Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – spezzjoni fuq artifatt storiku
Question
Mingħajr ma jidħol fil-mertu tal-investigazzjonijiet kriminali li għaddejjin bihom il-Pulizija, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kien l-eżitu tal-ispezzjoni li wettqet is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali fuq l-artifatt storiku li nstab fil-proprjetà privata tal-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, u jinfurmana jekk is-Sovrintendenza kkonkludietx li l-artifatt huwa wieħed awtentiku jew le?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li f’dan l-istadju l-Ministeru m’għandux tali informazzjoni hekk kif l-awtoritajiet relevanti jkunu qed iwettqu xogħolhom f’indipendenza sħiħa.
Ħlas ta’ eko-kontribuzzjoni għal kull min iżur il-gżejjer Maltin
Question
B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 234, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma dawk il-proġetti li twettqu, sena b’sena, mill-2016 sad-data li qiegħda tiġi mwieġba din id-domanda parlamentari? Liema huma dawk il-proġetti li hemm ippjanati li jsiru, sena sena, fl-2022, u fis-snin ta’ wara, u kemm hi l-istima għal kull proġett? Jista’ jagħti tagħrif dwar kemm kienet is-somma totali li tħallset sena b’sena minn mindu daħal dan il-ħlas sad-data li qiegħda tiġi mwieġba din id-domanda parlamentari? X’inhi n-nefqa fuq kull waħda mix-xogħlijiet indikati fir-risposta ta' mistoqsija parlamentari 234? Kemm fadal kontijiet li jridu jitħallsu u kemm fadal fondi bħalissa? Kemm kienet is-somma totali li tħallset minn mindu daħal dan il-ħlas sad-data li qiegħda tiġi mwieġba din id-domanda parlamentari? Kemm hi s-somma totali li hi ppjanata li titħallas mid-data li qiegħda tiġi mwieġba din id-domanda parlamentari sal-aħħar tas-sena, u kemm hu ppjanat li se jkun id-dħul għall-istess perijodu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Fir-rigward tal-ewwel mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9573 (Leġiżlatura XIII) li kif hemm indikat fir-risposta, din tkopri l-proġetti li saru fis-snin 2017 u 2018. Nirreferiha wkoll għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 234 li tkopri proġetti li saru fis-snin 2020 u 2021.
Il-Ministeru qed jaħdem ukoll fuq:
· ir-restawr ta’ Pjazza Vittoriosa, il-Birgu flimkien mat-turġien ta’ madwarha;
· tiġi rranġata u msebbħa l-pjazza ta’ quddiem it-Tempji Megalitċi ta’ Ħal Tarxien;
· l-estenzjoni tal-bajja tal-Għadira;
· tisbiħ tal-pjazza ta’ Buġibba;
· tisbiħ tal-pjazza tal-Mellieħa;
· proġett pilota fi Pjazza Tritoni l-Belt Valletta fejn se tiġi installata automated public convenience mgħammra b’teknoloġija li titnaddaf waħedha.
Fir-rigward tal-mistoqsijiet dwar kemm kienet is-somma totali li tħallset sena b’sena, kontijiet pendenti u dħul mill-iskema, ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li dawn ma jaqgħux taħt il-mandat tal-Ministeru għat-Turiżmu u għaldaqstant nitlobha biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Ħlas ta’ eko-kontribuzzjoni għal kull min iżur il-gżejjer Maltin
Question
B’referenza għat-tweġibiet ta’ mistoqsijiet parlamentari 234 u 670, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet is-somma totali li tħallset sena b’sena minn mindu daħal dan il-ħlas sad-data li qiegħda tiġi mwieġba din id-domanda parlamentari? X’inhi n-nefqa fuq kull waħda mix-xogħlijiet indikati fir-risposta numru 234? Kemm fadal kontijiet li jridu jitħallsu u kemm fadal fondi bħalissa? Kemm kienet is-somma totali li tħallset minn mindu daħal dan il-ħlas sad-data li qiegħda tiġi mwieġba din id-domanda parlamentari? Kemm hi s-somma totali li hi ppjanata li titħallas mid-data li qiegħda tiġi mwieġba din id-domanda parlamentari sal-aħħar tas-sena, u kemm hu ppjanat li se jkun id-dħul għall-istess perijodu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 670.
Rigward il-kumplament tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ħas-Saptan/Ħal Għaxaq — Żona Speċjali ta' Konservazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art immarkata fis-site plan anness (kordinati 35.83661788305, 14.515264067955), fl-inħawi ta' Ħas-Saptan, Ħal Għaxaq, li hija kkunsidrata bħala Żona Speċjali ta' Konservazzjoni (Special Area of Conservation), hijiex art pubblika jew art privata? Jekk hi art pubblika, għadha miftuħa għall-pubbliku jew ġiet mgħoddija lil terzi? Jekk ġiet mgħoddija lil terzi, jista' jgħid b'liema proċedura ġiet mgħoddija, taħt liema kriterji u jekk ingħatatx b'tender?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-awtortita ta' l-artijiet infurmatni li l-art immarkata fis-site plan indikat fl-inħawi ta' Ħal Saptan, Ħal Għaxaq hija art pubblika. Ninforma ukoll li din l-art ma gietx mgħoddija lit-terzi.
Jista’ l-Ministru jindika kemm huwa t-total ta’ persuni f’Malta li qed isegwu programm minħabba li għandhom il-problema tax-xorb? Fejn qegħdin isegwu l-programm tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità – Taħriġ tal-Impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm impjegati mal-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità, u kemm minnhom għandhom it-taħriġ fuq il-kura tas-saħħa mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 993 fi sitta ta’ Ġunju 2022.
Qorti ta’ Għawdex – Tribunal għat-Talbiet iż-Żgħar – Ġudikatur
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-Qorti ta' Għawdex m’hemmx Ġudikatur assenjat għat-Tribunal għat-Talbiet iż-Żgħar? Kemm ilu bla Ġudikatur dan it-Tribunal f'Għawdex? Kemm-il kawża ġiet differita fil-perjodu li dan it-Tribunal mhux qed jiffunzjona?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isiru l-arranġamenti neċessarji sabiex jiġi assenjat Ġudikatur għat-Tribunal għat-Talbiet iż-Żgħar f’Għawdex. Dan it-Tribunal ilu mingħajr Ġudikatur mis-26 ta’ Marzu 2022 u minn dakinhar ġew deferiti 33 kawża.
Jista' l-Ministru jgħid kemm suppost ikun il-complement tal-istaff fil-Qorti ta' Għawdex? Jista' jgħid fil-preżent kemm hemm staff nieqes fil-Qorti ta' Għawdex? Jista' jgħid sa meta hu ppjanat li dawn il-postijiet jimtlew?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-complement tal-istaff fil-Qorti t’Għawdex huwa ta’ 34 impjegat (li jinkludu gradi maniġerjali, amministrattivi, eżekuttivi u gradi ta’ sapport) u qed jittieħdu l-passi neċessarji sabiex jimtlew 6 pożizzjonijiet minnhom li bħalissa huma vakanti. Waħda minn dawn il-pożizzjonijiet ser timtela fil-ġranet li ġejjin.
Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) – rapporti jew ilmenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk qattx sar xi rapport jew ilment minn xi għaqda tal-konsumaturi lid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) a tenur tal-artikolu 37 tal-Kap. 378? Jekk saru, tista’ tgħid dwar xiex kien jittratta kull rapport jew ilment, u l-eżitu f’kull każ?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dawn l-aħħar snin l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur qatt ma rċieva talbiet li saru speċifikament a tenur tal-imsemmi artikolu 37, stante illi l-artikolu huwa ta’ natura penali u ma ġiex invokat mill-għaqdiet tal-konsumaturi. Minkejja dan, ma jfissirx li l-għaqdiet tal-konsumaturi ma jressqux rapporti jew ilmenti lill-Uffiċċju tal-Konsumatur.
Ministeru għal Għawdex — impjegati li daħlu mal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — impjegati li daħlu mal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Ministeru għat-Turiżmu — impjegati li daħlu mal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — impjegati li daħlu mal-Gvern
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. interpellanta biex tirreferi lill-Ministeru konċernat.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — impjegati li daħlu mal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — impjegati li daħlu mal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi din il-mostoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għat-Turiżmu — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħtu mill-2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella t’hawn taħt turi l-ħlas għas-spejjeż ta’ tliet Chairpersons, kif mitluba minnu:
2017
2018
2019
2020
2021
2022*
Safar
€4,411.00
€23,604.60
€14,019.06
€548.00
€8,450.00
€6,027.00
Mowbajls
€7,609.04
€7,028.04
€4,082.04
€4,460.04
€2,320.04
€497.68
Fjuwil
€4,239.04
€4,773.04
€4,964.04
€5,174.04
€4,377.04
€1,403.68
(*) informazzjoni sas-17 ta’ Mejju 2022
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel
Question
Tista’ l-Ministru telenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħtha mill-2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħtu mill-2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba, li tkopri 37 bord differenti, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ , ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħtu mill-2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħtu mill-2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.