Qamħ – Skema għal importazzjoni, manifattura u bejgħ bl-ingrossa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’mekkaniżmu se jintuża biex titħaddem l-iskema ta’ €30 miljun li biha għandhom jibbenefikaw kumpaniji involuti fl-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ qmuħ?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Qamħ — Miżuri long-term għall-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern għall-miżuri long-term li minnhom jibbenefikaw kumpaniji involuti fl-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ qmuħ, minħabba l-inflazzjoni u ż-żieda fi spejjeż?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Qamħ — Skema għall-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’mekkaniżmu se jintuża biex titħaddem l-iskema ta’ €30 miljun li biha għandhom jibbenefikaw kumpaniji involuti fl-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ qmuħ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru ikkoncernat.
Qamħ — Miżuri long-term għall-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern għall-miżuri long-term li minnhom jibbenefikaw kumpaniji involuti fl-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ qmuħ, minħabba l-inflazzjoni u ż-żieda fi spejjeż?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – assessjar ta’ Method Statements – ħlas lill-individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni kemm qed tħallas lill-individwi biex jiġi assessjat kull Method Statement li jiġi sottomess mal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni? F’każ li xogħol ta’ kostruzzjoni jkollu aktar minn Method Statement wieħed (għax fil-proġett propost ikun hemm kemm twaqqiegħ, tħaffir u bini jew kombinazzjoni ta’ dawn t-tlieta), min jagħmel l-assessjar ta’ dawn il-Method Statements jiġi mħallas għal kull wieħed minn dawn il-Method Statements separatament? F’każ li Method Statement jiġi mibgħut lura lil min ikun għamlu biex jiġi rranġat, kif jerġa’ jiġi sottomess u kemm jiġi mħallas l-assessur li jerġa’ jassessjah mill-ġdid?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – assessuri għall-assessjar ta’ method statements
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni lill-assessuri għall-assessjar tal-Method Statements sottomessi mal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, xahar b’xahar, minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’ xahar minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm Method Statements li ntbagħtu lura għand min għamilhom biex jiġu rranġati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – dikjarazzjoni li xogħol ma jaqax taħt L.S. 623.06 (AL136/2019)
Question
Jista’ l-Ministru jispjega fid-dettall f’liema ċirkostanza tkun tista’ tiġi sottomessa lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni d-dikjarazzjoni li x-xogħol ma jaqax taħt l-iskop tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif emendat)? X’informazzjoni addizzjonali tkun trid tiġi sottomessa lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni ma’ din id-dikjarazzjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Dikjarazzjonijiet li x-xogħol ma kienx jaqa’ taħt li skop tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif amendat – sottomissjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi dikjarazzjonijiet li x-xogħol ma kienx jaqa’ taħt l-iskop tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif amendat), xahar b’xahar minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Dikjarazzjonijiet li x-xogħol ma kienx jaqa’ taħt lis-skop tal-L.S. 623.06 (AL136/2019) kif amendat – sottomissjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew sottomessi dikjarazzjonijiet li x-xogħol ma kienx jaqa’ taħt l-iskop tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif emendat) hekk kif definit taħt ir-regolament numru 4 tal-istess Avviż Legali?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 293 u jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din il-leġiżlatura sad-data msemmija ma tqabbdu ebda konsulenzi mal-Ministeru.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li ninformah li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kawża tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor.
Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Ministeru għal Għawdex — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Filwaqt li ninformah li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kawża tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor.
Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental
First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kawża tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor.
Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Ministeru għat-Turiżmu — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li ninformah li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kawża tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor.
Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern. L-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kawża tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor.
Fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Filwaqt li ninformah li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation.
Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kawża tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor.
Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 667 jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li tiġi sottomessa l-applikazzjoni neċessarja quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar? Meta hu mistenni li dan iċ-ċentru jibda jintuża u x'servizzi huma ppjanati li jibdew jingħataw f'dan iċ-ċentru? Jista’ l-Ministru jassigura li fil-pjanti jiġi pprovdut parkeġġ pubbliku, liema parkeġġ bħalissa jinsab f'dan is-sit?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa għall-applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar qed tiġi kompilata. Hu mistenni li l-applikazzjoni ssir fix-xhur li ġejjin. Il-proġett taċ-ċentru reġjonali tas-saħħa mistenni jitwettaq fuq medda ta’ ħames snin. Iċ-ċentru se joffri firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ saħħa primarja li jibnu fuq is-servizzi offruti llum fiċ-centri tas-saħħa, biż-żieda ta’ iktar servizzi ta’ prevenzjoni u iktar mezzi teknoloġiċi pereżempju mezzi ta’ medical imaging u għall-kura dentali. Iċ-ċentru reġjonali tas-saħħa jkun jipprovdi wkoll faċilitajiet ġodda bħal renal unit u operating theatres fejn isiru operazzjonijiet żgħar (day surgeries). Dan kollu jgħin biex ikompli jitnaqqas il-piż fuq l-isptar prinċipali, jitnaqqsu l-ħinijiet ta’ stennija u biex is-servizzi jiġu offruti aktar viċin tal-komunità.
Il-pjanti jipprovdu sabiex il-parkeġġ pubbliku li preżentament jinsab fuq is-sit jiġi inkorporat fil-kumpless il-ġdid. Dan ikun apparti l-faċilitajiet ta’ parkeġġ użati mill-ħaddiema taċ-ċentru u minn dawk li jżuruh.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra f’liema kliniċi tal-Gvern jingħata s-servizz ta’ oftalmologu, u l-frekwenza li bih jingħata dan is-servizz? Jista’ jinforma kemm ilu li s-servizz ta’ oftalmologu mill-klinika tal-Gvern fil-Mosta twaqqaf u meta hemm ħsieb li dan is-servizz jerġa’ jibda jingħata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz tal-oftalmologu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta għadu għaddej, saħansitra speċjalista tal-għajnejn imuri kull ħmistax mill-Isptar Mater Dei sabiex jara l-pazjenti li jbatu mill-marda tal-Glawkoma.
Dan is-servizz jingħata wkoll erba' darbiet fil-ġimgħa mill-oftalmologu (specjalista tal-mard tal-għajnejn) tal-Primary HealthCare, fil-Primary Eye Screening Centre of Excellence li qiegħed fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana.