Legislature:
Category:
Reset
Active:

Continuous Glucose Monitors – dijabete Type 1

Question

Jista’d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra dwar jekk il-Gvern għandux pjan li jingħataw b’xejn il-Continuous Glucose Monitors lill-pazjenti dijabetiċi tat-Type 1 kollha, u li jingħataw l-istrippi tal-monitoraġġ b’xejn lill-istess persuni? Preżentement lil min qegħdin jingħataw dawn il-monitors u l-istrippi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Continuous Glucose Monitors ma jaħdmux bi strippi u għal daqstant pazjent li jingħata s-servizz tal-Continuous Glucose Monitors ma jingħatax strippi. Nikkonferma wkoll li CGM qiegħda tiġi rolled out lill-pazjenti bid-dijabete Tip 1 sa l-eta ta 21 sena.

Persuni li għaddew mill-eżamijiet għal Principal u Uffiċjal Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li taw l-eżamijiet għall-Principal u Uffiċjal Eżekuttiv li saru s-sena li għaddiet, u ċjoè fl-2021, u kemm minn dawn għaddew? Kemm minn dawn li għaddew kienu diġà ħaddiema taċ-Ċivil? Kemm minn dawn li għaddew ma kinux ħaddiema taċ-Ċivil? Kemm kien hemm persuni li m'għaddewx minn dawn l-eżamijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li rigward l-eżami għall-grad ta’ Principal, 504 persuna qagħdu għall-proċess tal-għażla għal dan il-grad li minnhom għaddew 264 kandidat. Minn dawk li għaddew, 247 kandidat kienu ħaddiema taċ-Ċivil waqt li s-17 l-oħra kienu applikanti minn barra ċ-Ċivil. Rigward l-eżami għall-grad ta’ Uffiċjal Eżekuttiv ninsab infurmat li 334 persuna qagħdu għall-proċess tal-għażla għal dan il-grad li minnhom għaddew 228 kandidat. Minn dawk li għaddew, 202 kandidat kienu ħaddiema taċ-Ċivil waqt li s-26 l-oħra kienu applikanti minn barra ċ-Ċivil. Ninsab infurmat ukoll li hekk kif stipulat fiż-żewg sejħiet, ir-riżultati finali tal-proċessi tal-għażla kienu esibiti fid-Diviżjoni dwar Nies u Standards u fil-Ministeru għal Għawdex u l-kandidati kollha li attendew għall-intervista għall-gradi ta’ Principal u Uffiċjal Eżekuttiv ġew notifikati dwar dan permezz ta’ email u sms. Il-Hatriet, skont l-ordni tal-mertu miksub fir-riżultat ippubblikat, u l-assenjazzjoni ta’ uffiċjali fis-Servizz Pubbliku jsiru skont l-esigenzi tas-Servizz.

Persuni li għaddew mill-eżamijiet għal Principal u Uffiċjal Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm u kif ġew infurmati l-persuni li għaddew mill-eżamijiet għall-Principal u Uffiċjal Eżekuttiv li saru s-sena li għaddiet, u ċjoè fl-2021, u jekk hux kull min għadda ġie infurmat bir-riżultat tal-eżami?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 1087.

Persuni li għaddew mill-eżamijiet għal Principal u Uffiċjal Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dawk il-persuni li għaddew mill-eżamijiet għall-Principal u Uffiċjal Eżekuttiv li saru s-sena li għaddiet, u ċjoè fl-2021, ġewx infurmati strettament fl-ordni li kklassifikaw? Jekk le għalfejn, u xi kriterji ntużaw biex ikklassifikaw lill-persuni?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 1087.

Persuni li għaddew mill-eżamijiet għal Principal u Uffiċjal Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawk il-ħaddiema li għaddew mill-eżamijiet għall-Principal u Uffiċjal Eżekuttiv li saru s-sena li għaddiet, u ċjoè fl-2021, ma kinux ħaddiema taċ-Ċivil u li diġà ġew assenjati fil-post? Kemm hemm minn dawk il-ħaddiema li kienu maċ-Ċivil li ntbagħtu u ġew trasferiti fejn talbu? Kemm kien hemm ħaddiema maċ-Ċivil li xtaqu jibqgħu fejn kienu? U kemm hemm li għadhom ma ġewx assenjati?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 1087.

Persuni li għaddew mill-eżamijiet għal Principal u Uffiċjal Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’qiegħed iżomm lill-Gvern milli dawk il-persuni li għaddew mill-eżami għall-Principal u Uffiċjal Eżekuttiv li saru s-sena li għaddiet, u ċjoè fl-2021, u għaddew, jiġu assenjati uffiċjalment fil-postijiet tagħhom, u dan wara li għaddew aktar minn disa’ xhur li nħarġu r-riżultati?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 1087.

Imrieħel — underpass

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-underpass tal-Imrieħel s'issa u kemm hi stmata li se tiġi tiswa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Infrastructure Malta varat l-Imrieħel Underpass Project fl-2021, biex tibni mina twila 60 metru li se tgħaqqad Triq l-Imdina mal-Bypass tal-Imrieħel, fil-junction ħdejn l-uffiċini tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA). L-aġenzija qed taħdem biex tiftaħ din il-mina fl-aħħar ta’ Settembru, u biex tlesti l-bini tar-roundabout ġdida fuqha sa tmiem is-sena. Fi Frar, Infrastructure Malta lestiet it-tħaffir tal-mina u bdiet tpoġġi f’posthom 290 panewwa tal-konkos biex tifforma l-ħitan tagħha. Fil-jiem li għaddew il-ħaddiema għollew f’posthom l-ewwel minn 16-il travu tal-konkos, kull wieħed jiżen sitt tunnellati, li se jwieżnu s-saqaf tal-mina. Meta l-mina tkun lesta, l-aġenzija ser tkompli l-proġett bil-bini tar-roundabout il-ġdida fuqha, kif ukoll punti ta’ qsim aktar siguri għal dawk li jivjaġġaw bil-mixi jew bir-rota u żoni ġodda msebbħin bis-siġar. Il-proġett hu stmat li se jiswa €6 miljun u s’issa tlesta madwar 45% minnu. Bħalma għamlet il-Mini ta’ Santa Luċija biex iżżid il-benefiċċji ta’ Marsa Junction Project tul ir-rotta prinċipali lejn in-nofsinhar ta’ Malta, Infrastructure Malta ppjanat Mriehel Underpass Project biex ittejjeb l-impatti pożittivi ta’ Central Link Project f’Ħ’Attard, Ħal Balzan, Birkirkara u l-Imrieħel. Il-mina b’żewġ korsiji se tifforma parti mill-junction tar-roundabout ġdida flok is-sistema tat-traffic lights li kien hemm qabel f’salib it-toroq bejn Ħal Balzan, Birkirkara u l-Imrieħel. Permezz tal-mina, il-fluss prinċipali tat-traffiku li minn Triq l-Imdina, f’Ħal Balzan ikun sejjer lejn il-Bypass tal-Imrieħel (Vjal ir-Royal Malta Artillery), ser jinfired mill-bqija tal-traffiku li jaqsam kontra xulxin f’din il-junction. Bħala parti mis-Central Link Project, fl-2020 Infrastructure Malta bniet żewġ korsiji ġodda fid-direzzjoni opposta, lejn il-punent, mill-Bypass lejn Ħal Balzan u Ħ’Attard. Bl-eliminazzjoni tal-fluss prinċipali tat-traffiku li jkun sejjer lejn il-lvant (permezz tal-mina) u lejn il-punent (permezz tal-korsiji li nfetħu fl-2020) mir-roundabout ġdida, din il-junction qed issir aktar sigura għal dawk li jivjaġġaw lejn destinazzjonijiet oħrajn fil-viċin, inkluż l-Imrieħel, Birkirkara u Ħaż-Żebbuġ (minn Ħ’Attard, Ħal Balzan u Ħal Lija). Hekk kif se jnaqqas l-ammont ta’ vetturi u l-veloċità tas-sewqan madwar ir-roundabout ġdida, Mriehel Underpass Project se jippermetti l-introduzzjoni ta’ punti ta’ qsim aktar siguri għal dawk li jivjaġġaw bil-mixi jew bir-rota bejn Birkirkara, l-Imrieħel u Ħal Balzan u Triq il-Ħofor, triq rurali li twassal għal Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi. B’hekk, dawn il-punti ta’ qsim ħdejn ir-roundabout se jkomplu jtejbu l-konnessjonijiet tar-rotta twila erba’ kilometri għall-mixi u r-roti li l-aġenzija bniet diġà permezz tas-Central Link Project, bejn Ta’ Qali, Ħ’Attard u Ħal Balzan.

Boroż tal-plastik griżi jew ħodor għall-ġbir tar-riċiklaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il tunnellata ta’ boroż tal-plastik griżi jew ħodor qed jintużaw għall-ġbir tar-riċiklaġġ fis-sena? X’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern biex jinċentiva l-użu aħjar tal-kaxxi tal-kartun vojta li jkollhom il-ħwienet bħala kontenituri ta’ skart ieħor fl-iskema tar-riċiklaġġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ninu Bninu vawċers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mill-iskema “Ninu Bninu”, peress li l-aħħar vouchers li ntbagħtu kien f’April, u x-xahar ta’ Mejju wasal biex jispiċċa u l-vouchers għadhom ma ntbagħtux?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema tal-ħalib tal-UE li qed jirreferi għaliha, minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija kienet qed tiġi implementata f’mod straordinarju permezz tal-vawċers minflok ġewwa l-iskejjel kif oriġinarjament kien pjanat. Din l-iskema ntemmet għas-sena skolastika 2021/22. Qed isiru l-preparamenti sabiex titħejja skema ġdida skont ir-rekwiżiti Ewropej għas-snin skolastiċi 2022/23 'il quddiem.

Ħaddiema professjonisti maċ-ċivil — Pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna tirtira b’pensjoni wara snin ta’ servizz, jekk dik il-persuna kienet taħdem maċ-Ċivil u professjonista u taqa’ taħt il-Ftehim Kollettiv, il-pensjoni ta’ dik il-persuna hija aġġustata skont il-Ftehim Kollettiv ġdid?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Skejjel tal-istat — frames

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 504, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-iskejjel tal-Istat ikollhom numru ta’ frames li jistgħu jintużaw mill-iskejjel skont il-bżonn, biex b’hekk tifel jew tifla tħalli l-frame personali tagħha d-dar, titla’ t-trasport ma’ tfal oħra u mbagħad issib il-frame l-iskola meta tasal? B’hekk dawn it-tfal ikunu jistgħu jkomplu ma’ tfal oħra mingħajr ma jkollhom bżonn ta’ trasport speċjalizzat.

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-frames huma rakkomandati minn fiżjoterapista skont id-diffikultajiet u l-istatura fiżika tal-istudenti, fost affarijiet oħra. Jeżistu frames ta’ qisien u struttura differenti skont il-ħtieġa personalizzata.

Skejjel – Servizz ta’ Learning Support Educators biex jassistu lil persuni b’diżabilità

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 505, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu, peress li persuni b’diżabiltà fiżika jista’ jkollhom abbilitajiet intellettwali ta’ livell għoli u allura l-edukazzjoni tagħhom tibqa’ anke sejra f’livelli post-sekondarji u terzjarji, jista’ l-Ministru jgħid x’qed jiġri f’dawn il-livelli? Jista’ jgħid jekk ikunx hemm persuni bħal Learning Support Educators li jgħinu lil dawn il-persuni f’dawn il-livelli wkoll?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Higher Secondary għandna żewġ (2) Learning Support Educators u fil-GEM 16+ għandna sitt (6) Learning Support Educators. Dawn jassistu l-istudenti fil-ħtiġijiet akkademiċi. Min-naħa tagħha, l-Università ta’ Malta tappoġġja ħafna lill-istudenti permezz tal-ACCESS Disability Support Unit (ADSU). Il-persuni b’diżabbiltà severa jingħataw is-sapport biex japplikaw għal Personal Assistant (PA), servizz offrut mill-Aġenzija Sapport. Hemm ftehim bejn iż-żewġ entitajiet li meta ssir applikazzjoni minn studenti universitarji li għandhom diżabbiltà, din tingħata prijorità. Il-korsijiet offruti mill-MCAST, huma miftuħa għall-istudenti prospettivi kollha. Persuni b’diżabilità, jiġu offruti gwida fl-għażla tal-kors tagħhom sabiex l-istudenti jkunu konxji tal-ħiliet li huma mistennija jilħqu sa tmiem il-kors. Dan is-sapport jingħata kemm qabel l-istudenti jissottomettu l-ewwel applikazzjoni tagħhom kif ukoll fit-tranżizzjoni minn livell għal ieħor. L-Inclusive Education Unit (IEU) fl-MCAST joffri wkoll diversi servizzi ta’ sapport lil dawn l-istudenti sabiex jisfruttaw il-potenzjal tagħhom fit-tagħlim fid-diversi livelli tal-Kulleġġ.

Tal-Pietà — rapporti ta' reati kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' reati kriminali li seħħew fil-lokalità tal-Pietà li tinkludi wkoll Gwardamangia fis-snin 2017, 2018, 2019, 2020 u 2021? Jista' jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena u skont ir-reat irrappurtat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ reati kriminali rreġistrati fis-sistema tal-pulizija li kienu rrapportati li seħħew f’tal-Pietà, mis-sena 2017 sas-sena 2021 huwa kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt. Fejn applikabbli, wara arranġamenti introdotti fl-aħħar xhur tas-sena 2020, reati li jiġu rrappurtati minn sezzjonijiet speċjalizzati tal-Korp ukoll ikunu miżjuda fis-sistema elettonika tal-Pulizija. Kategorija ta’ reat 2017 2018 2019 2020 2021 Total Abbandun ta’ tfal 0 0 0 0 1 1 Abbuż minn awtorità pubblika 0 0 0 1 0 1 Ħruq 2 0 2 0 0 4 Attentat ta’ offiżi 16 7 6 3 6 38 Offiżi fuq il-persuna 4 4 9 9 3 29 Użu ħażin tal-kompjuter 1 0 2 4 2 9 Reati kontra l-amministrazzjoni tal-ġustizzja 0 1 0 0 0 1 Ħsarat 46 43 50 51 49 239 Vjolenza domestika 13 17 17 31 20 98 Drogi 3 1 0 0 0 4 Falzifikazzjoni 0 0 1 1 0 2 Frodi 3 6 4 12 13 38 Ħasil ta’ flus 0 0 0 1 0 1 Pornografija 0 0 0 1 0 1 Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet 0 1 1 1 2 5 Offiżi sesswali 1 0 2 0 3 6 Serq 74 61 92 82 72 381 Theddid u vjolenza privata 2 2 1 1 7 13 Vjolenza kontra uffiċċjal pubbliku 4 3 2 3 1 13 TOTAL 169 146 189 201 179 884

Santa Venera — rapporti ta' reati kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' reati kriminali li seħħew fil-lokalità ta' Santa Venera fis-snin 2017, 2018, 2019, 2020 u 2021? Jista' jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena u skont ir-reat irrappurtat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ reati kriminali rreġistrati fis-sistema tal-pulizija u li kienu rrapportati li seħħew f’Santa Venera, mis-sena 2017 sas-sena 2021 huwa kif indikat fit-tabella hawn taħt. Bl-arranġamenti introdotti fl-aħħar xhur tas-sena 2020, reati li jiġu rrappurtati minn sezzjonijiet speċjalizzati tal-Korp, u mhux direttament fl-għases tal-lokalità ta’ fejn ikun sar ir-reat, huma miżjuda fis-sistema elettronika tal-Pulizija wkoll u għaldaqstant dan jiġi rifless fiż-żieda tal-ammont ta’ reati rreġistrati fl-istess sistema matul dawn l-aħħar sentejn. Għaldaqstant ir-rapporti indikati taħt it-titlu ħasil ta’ flus huma riflessi fuq Santa Venera peress li mill-aħħar kwart tas-sena 2020, id-Dipartiment tar-Reati Finanzjarji beda jopera minn binja f’din il-lokalità. Kategorija ta reat 2017 2018 2019 2020 2021 Total Ħruq 3 3 1 1 2 10 Attentat ta’ offiżi 16 10 7 3 3 39 Offiżi fuq il-persuna 15 9 12 7 7 50 Użu ħażin tal-kompjuter 1 8 5 4 7 25 Reati kontra l-paċi pubblika 0 0 1 0 0 1 Ħsarat 51 65 57 57 60 290 Vjolenza domestika 19 11 21 29 37 117 Drogi 2 1 0 1 6 10 Falzifikazzjoni 0 0 0 1 0 1 Frodi 5 5 13 19 19 61 Vjolenza abbażi ta’ ġeneru 0 0 0 1 0 1 Omiċidji 0 1 0 0 0 1 Ħasil ta’ flus 0 0 0 14 69 83 Pornografija 0 0 0 0 1 1 Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet 3 2 1 6 2 14 Prostituzzjoni 0 1 0 0 0 1 Offiżi sesswali 1 5 1 2 5 14 Serq 90 74 108 69 63 404 Theddid u vjolenza privata 1 1 3 5 3 13 Vjolenza kontra uffiċċjal pubbliku 2 2 1 2 2 9 TOTAL 209 198 231 221 286 1145

Bord Editorjali tal-PBS — rapport

Question

Peress li skont it-Terms of Reference tal-Bord Editorjali tal-PBS (para. 6d) l-istess Bord irid kull sena jippreżenta rapport, jista' l-Ministru jippubblika r-rapport mill-2016 sal-lum?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li r-rapport imsemmi jiġi preżentat mill-Bord Editorjali lill-Bord tad-Diretturi permezz ta' dokument li jkun fih l-għażla tal-programmi li jiġu shortlisted mill-istess Bord. L-iskeda finali mbagħad tiġi preżentata lill-azzjonista prinċipali tal-PBS u ċjoè l-Gvern.

EPSO — tqassim ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif tqassmu l-flus li jagħti l-Gvern fuq programmi Extended Public Service Obligation (EPSO) għas-snin 2019, 2020 u 2021?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-programmi li potenzjalment ikunu eliġibbli għall-vot tal-EPSO jaqgħu taħt dawn il-ġeneri: · Programmi tat-tfal · Programmi ta’diskussjonijiet u ġrajjiet kurrenti · Drama · Programmi edukattivi, kulturali u ta’informazzjoni ġenerali · Programmi Għawdex/Maltin ta’barra · Trasmissjonijiet ta’ ġrajjiet ta’ karattru nazzjonali · Programmi reliġjużi · Transmissjonijiet tal-Parlament F’dan l-isfond, ninsab infurmat illi l-fondi jiġu allokati skond il-ġeneri msemmija. Matul is-sena jsiru diskussjonijiet biex jaraw l-andament tal-programmi u minn żmien għal żmien isir aġġornament minn ġeneru għal ġeneru.

Poliklinika tal-Imsida — stennija għar-riżultati tal-X-Ray

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għaliex il-pazjenti li jmorru jiġbru r-riżultati tal-X-Ray mill-Poliklinika fl-Imsida, fil-ġurnata u l-ħin li fih ġew infurmati biex imorru, huma mġiegħla jistennew għal aktar minn erba' sigħat qabel jingħata r-riżultat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Imsida ma hemmx Poliklinika.

Iż-Żejtun – Misraħ ta’ Pizzuta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Misraħ ta’ Pizzuta ġewwa ż-Żejtun hux ser isir bit-tarmak? Jekk fl-affermattiv, meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (FARRUGIA, AARON)

Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali tal-Gvern għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja. Fi tliet snin kemm ilha mwaqqfa, bejn toroq residenzjali u dawk rurali, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 830 triq. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. Infrastructure Malta qed taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. Bħalissa fil-fatt għaddejja bil-bini mill-ġdid ta’ ħafna toroq, fosthom Triq San Piju X, Triq San Profilju, Triq Santa Fawstina, Triq Santa Monika, Triq San Ġużepp, Triq Beland u Triq il-Ġiebja Rumana, fil-lokalità taż-Żejtun. It-triq indikata, Misraħ ta’ Pizzuta, hija fost it-toroq li se jinbnew mill-ġdid bħala parti minn din il-ħidma mifruxa fuq seba’ snin. Fl-istess waqt, sakemm tinbena mill-ġdid, peress li r-responsabiltà tat-tiswijiet u l-manutenzjoni regolari ta’ toroq lokali bħal din imsemmija hija tal-Kunsilli Lokali, dawn għandhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq tkun teħtieġ minn żmien għal żmien.