Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31860 u 32142 u jgħid x’inhu t-total ta’ kontijiet dovuti lill-kuntratturi impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, relatati mal-proġett ta’ Ħal Farruġ, li bħalissa huma pendenti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onoreveli Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni hija Public Limited Company. Għaldaqstant, ma nistax nipprovdi informazzjoni dwarha.
Civil Aviation Policy 2023–2030 – Progress Report u miżuri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32102 u ċjoè: B’referenza għas-Civil Aviation Policy 2023–2030, li jirrikjedi li l-ewwel Progress Report jiġi sottomess sal-31 ta’ Diċembru 2024, jista’ l-Ministru:
i. jikkonferma jekk dan ir-rapport sarx u meta ntbagħat lill-Gvern;
ii. jipprovdi kopja sħiħa tar-rapport u l-KPIs għal kull pilastru; u
iii. jindika x’miżuri ġew implimentati mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u x’miżuri jmiss li jiġu implimentati?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ispiża fuq il-ħlas tal-esperti tinkludix esperti maħtura
minn
Maġistrati Inkwirenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi l-maġġoranza tal-ħlasijiet lil esperti huma esperti maħtura mill-Maġistrati Inkwerenti. Għaldaqstant nikkonferma li l-spiża tal-ħlas tal-esperti tinkludi esperti maħtura mill-Maġistrati Inkwerenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-ispiża ta’ 8.3 miljun ewro għal spejjeż relatati ma’ ġurijiet, taħrikiet ta’ xhieda u esperti f’kawżi kriminali msemmija f’Item 5154 tal-estimi tal-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni kienu:
i. għall-ġurijiet;
ii. għat-taħrikiet ta’ xhieda u
iii. għall-ħlas ta’ esperti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni - Estimi - Item 31 - Servizzi professjonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid ta’ xiex kienu s-servizzi professjonali li ġew provduti mill-benefiċċjarji tas-servizzi professjonali imsemmija f’Item 31 tal-estimi tal-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-benefiċċjarji tal-Item 31 – Professional Services imsemmi fl-estimi tal-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba saru open days u jipprovdi d-dati li fihom ġew organizzati dawn l-open days fil-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS)?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li min mindu fetaħ il-MICAS saru għaxar open days, id-dati huma, 7u 8 ta’ Diċembru 2024, 29 u 30 Marzu ta’ 2025, 4 ta’ Ottubru 2025, 11 u t-12 ta’ Ottubru 2025, 19 ta’ Ottubru 2025 u 8 u d-9 ta’ Novembru 2025.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna żaret il-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS) minn meta dan fetaħ sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u dan mingħajr ma jinkludi persuni li żaru b’xejn fl-open days, maqsuma xahar b’xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mgħoddija lili.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għalfejn ir-riżultati għas-sejħa għall-Assistent Kummissarju ta’ Lulju 2022, tħassru bejn Awwissu u Settembru 2022? Jista’ jgħid ukoll x’kienet ir-raġuni għalfejn l-istess sejħa reġgħet infetħet fi Frar 2023 u l-interviews saru f’Mejju 2023 u r-riżultati ħarġu f’Ġunju 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi r-riżultati għas-sejħa għall-Assistent Kummissarju ta’ Lulju 2022, tħassru f’Awwissu 2022 wara illi l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku iddeċidiet li tannulla il-proċess ta’ għażla għal istess sejħa u d-digriet li din tiġi mwaqqfa u tinħareġ sejħa oħra f’qasir żmien.
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ lokalitajiet li jinsabu l-Community Police u jindika kemm-il uffiċjal hemm assenjat f’shift wieħed f’kull lokalità? Jista’ wkoll jipprovdi l-ħinijiet ta' shift wieħed u jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal mistoqsija parlamentari numru 32261.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed ikun hemm uffiċjali jaħdmu f’shift wieħed u jqassam tali numri separatament għall-uffiċjali tal-uffiċċju, il-community police u l-uffiċjali fl-għassa, maqsuma għassa għassa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-Korp tal-Pulizija qatt ma’ kellu uffiċjali daqs kemm għandu llum u dan hu riżultat, fost oħrajn, tal-aqwa kundizzjonijiet li qatt kellhom. Għalhekk, mhux ta’ b’xejn li mhux talli iktar qed jagħżlu din il-karriera, mhux talli iżjed qegħdin jestendu servizz tagħhom, talli għandek ukoll uffiċjali li daħlu lura. Uffiċjali dedikati li ħidmithom qegħda tħalli l-frott biex pajjiżna llum mhux biss hu t-tnax l-aktar sigur fid-dinja imma għandu wkoll tnaqqas fir-rata ta kriminalità minn 46 għal 1000 persuna fis-sena 2004 għal 30 fis-sena 2024.
Illum ukoll, l-uffiċjali tagħna jistgħu verament jiffukaw fuq il-core police duties, anke għaliex introduċejna taqsimiet speċjalizzati fil-Korp tal-Pulizija. Għandek iżjed uffiċjali jterqu fit-toroq bl-introduzzjoni tal-Community Police u Police Patrol and Community Support Officers, il-vjolenza domestika llum għandha żewġ hubs u se jkollha ieħor f’qasir żmien speċjalizzati mħaddma mill-Gender Based and Domestic Violence Unit li qatt qabel dan il-Gvern ma’ kellu l-pajjiż. Dan filwaqt li komplejna insaħħu taqsimiet oħra tal-Korp - tad-Distrett, Rapid Intervention Unit u diversi taqsimiet oħra li per eżempju jiffokaw fuq l-isfidi tal-lum fosthom il-kriminalita onlajn fost oħrajn. Dan apparti li llum il-Korp tal-Pulizija joffri remote services li ser inkomplu anke ninvestu fihom kif ħabbarna fil-Budget għas-sena d-dieħla.
Dawn mhux riżultati b’kumbinazzjoni, huma riżultati ta’ Gvern li jemmen u jinvesti fil-Korpi Dixxiplinati anke fir-riżorsi li jużaw u huwa wkoll riżultat ta’ Korp tal-Pulizija li wettaq transformation strategy li issa qed tkompli tibni fuqha l-corporate strategy. Spiċċa ż-żmien li l-isfidi kienu jitpoġġew taħt it-tapit, fosthom li anqas jitħallsu tas-sigħat li jaħdmu l-uffiċjali, talli llum mhux biss qegħdin insaħħu l-Korp tal-ġurnata imma anke nassiguraw li naħsbu għall-futur. Xhieda ta’ dan huwa l-mod ġdid ta’ kif qiegħed isir ir-reklutaġġ - illum saħansitra għandna 51 rekluta li qegħdin jattendu Pre-Tertiary Certificate in Professional Policing Studies, l-Universita ta’ Malta.
Ninsab infurmat ukoll li għall-mistoqsija tal-Onorevoli Interpellant, illum għandna 881 Pulizija tad-Distrett imqassma f’Malta u f’Għawdex ikkumplimentati mill-ħidma ta’ 132 Community Police u 34 Police Patrol and Community Support Officers. B’ħidmet dawn l-uffiċjali hija kkumplimentata minn mijiet ta’ uffiċjali oħra f’taqsimiet differenti fosthom ir-Rapid Intervention Unit, il-Gender Based and Domestic Violence Unit, taqsima tal-immigrazzjoni u dik kontra d-droga, u bosta taqsimiet speċjalizzati oħra li llum qegħdin joffru l-aqwa servizz lill-familji, bil-fiduċja fihom mill-pubbliku tiċċertifika dan.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna qiegħda tistenna li ssirilha l-operazzjoni tal-ftuq? Jista’ jgħid ukoll kemm hu preżentement il-ħin ta’ stennija biex persuna tagħmel l-operazzjoni tal-ftuq?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Ottubru tal-2025, saru total ta’ 1,080 operazzjoni tal-ftuq, li 77 minnhom kienu outsourced.
Għar-rgward tal-lista ta’ persuni li qed jistennew li jagħmlu l-operazzjoni tal-ftuq, ninsab infurmat li hawn 337 persuna li ilhom aktar mill-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent. Ikun hemm bosta raġunijiet għala dan il-perjodu jinqabeż, imma nassigura lill-Onor. Interpellant li f’każijiet urġenti, l-operazzjoni ssir fl-iqsar żmien possibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kif jopera s-servizz tas-Silver T separatament għal lokalitajiet tal-Mellieħa, l-Imġarr (Malta), San Pawl il-Baħar u n-Naxxar? Jista’ jgħid ukoll għal liema lokalitajiet qed jiġi offrut dan is-servizz?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li s-Silver T hu servizz ta’ trasport bla ħlas għal persuni ta ’l fuq, minn 60 sena li jopera madwar Malta u Għawdex mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7:00 a.m. u 2:00 p.m. Is-servizz jintuża biex wieħed jasal għand il-klinika, il-bank, il-kunsill lokali, postijiet ta’ qima u lokalitajiet fir-reġjun.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid meta jitneħħew is-slielem tal-baħar wara x-xhur tas-sajf? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-possibilità li dawn is-slielem jitneħħew iktar tard fis-sena hekk kif numru ta’ persuni għadhom qegħdin jgħumu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru/i kkonċernat/i.