Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jitħalla li jsir parkeġġ fl-iskola l-ġdida ta’ Wied il-Għajn mir-residenti fil-ħinijiet ta’ filgħaxija minħabba l-problema ta’ parkeġġ li hemm?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ghall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazjoni jinsab għaddej b’taħdidiet mal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1036, jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ min ġie awtorizzat u minn effettivament ibbenefika mis-seba’ tunnellati u nofs għall-qabdiet inċidentali? Jista’ jgħid f’kull każ kemm ħadu? F’liema żona jew żoni dawn jistgħu jsiru u fejn effettivament saru?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ min hu awtorizzat iħott Tonn (Blufin Tuna) bħala qabda inċidentali, kif ukoll il-lista ta’ min ħatt u kemm ħatt tonn bħala qabda inċidentali, qed jiġu mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward l-informazzjoni mitluba dwar iż-żoni, l-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li din il-qabda tista’ ssir fiż-żoni kollha skont kif imsemmijja fil-Liċenzja tas-Sajd ta’ kull bastiment u bl-eċċezzjoni ta’ diversi siti li huma protetti għal raġuni jew oħra. Nikkonferma li l-qabdiet kollha saru minn żoni legali.
Attachments:PQ 1180 by-catch 2022.pdfPQ 1180 List of SWO Authorised vessel for BFT by catch 2022 List of BFT By catch 2022.pdf
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni jaħdmu fi ħdan id-Dipartiment tal-Probation and Parole u jekk hemmx ħsieb li jkun hemm reklutaġġ ġdid u jekk iva, f’liema grad?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li preżentement in-numru ta’ impjegati fi ħdan id-Dipartiment tal-Probation u Parole huwa ta’ 35 persuna (b’impjegat misluf lil Caritas).
Bħala reklutaġġ hemm ippjanati dawn:
· Post ta’ Senior Psychologist li ser toħroġ il-Ġimgħa 3 ta’ Ġunju 2022 u
· Post interna ta’ Senior Probation Officer.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk fil-Kunsill Lokali waslux ilmenti ta’ numru ta’ familji fi Triq il-Kampanella, Fgura fil-parti t’isfel tagħha, senjatament ma’ żbroff ta’ drenaġġ fi proprjetà privata u jekk humiex se jsiru x-xogħlijiet neċessarji biex tiġi solvuta l-problema?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li rigward żbroff ta’ drenaġġ, fit-2 ta’Ġunju 2022, il-Kunsill Lokali tal-Fgura rċieva lment dwar dan is-suġġett iżda fi Triq il-Karmelitani.
Dan l-ilment ġie mgħoddi minnufih lill-entità kkonċernata.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk fil-Ministeru waslux ilmenti ta’ numru ta’ familji fi Triq il-Kampanella, Fgura fil-parti t’isfel tagħha, senjatament ma’ żbroff ta’ drenaġġ fi proprjetà privata u jekk humiex se jsiru x-xogħlijiet neċessarji biex tiġi solvuta l-problema?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk fil-Ministeru waslux ilmenti ta’ numru ta’ familji fi Triq il-Kampanella, Fgura fil-parti t’isfel tagħha, senjatament ma’ żbroff ta’ drenaġġ fi proprjetà privata u jekk humiex se jsiru x-xogħlijiet neċessarji biex tiġi solvuta l-problema?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru ma rċieva ebda lment kif imsemmi. Infakkar lill-istess Interpellant li lmenti dwar drenaġġi għandhom jiġu indirizzati lill-Ministeru konċernat.
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk fil-Ministeru waslux ilmenti ta’ numru ta’ familji fi Triq il-Kampanella, Fgura fil-parti t’isfel tagħha, senjatament ma’ żbroff ta’ drenaġġ fi proprjetà privata u jekk humiex se jsiru x-xogħlijiet neċessarji biex tiġi solvuta l-problema?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Frar 2022, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġiet infurmata b’istanzi fejn l-influss tal-ilma tax-xita wassal għal problemi fis-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi indikati.
Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għaddejja b’taħdidiet ma’ entitajiet oħra għal-tħejjija ta’ pjan li permezz tiegħu jiġu indirizzati problemi kkawżati minn influss qawwi tal-ilma tax-xita li jispiċċa fis-sistema tad-drenaġġ.
B’referenza għall-problema li numru ta’ residenti Tarxiniżi qed jiffaċċjaw għax m’għandhomx faċilitajiet bankarji ta’ xejn, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarux rappreżentazzjonijiet mill-Ministeru ma’ entitajiet bankarji dwar dan sabiex ikun hemm dan is-servizz?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 22219 tal-Leġiżlatura XIII.
Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet — membri
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 696, jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet li allura skont it-tweġiba mogħtija offrew ir-riżenja tagħhom, għal kemm kienet il-ħatra ta’ kull wieħed minn dawn il-membri tal-Bord u f’kull każ, x’kien il-ħlas għal ħidma tagħhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 696 fejn diġà spjegajt li dan il-Bord ma kienx iffurmat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm irmiġġi (berths) amministrati minn Transport Malta fid-daħla ta' Dock 1 Bormla? Jista' jgħid kemm minnhom jinsabu fin-naħa ta' Bormla u kemm fin-naħa tal-Isla?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 20 dgħajsa marbuta fid-daħla ta’ Dock 1 man-naħa ta’ Bormla li hija amministrata minn Transport Malta. In-naħa tal-Isla mhijiex amministrata mill-Awtorità.
Jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li l-Berthing Place li qed isir Bormla jibda jintuża mill-Ferry?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-moll għal-Landing Place f’Bormla għas-servizz tal-Harbour Ferry huwa mistenni li jitlesta u jibda jintuża sal-aħħar ta’ Ottubru 2022.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux pjanijiet sabiex il-multi-level car park li għalih kien inħareġ tender lura fis-sena 2014, jistax jerġa’ jinħareġ u dan peress li żona li twaqqgħet quddiem l-Iskola Primarja ta' Bormla għal dan il-għan għadha fi stat ta' abbandun?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-unika bajja ramlija fil-Port il-Kbir, ċjoè l-Bajja ta' Rinella, tingħata upgrade bħal żieda ta' ramel u aċċessorji tal-bajjiet?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar snin saru diversi studji fiż-żona tal-Bajja tar-Rinella, liema studji ma jagħtux stampa konklussiva ta’ kif l-aħjar li jsiru l-interventi fil-bajja biex jiżdied l-ammont ta’ ramel.
Min-naħa tad-Diviżjoni tat-Tindif, matul ix-xahar li għadda wettqet ħidma ta’ upkeep fil-promenade tar-Rinella – sar xogħol ta’ żebgħa, u twaħħlu kontenituri tal-iskart u ashtrays. Qed isir ukoll manutenzjoni fuq l-injam li hemm tul il-bajja. Il-ħsieb huwa li jinbidel kollu u jsir ġdid fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet f'Sally Port (it-Toqba) il-Birgu? Meta jaħseb li r-residenti jkunu jistgħu jużaw din iż-żona għall-għawm mingħajr perikli?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 675 dwar is-suġġett, ninfurmah li l-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar mhux qed jagħmel xogħlijiet f'Sally Port (it-Toqba), il-Birgu, għajr għal xogħlijiet fuq il-klabb tar-Regatta tal-Birgu. Tali xogħlijiet ma jtellfux lir-residenti milli jużaw din iż-żona għall-għawm.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet tal-Pjazza u x-Xatt tal-Kalkara? Meta jaħseb li se jiġu fi tmiemhom dawn ix-xogħlijiet ?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 675 dwar is-suġġett, ninfurmah li x-xogħlijiet tal-Pjazza u x-Xatt tal-Kalkara mhux qed isiru mill-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-Foundation for Senior Citizen Services Board? Jista' jgħid x'inhuma r-remunerazzjoni, ħlas u benefiċċju li qed jirċievu dawn il-membri, jekk inhu l-każ?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-Home Help Appeals Board? Jista' jgħid x'inhuma r-remunerazzjoni, ħlas u benefiċċju li qed jirċievu dawn il-membri, jekk inhu l-każ?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Management Committee of St Vincent de Paule — kompożizzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-Management Committee of St Vincent de Paule? Jista' jgħid x'inhuma r-remunerazzjoni, ħlas u benefiċċju li qed jirċievu dawn il-membri, jekk inhu l-każ?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
National Commission on Active Ageing — kompożizzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost in-National Commission on Active Ageing? Jista' jgħid x'inhuma r-remunerazzjoni, ħlas u benefiċċju li qed jirċievu dawn il-membri, jekk inhu l-każ?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
San Pawl il-Baħar — Moll tal-Veċċja – arblu tad-dawl
Question
Tista’ l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex l-arblu tad-dawl (li r-ritratt tiegħu jinsab anness) li jinsab fin-nofs ta’ żona ffrekwentata mill-vetturi ħdejn il-moll tal-Veċċja jitneħħa minn fejn qiegħed, minħabba l-periklu li qed joħloq għal dawk li jkunu fl-inħawi, peress li kif jien infurmata, dan l-arblu kien twaħħal għal użu temporanju sakemm saru xogħlijiet fuq binja privata fl-istess żona, liema xogħlijiet issa jidher li tlestew?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.