taqdi l-funzjoni kif stabbilit fl-istess liġi. Illum din l-Awtorità taqa’ fi ħdan il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubblici u l-Ippjanar u se nkun qed nara li l-għan legali ta’ din l-Awtorità jiġi onorat, kemm għall-benefiċċju tas-settur kif ukoll għall-benefiċċju tal-pubbliku. Illum għandna l-privileġġ li s-settur tal-Kostruzzjoni qiegħed fi ħdan portafoll ministerjali wieħed u għaldaqstant għandna l-faċilità li nikkonsultaw u ninvolvu l-partijiet konċernati kollha. Fil-jiem li għaddew kelli l-opportunità li niddiskuti l-futur ta’ din l-Awtorità u nikseb tagħrif dwar il-mekkaniżmu amministrattiv tagħha. Jidher biċ-ċar li l-aspettattivi hemm barra mhux qed jintlaħqu u għaldaqstant ser nara li jkun hemm aġġornament tal-proċessi amministrativi f’dan ir-rigward biex l-obbligi legali stabbiliti fl-Att li jitwaqqaf il-BCA jiġu onorati. Fir-rigward tal-mistoqsijiet mill-Onor. Interpellant ninfurmak li l-assessjar ta’ method statements isir minn persuni kompetenti u l-ivvettjar isir abbażi ta’ regolamenti stabbiliti fl-istess Att. Inħares 'il quddiem għat-tisħiħ tal-istess BCA biex insaħħu l-operat ta’ din l-awtorità filwaqt li ninvesti fil-ħaddiema tagħha.
Leg 14 PQ #787 Sitting 14 2022-06-06 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – persuni li jivverifikaw u jiċċekjaw l-applikazzjonijiet – kwalifiċi akkademiċi u kompetenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiċi akkademiċi u kompetenzi għandhom il-persuni kompetenti fis-suġġett li ser jivverifikaw u jiċċekjaw kull applikazzjoni li ssir mal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni dwar jekk hemmx xi xogħlijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-istess Awtorità? Min huma dawn l-assessuri, impjegati tal-Awtorità jew konsulenti privati? Kemm hemm min dawn l-assessuri ingaġġati mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni?

Response

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Leg 14 PQ #788 Sitting 14 2022-06-06 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – persuni li jivverifikaw u jiċċekjaw l-applikazzjonijiet — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jitħallsu għal kull applikazzjoni l-persuni kompetenti fis-suġġett li ser jivverifikaw u jiċċekjaw kull applikazzjoni li ssir mal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni dwar jekk hemmx xi xogħlijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-istess Awtorità jekk dawn mhux impjegati tal-Awtorità?

Response

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Leg 14 PQ #789 Sitting 14 2022-06-06 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – Method Statements

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi u konsegwentament assessjati mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni l-Method Statements, xahar b’xahar, minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm damu jiġu assessjati dawn il-Method Statements li ġew sottomessi l-Building Construction Agency?

Response

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Leg 14 PQ #790 Sitting 14 2022-06-06 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – Method Statements

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm Method Statements assessjati mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni li dawn ġew assessjati f'perjodi ta': (a) inqas minn ġimgħa; (b) ġimgħa; (c) ħmistax-il ġurnata; (d) tliet ġimgħat; (e) xahar; (f) xahar u nofs; (g) xahrejn (h) xahrejn u nofs; (i) tliet xhur; (j) aktar minn tliet xhur?

Response

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Leg 14 PQ #885 Sitting 14 2022-06-06 Oral · Final From: DARREN CARABOTT (Partit Nazzjonalista)

Ministeru għall-Poltika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 285 u jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta' Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu hija skont kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 14 PQ #886 Sitting 14 2022-06-06 Oral · Final From: DARREN CARABOTT (Partit Nazzjonalista)

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 286 u jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta' Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sal-14 ta’ Mejju 2022, dan il-Ministeru ma ingaġġa l-ebda konsulenzi f’din il-leġiżlatura.
Leg 14 PQ #906 Sitting 14 2022-06-06 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI (Partit Nazzjonalista)

Adozzjoni — Aġenziji akkreditati

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista tal-aġenziji akkreditati li jiffaċilitaw l-applikazzjonijiet f'isem il-ġenituri addottivi prospettivi?

Response

Entitajiet taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal huma involuti f’diversi stadji tal-proċess tal-adozzjoni bis-servizzi li huma joffru, kif ukoll bil-bord tal-adozzjonijiet. Fl-istess waqt l-awtorità regolatorja (SCSA) hija indipendenti minn dawn l-entitajiet. Għalhekk l-Onor. Interpellanta għandha titlob dan it-tagħrif lill-Ministru responsabbli mill-SCSA.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur – konsulenti

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 289 u tgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għandu tliet (3) persuni impjegati bħala konsulenti. Il-ħlas tat-tliet konsulenti jammonta għal €104,390.50 fis-sena, skont il-kuntratti rispettivi.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 290 u jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għal Għawdex — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 291 u jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 292 u jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fil-Ministeru hemm 3 Konsulenti u li huma ingaġġati skont ir-regoli stabbiliti fil-Manwal tal-Kabinett.