Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skola Primarja tal-Imsida — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħlijiet fuq l-Iskola Primarja tal-Imsida għadhom ma tlestewx minkejja li ilhom li bdew?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet mexjin skont pjan maqbul biex l-iskola tinfetaħ matul is-sena skolastika 2023-2024.

Skola Primarja tal-Imsida — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa antiċipat li jitlestew ix-xogħlijiet fuq l-Iskola Primarja tal-Imsida?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Iskola Primarja l-ġdida fl-Imsida hi mistennija li tinfetaħ matul is-sena skolastika 2023-2024.

Skola Primarja tal-Imsida — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta kien antiċipat li jitlestew ix-xogħlijiet fuq l-Iskola Primarja tal-Imsida?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħljiet fuq l-Iskola Primarja l-ġdida fl-Imsida kienu antiċipati li jitlestew matul is-sena skolastika 2023-2024.

Moll tal-Imsida — xogħljiiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa antiċipat li jitlestew ix-xogħlijiet fuq il-moll tal-Imsida?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-promenade tal-Imsida huwa mistenni li jkun lest sal-aħħar t’Awwissu. L-ewwel fażi, dik tas-civil works, inkluż it-twessigħ tal-bankina fuq in-naħa tal-baħar, il-bini mill-ġdid tal-bankina, is-servizzi ġodda minn taħt il-bankina u s-slipway, tlestew diġà tant li sidien u dilettanti tad-dgħajjes li kienu jorbtu ma din in-naħa tal-marina jew jużaw l-islipway biex ivarjaw jew itellgħu dgħajjes, diġà qed jagħmlu dan. Issa beda l-proċess tal-pavimentar. Il-pjan hu li sezzjonijiet tal-promenade ser jibdew jinfetħu għall-pubbliku malli jitlesta l-pavimentar f’dik il-parti partikolari. Wieħed jinnota li fl-aħħar ġimgħat il-kuntrattur kellu jiffaċċja problemi relatati ma' shipping tal-materjal li qed jintuża għall-pavimentar u li qed jinġieb minn barra.

Entità għal servizzi lil priġunieri nisa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tiġi introdotta entità għall-priġunieri nisa li toffri lill-priġunieri nisa servizzi simili għal dawk li toffri l-Fondazzjoni RISe lill-priġunieri maskili?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li għaddejin diskussjonijiet mal-fondazzjoni Rise, bil-ħsieb li jkun introdott dan is-servizz għall-priġunieri nisa wkoll, wara li kien introdott għall-irgiel.

Birkirkara – Triq Karm Zerafa – problema frekwenti ta’ bdil fil-vultaġġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid hemmx xi pjan biex tissolva l-problema frekwenti ta' bdil fil-vultaġġ li qed jesperjenzaw ta' sikwit ir-residenti fi Triq Karm Zerafa, Birkirkara, u meta għandhom jistennew li din tissolva?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta ma kellhiex ilmenti mir-residenti dwar problema ta’ vultaġġ fi triq imsemmija. L-uniku ilment li l-Enemalta rciviet kien fis-7 ta’ Ġunju 2022, fejn marru t-tekniċi tal-Enemalta għand il-klijent dakinhar stess u nstab li l-problema kienet fl-OVR tal-klijent.

Implimentazzjoni tar-regolament UE 2017/2395

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22775 tal-Leġiżlatura XIII, tista’ l-Ministru tgħid fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament UE 2017/2394, x’passi sussegwenti għat-tweġiba mogħtija u x’miżuri leġiżlattivi ttieħdu fir-rigward tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u l-Awtorità tax-Xandir fejn allura kien ġie spjegat li kienu qed jiġu mħejjija l-emendi leġiżlattivi neċessarji? Tista’ tindika liema liġijiet saru f’kull każ?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta ħejjiet Regolamenti ġodda li ser jiġu promulgati taħt l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (Kap. 330 tal-Liġijiet ta’ Malta), liema Regolamenti ser ikomplu jassiguraw il-konformità mar-Regolament (UE) 2017/2394. Dawn ir-Regolamenti ġodda qegħdin bħalissa għaddejjin mill-proċess leġiżlattiv rispettiv li huwa relatat mal-pubblikazzjoni ta’ Avviż Legali. Fil-każ taż-żewġ Awtoritajiet l-oħra, nikkonferma wkoll li x-xogħol fuq l-emendi għadu għaddej kif indikat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22775 li hi tal-Leġiżlatura XIII.
Leg 14 PQ #61 Sitting 15 2022-06-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG (Partit Nazzjonalista)

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — impjegati li daħlu mal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Ministeru għall-Ġustizzja — impjegati li daħlu mal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva — impjegati li daħlu mal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid, minn Jannar 2021 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm-il direct order ħarġet mill-Ministeru tiegħu u kull entità li taqa’ taħtu u kemm kien il-valur totali ta’ dawn id-direct orders? Lil min inħarġet u x’kien il-valur ta’ kull direct order?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 918.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — Direct orders

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, minn Jannar 2021 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm-il direct order ħarġet mill-Ministeru tiegħu u kull entità li taqa’ taħtu u kemm kien il-valur totali ta’ dawn id-direct orders? Lil min inħarġet u x’kien il-valur ta’ kull direct order?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ 6 xhur, skont ir-regolament 111 (2) tal-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn Jannar 2021 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm-il direct order ħarġet mill-Ministeru tiegħu u kull entità li taqa’ taħtu u kemm kien il-valur totali ta’ dawn id-direct orders? Lil min inħarġet u x’kien il-valur ta’ kull direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu minn 2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda Chairperson ta’ Bord li jaqa' taħt d-dekasteru tiegħi ma kellhom spejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil.

Ħaddiema fl-Iskema tax-Xogħol fil-Komunità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm ħaddiema fl-iskema Xogħol fil-Komunità? Kemm hemm ħaddiema f’Malta u f’Għawdex? Fejn huma assenjati dawn il-ħaddiema u x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-istess ħaddiema? Jista’ jgħid għal kull każ ta’ kull ħaddiem, meta beda jaħdem f’din l-iskema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ April 2022 kien hemm 1153 ħaddiem fl-iskema Xogħol fil-Komunità. Dawn kienu maqsuma bejn 651 ħaddiem f’Malta u 502 ħaddiem f’Għawdex. Dawn il-ħaddiema kienu allokati ma’ entitajiet varji fosthom Kunsilli Lokali, kulleġġi, entitajiet pubbliċi u NGOs. Dawn il-1153 ħaddiem bdew jaħdmu kif indikat fit-tabella t’hawn taħt: 2016 432 2017 92 2018 171 2019 103 2020 136 2021 30 2022 189 Il-parteċipanti tal-iskema Xogħol fil-Komunità huma kollha ħaddiema full-time tal-Community Work Scheme Enterprise Foundation u jitħallsu paga minima flimkien mal-bonuses statutorji. Kundizzjonijiet tax-xogħol oħra huma skont dawk stipulati fil-liġijiet tax-xogħol Maltin. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 286 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 18 tal-15 ta' Ġunju 2022)

Persuni fil-lista tal-qgħad

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta' persuni fil-lista tal-qgħad fl-2019, 2020, u fl-2021 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll f'liema oqsma l-iktar li sabu impjiegi dawk il-persuni li kienu fir-reġistru?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, Tabella A, li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, turi n-numru ta' persuni fil-lista tal-qgħad fl-2019 sal-aħħar ta’ April 2022. Tabella B, li qed titpoġġa wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra, turi f'liema oqsma l-iktar li sabu impjiegi dawk il-persuni li kienu fir-reġistru.

Ħaddiema li għandhom inqas minn paga medja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema f’pajjiżna li għandhom paga taħt il-paga medja?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-sors ta’ din l-informazzjoni huwa l-Istħarrig dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (LFS). Is-salarju nħadem abbażi tas-salarju bażiku annwali (average annual basic salary) kif indikat fit-tabella annessa. L-ammonti ma jinkludux dħul minn overtime, bonuses jew allowances. In-numru ta’ impjegati li qalgħu inqas mill-paga medja fis-sena 2021 kien ta’ 140,723. Dan jinkludi kemm impjegati li jaħdmu full-time u anke part-time jew full-time with reduced hours. Full-timePart-time Salarju bażiku annwali medju€20,436€10,838 Numru ta’ impjegati li għandhom dħul inqas mis-salarju medju123,71317,748

Ħaddiema — paga minima

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema f’pajjiżna li għandhom il-paga minima?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-sors ta’ din l-informazzjoni huwa l-Istħarrig dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (LFS). Is-salarju nħadem abbażi tas-salarju bażiku annwali (average annual basic salary). L-ammonti ma jinkludux dħul minn overtime, bonuses jew allowances. In-numru ta’ impjegati full-time li qalgħu l-paga minima fis-sena 2021 kien ta’ 2,642.

Impjegati ingaġġati full-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati full-time li kienu/huma impjegati mas-settur pubbliku bejn l-2013 u l-2022?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati full-time mas-settur pubbliku fl-aħħar tal-2021 kienu jammontaw għal 21% tal-individwi kollha gainfully occupied fil-pajjiż. Fi tmiem l-2013, is-settur pubbliku kien ilaħħaq għal 26% fost l-individwi kollha gainfully occupied fil-pajjiż.

Is-Siġġiewi — reati rraportati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati rrapportati fl-aħħar ħames snin fis-Siġġiewi, sena b’sena? Jista’ jgħid x’tip ta’ reati twettqu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi r-reati rrapportati mal-pulizija fis-Siġġiewi fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kien kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt: Siggiewi 2017 2018 2019 2020 2021 Grand Total ARSON 2 2 1 0 1 6 ATTEMPTED OFFENCES 10 4 6 4 2 26 BODILY HARM 5 5 6 7 5 28 COMPUTER MISUSE 1 3 3 2 1 10 DAMAGE 9 27 16 13 13 78 DOMESTIC VIOLENCE 20 33 14 26 37 130 DRUGS 1 0 0 2 0 3 FORGERY 0 1 0 0 0 1 FRAUD 9 7 11 13 24 64 MONEY LAUNDERING 0 0 0 0 1 1 PORNOGRAPHY 0 0 0 0 1 1 PRETENDED RIGHTS 2 9 5 6 7 29 SEXUAL OFFENCE 0 1 2 0 3 6 THEFT 64 57 57 42 30 250 THREATS AND PRIVATE VIOLENCE 2 5 0 4 4 15 UNAUTHORIZED ACC IN REST AREA 0 0 0 0 1 1 VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER 1 0 2 2 0 5 Grand Total 126 154 123 121 130 654