Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel tal-Istat — taħriġ lill-għalliema fuq mental first aid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isir taħriġ tal-Mental Health First Aid lill-għalliema fl-iskejjel tal-istat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 1004, ngħarrfu wkoll li t-taħriġ dwar il-mental first aid fost l-edukaturi fl-iskejjel tal-istat huwa wieħed kontinwu.

Postijiet ta' akkomodazzjoni soċjali lil Richmond Foundation

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġu allokati postijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali lir-Richmond Foundation biex jintużaw mill-klijenti tagħhom? Jekk iva, jista’ jgħid kemm ingħataw postijiet kull sena bejn l-2013 u l-2022?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar 2013 u Mejju 2022 l-Awtorità tad-Djar allokat 2 postijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali fis-sena 2015 u ieħor fis-sena 2019 lir-Richmond Foundation biex jintużaw mill-klijenti tagħha, liema kuntratti għadhom kollha attivi.

Persuni li għaddew mill-eżamijiet għal Principal u Uffiċjal Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dawk li għaddew mill-eżamijiet għall-Principal u Uffiċjal Eżekuttiv li saru s-sena li għaddiet, u ċjoè fl-2021, u li ma kinux ħaddiema taċ-Ċivil, diġà ngħatawx post – u dan filwaqt li hemm ħaddiema taċ-Ċivil li ġabu aktar marki minnhom u għadhom jistennew?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 1087.

Belt Valletta — Parking Spots

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parking spots fil-Belt Valletta li qed isir użu minnhom mill-Gvern, Ministeri u awtoritajiet statutorji, inklużi organizzazzjonijiet parastatali?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 821 ta’ t-13-il Leġiżlatura.

Kunsill Lokali ta' Santa Venera — parkeġġ ta' Umberto Colosso

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera għamilx tentattiv sabiex il-parkeġġ ta’ Umberto Colosso ikun jista' jibda jintuża mir-residenti wara l-ħinijiet tal-użu mill-Gvern? Jekk iva, x’kienet ir-risposta tal-Gvern?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru konċernat.

Port il-Kbir – cruise liners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il cruise liner daħal fil-Port il-Kbir f’dawn l-aħħar ħames snin, b’rendikont separat għal kull sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt: Year Cruise Ship Calls 2017 329 2018 293 2019 335 2020 33 2021 105 2022 80 (until 31 st May) Total 1175

Cables tad-dawl u telefown taħt l-art

Question

Tista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjan li l-cables kollha tad-dawl u tat-telefon isiru taħt l-art? Jekk iva, sa meta hu ppjanat li jsir?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul is-snin intużat il-prassi li l-linji tad-distribuzzjoni tal-elettriku kif ukoll dawn tat-telefonija u l-Internet, jgħaddu minn mal-faċċata tal-bini. Fl-aħħar snin l-Enemalta wettqet proġetti pilota f’lokalitajiet bħall-Mdina u Ħad-Dingli. Iżda mhux dejjem possibbli li cables jgħaddu minn taħt l-art. F'każijiet fejn is-sid jew l-iżviluppatur jipprovdi culvert, per eżempju fi żvilupp ta' bini ta' ċertu daqs, l-Enemalta tgħaddi s-servizzi tagħha minn ġol culvert minflok mal-faċċata. Rigward servizzi ta' kumpaniji oħra, tajjeb li wieħed jikkuntattja lill-operaturi konċernati.

Ħal Tarxien – faċilitajiet bankarji

Question

B’referenza għall-problema li numru ta' residenti u persuni fin-negozju Tarxiniżi qed jiffaċċjaw għax m’għandhomx faċilitajiet bankarji ta’ xejn, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarux rappreżentazzjonijiet mill-Ministeru ma’ entitajiet bankarji dwar dan sabiex ikun hemm dan is-servizz?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Ħal Tarxien – faċilitajiet bankarji

Question

B’referenza għall-problema li numru ta’ residenti anzjani Tarxiniżi qed jiffaċċjaw għax m’għandhomx faċilitajiet bankarji ta’ xejn, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarux rappreżentazzjonijiet mill-Ministeru ma’ entitajiet bankarji dwar dan sabiex ikun hemm dan is-servizz?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Bħall-Onor. Interpellant, il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva hu konxju mis-sitwazzjoni. Għalkemm m’għandux kontroll fuqha, il-Ministeru, permezz tal-Active Ageing and Community Care, joffri wkoll l-alternattiva bis-servizz komdu u affidabbli tas-Silver-T lil anzjani minn Ħal Tarxien biex ikunu jistgħu jmorru jinqdew minn Raħal Ġdid, fejn hemm fergħat tal-banek kummerċjali.

OPM – eżami tal-EOs

Question

B’referenza għall-eżami tal-Executive Officer (EO) li r-riżultati tiegħu ħareġ f’Settembru, 2021, jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni għaddew mill-eżami; kemm minn dawn kienu ħaddiema diġà taċ-Ċivil; kemm għaddew minn barra s-servizz kif ukoll kemm m’għaddewx? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra kemm-il-persuna minn dawk li għaddew mill-eżami bagħtu għaliha u jekk dawn bagħtux għalihom strettament fl-ordni tal-mertu li għaddew u jekk le, għaliex? Xi kriterji ntużaw biex jiġu assenjati fid-dipartimenti rispettivi u għalhekk jistax jindika kemm hemm persuni minn barra li diġà ġew assenjati fil-post u kemm hemm persuni jaħdmu maċ-Ċivil li diġà ntbagħtu fejn talbu li jiġu hekk assenjati? Kemm hemm persuni miċ-Ċivil li xtaqu jibqgħu fejn kienu u kemm hemm li għadhom mhux assenjati? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi raġuni partikolari li qed ikun ta’ impediment sabiex jiġu assenjati l-EOs kollha fil-postijiet tagħhom?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 1087.

Raħal Ġdid – librerija pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-ħinijiet pubbliċi għal-librerija pubblika f’Raħal Ġdid? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra kemm ingħataw kotba u kemm inxtraw kotba ġodda s’issa matul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lilll-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt: LokalitàĦinijiet ta’ ftuħ - XitwaĦinijiet ta’ ftuħ - SajfKotba mixtrijaDonazzjonijiet Raħal ĠdidMit-Tnejn sal-Ġimgħa: 08:30 – 17:00 Is-Sibt: 08:00 – 13:00Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 08:15 – 13:15 Is-Sibt: 08:00 – 13:006375

Fgura – librerija pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-ħinijiet pubbliċi għal-librerija pubblika fil-Fgura? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra kemm ingħataw kotba u kemm inxtraw kotba ġodda s’issa matul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt: LokalitàĦinijiet ta’ ftuħ - XitwaĦinijiet ta’ ftuħ - SajfKotba mixtrijaDonazzjonijiet FguraIt-Tnejn: 15:00 – 17:00 It-Tlieta: 08:30 – 11:30 L-Erbgħa: 08:30 – 11:30; 16:00 – 18:00 Il-Ħamis: 08:30 – 11:30; 14:15 – 16:15 Il-Ġimgħa: 09:30 – 11:30 Is-Sibt: 09:00 – 12:00It-Tnejn: 16:00 – 18:00 It-Tlieta: 08:30 – 11:30 l-Erbgħa: 08:30 – 11:30; 16:00 – 18:00 Il-Ħamis: 08:30 – 11:30; 16:00 – 18:00 Il-Ġimgħa: 09:30 – 11:30 Is-Sibt: 09:00 – 12:00153123

Sta. Luċija — librerija pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-ħinijiet pubbliċi għal-librerija pubblika f’Sta. Luċija? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra kemm ingħataw kotba u kemm inxtraw kotba ġodda s’issa matul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt: LokalitàĦinijiet ta’ ftuħ - XitwaĦinijiet ta’ ftuħ - SajfKotba mixtrijaDonazzjonijiet Sta LucijaIt-Tnejn: 08:00 – 12:00 L-Erbgħa: 16:00 – 18:00It-Tnejn: 08:00 – 12:00 L-Erbgħa: 16:00 – 18:007333

Birgu – xogħol fit-toroq u fil-pjazza

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għal xogħol fit-toroq u l-Pjazza tal-Birgu għaż-żmien li ġej?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 830 toroq residenzjali u rurali minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, li jfisser li lestiet medja ta’ aktar minn erba’ toroq fil-ġimgħa f’dawn l-aħħar snin. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna, bħal Marsa Junction Project u l-Breakwater tal-Qrejten, f’Marsaxlokk, filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. Bħalissa Infrastructure Malta għaddejja bi proġett b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għat-Turiżmu sabiex tibni mill-ġdid u ssebbaħ il-Pjazza tar-Rebħa, il-pjazza ewlenija tal-Birgu, flimkien mat-toroq storiċi li jwasslu għaliha, fosthom Triq La Vallette, Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, Triq il-Miratur u Triq San Filippu. Uħud minn dawn it-toroq diġà lesti filwaqt li x-xogħol fl-oħrajn ser jibda fiż-żmien li ġej. Ix-xogħol f’dawn it-toroq qed jiġi kkordinat f’konsultazzjoni kontinwa mal-Kunsill Lokali Birgu, li għen fl-ipprogrammar tax-xogħol sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-inkonvenjent għar-residenti u għal dawk li jżuru din il-belt. Meta tlesti dawn l-erba’ toroq, Infrastructure Malta mbagħad ser tibni mill-ġdid il-Pjazza nnifisha, b’servizzi tad-distribuzzjoni, bħal katusi tal-ilma ġodda taħt l-art, u pedamenti aktar b’saħħithom sabiex fuqhom imbagħad il-Ministeru għat-Turiżmu se jqiegħed pavimentar dekorattiv ġdid, fuq disinn tal-istess Ministeru. Dan l-investiment biex titjieb il-kwalità tat-toroq se jissokta fis-snin li ġejjin bil-bini mill-ġdid ta’ aktar toroq fil-lokalitajiet madwar Malta biex nagħtu ambjent isbaħ u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

Kottonera – Ġnien Kottoner

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex l-akbar żona mħaddra fil-Kottonera, ċjoè Ġnien Kottoner, tkun tista' tinbidel u titgawda minn aktar familji?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li Parks Malta bdew it-tħejjijiet sabiex fiż-żmien li ġej jiġi riġenerat Ġnien il-Kottonera. Fil-fatt, id-Diviżjoni msemmija ngħatat it-titlu tal-art u, wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Bormla, ġie maqbul li f’din iż-żona jkun hemm spazju rikreattiv b’faċilitajiet sportivi varji. Is-sit se jiddawwar b’ilqugħ għal sigurtà ikbar u, filwaqt li f’parti minnu se tiġi żviluppata picnic area, il-parti l-oħra se tkun mgħammra b’diversi faċilitajiet għall-eżerċizzju fiżiku. Fid-disinn ġiet inkluża wkoll trakka tar-roti. Dawn l-iżviluppi se jkunu qed isiru b’attenzjoni biex jinżamm l-istat naturali tal-ġnien u titħares ukoll il-biodiversità eżistenti. Ix-xogħlijiet se jinqasmu f’fażijiet differenti u l-proġett għandu jitlesta sal-2024.

Kottonera – mużewijiet u postijiet ta’ interess miftuħin għat-turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-mużewijiet u postijiet ta' interess fil-Kottonera li huma miftuħin għat-turisti? Jista' jgħid jekk għandux data ta' kemm turisti żaru dawn il-postijiet separatament sena b'sena f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Il-Mużew Marittimu kien miftuħ għall-pubbliku sal-14 ta’ Marzu 2020, fejn imbagħad is-sit ġie magħluq biex jibda l-proġett ta’ restawr u riġenerazzjoni li għadu għaddej. PAYING ADMISSIONS YEAR FORT ST. ANGELO MARITIME MUSEUM INQUISITOR'S PALACE 2017 49876 21781 38897 2018 54313 22453 41310 2019 58351 21459 38626 2020 11729 3186 7057 2021 22575 0 14776 2022 18504 0 10762 NON PAYING ADMISSIONS YEAR FORT ST. ANGELO MARITIME MUSEUM INQUISITOR'S PALACE 2017 5329 5518 3060 2018 5894 3637 9253 2019 15771 4296 7349 2020 2423 262 1372 2021 2438 0 1875 2022 1863 0 1604 Kindly note that data for 2022 is as at 31st May 2022.

Kottonera – xogħlijiet f’żoni turistiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet ta' xogħol fl-area tal-Kottonera mill-Fondazzjoni għal żoni turistiċi għas-sentejn li ġejjin?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi (FTZD) tinsab f’kuntatt mal-Kunsilli Lokali fl-inħawi tal-Kottonera biex jiġi stabbilit x’xogħlijiet ta’ tiswija u manutenzjoni huma meħtieġa. Intant, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qiegħda tgħin lill-Kunsill Lokali tal-Birgu fir-restawr li qed isir fil-Berġa ta’ Franza u fi proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Pjazza prinċipali tal-Birgu.

Kottonera – xogħlijiet mid-Direttorat għar-Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jelenka x-xogħlijiet li hemm programmati għas-sentejn li ġejjin mid-Direttorat għar-Restawr fiż-żona tal-Kottonera?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li x-xogħlijiet li hemm programmati għas-sentejn li ġejjin mid-Direttorat għar-Restawr fiż-żona tal-Kottonera huma elenkati fis-segwenti lista. XOGĦLIJIET PROGRAMMATI GĦAS-SENTEJN LI ĠEJJIN MID-DIRETTORAT TAR-RESTAWR FIŻ-ŻONA TAL-KOTTONERA · Bormla: Restawr tas-Sur u d-Daħla ta’ San Ġwann (Linji tal-Kottonera) · Birgu: Restawr tal-Bastjun ta’ Notre Dame Bastion (Linji tal-Kottonera) · Bormla: Restawr tas-Sur u l-Bastjun ta’ San Nikola (Linji tal-Kottonera) · Senglea: Restawr tas-Sur fi Triq is-Sur (contract awarded) · Birgu: Restawr ta’ partijiet mill-Bieb ta’ Notre Dame · Forti Rikażli: Restawr u rikostruzzjoni tal-faċċati tal-volti ġewwa s-sur li jħares fuq il-Port il-Kbir · Forti Rikażli: il-Fire Control Tower u Gun Position f’Bastjun Nru. 4 · Birgu: Restawr tal-faċċata tal-Berġa tal-Ingilterra · Bormla: Restawr tad-Daħla u s-Sur ta’ Santa Liena (Linji ta’ Santa Margherita) · Bormla: Restawr tal-Mitħna ta’ San Gwann t'Għuxa · Bormla: Restawr tal-Koppla tal-Knisja ta’ San Pawl · Bormla: Restawr tal-Kappella ta’ Santa Tereża · Bormla: Restawr tal-Faċċata tal-Knisja tas-Sorjiet tal-Klawsura · Bormla: Restawr tal-Knisja tan-Natività li hemm taħt l-art fi Triq l-Inkurunazzjoni · Senglea: Restawr ta’ statwi u niċeċ fil-lokalità.