Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' impjegati li huma mqabbda ma' kuntratturi privati li għandhom kuntratti għal servizzi mal-Gvern ta Malta li jaqa' taħt il-Ministeru? Għal kull post, jista' l-Ministru jagħti n-numru rispettiv ta’ ħaddiema? Jista' jagħti l-grad u l-paga tal-ħaddiema rispettivi skont il-kuntratt? Jista' jagħti l-lista ta' gradi ekwivalenti ta' ħaddiema ċivili li għandhom l-istess job description u l-paga tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li mhux fil-kompitù tal-Gvern li jidħol f’kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji privati.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' impjegati li huma mqabbda ma' kuntratturi privati li għandhom kuntratti għal servizzi mal-Gvern ta Malta li jaqa' taħt il-Ministeru? Għal kull post, jista' l-Ministru jagħti n-numru rispettiv ta’ ħaddiema? Jista' jagħti l-grad u l-paga tal-ħaddiema rispettivi skont il-kuntratt? Jista' jagħti l-lista ta' gradi ekwivalenti ta' ħaddiema ċivili li għandhom l-istess job description u l-paga tagħhom?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li mhux fil-kompitù tal-Gvern li jidħol f’kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji privati.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' impjegati li huma mqabbda ma' kuntratturi privati li għandhom kuntratti għal servizzi mal-Gvern ta Malta li jaqa' taħt il-Ministeru? Għal kull post, jista' l-Ministru jagħti n-numru rispettiv ta’ ħaddiema? Jista' jagħti l-grad u l-paga tal-ħaddiema rispettivi skont il-kuntratt? Jista' jagħti l-lista ta' gradi ekwivalenti ta' ħaddiema ċivili li għandhom l-istess job description u l-paga tagħhom?
Response
Ninsab infurmat li mhux fil-kompitù tal-Gvern li jidħol f’kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji privati.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' impjegati li huma mqabbda ma' kuntratturi privati li għandhom kuntratti għal servizzi mal-Gvern ta Malta li jaqa' taħt il-Ministeru? Għal kull post, jista' l-Ministru jagħti n-numru rispettiv ta’ ħaddiema? Jista' jagħti l-grad u l-paga tal-ħaddiema rispettivi skont il-kuntratt? Jista' jagħti l-lista ta' gradi ekwivalenti ta' ħaddiema ċivili li għandhom l-istess job description u l-paga tagħhom?
Response
Ninsab infurmat li mhux fil-kompitù tal-Gvern li jidħol f’kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji privati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk spejjeż relatati mal-ġwież tal-annimali hux se jkunu koperti mill-iskema ta’ €30 miljun li biha għandhom jibbenefikaw kumpaniji involuti fl-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ qmuħ?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk spejjeż relatati mal-ġwież tal-annimali hux se jkunu koperti mill-iskema ta’ €30 miljun li biha għandhom jibbenefikaw kumpaniji involuti fl-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ qmuħ?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk involuti fil-manifattura jew fl-importazzjoni tal-ġwież tal-annimali jistgħu jibbenefikaw mill-iskema msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jinbena night shelter għall-anzjani f’Ħal Qormi stess mill-Gvern Ċentrali? Jekk iva, jista’ jagħti dettalji dwar dan?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull talba għal Night Shelter tiġi evalwata skont id-domanda u disponibbiltá. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tinkludi numru ta’ sodod għal Night Shelter ma’ kull ftehim ta’ xiri ta’ sodod li jsir ma’ operaturi ta’ djar privati tal-anzjani biex ikun hemm firxa wiesgħa ta’ Night Shelters.
Bħalissa l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità m’għandhiex applikazzjonijiet pendenti għas-servizzi ta’ Night Shelter.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsieb hemm biex jiżdiedu l-ispazji miftuħa f’Ħal Qormi? Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar dan?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi għadu kif inawgura ‘Wesgħet Renald Falzon’, ġnien li nbena ġdid fiż-żona Ta’ Farsina.
Bħalissa l-Kunsill jinsab għaddej b'riġenerazzjoni tal-ġonna li għandu fil-lokalità, fosthom Ġnien f'Misraħ iż-Żebbuġ, Ġnien l-Armier u Vjal de la Cruz.
Il-Kunsill Lokali kien strumentali fil-kisba ta’ fondi sabiex fi Piazza Federico Maempel isir proġett ta' €1.2miljuni.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsieb hemm biex jiżdiedu l-ispazji miftuħa f’Ħal Luqa? Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar dan?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa applika għal permess ta’ żvilupp sabiex isir ġnien ġdid fiż-żona ta’ Ħal Farruġ, skont DN/0132/22.
Barra minn hekk, il-Kunsill Lokali ffirma MoU flimkien ma’ Ambjent Malta sabiex isir żvilupp ta’ art mitluqa fiż-żona ta’ Ħal Farruġ.
Iktar minn dan kollu, il-Kunsill Lokali jinsab f’diskussjonijiet mal-Awtorità tad-Djar, sabiex parti minn art fi Triq il-Ġdida tiġi devoluta lill-Kunsill Lokali bil-għan li jsir green infrastructure sabiex il-familji ta’ Ħal Luqa jkollhom spazju fil-qalba tal-lokalità.
Regolament numru 26 tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif amendat) – dikjarazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew sottomessi dikjarazzjonijiet li x-xogħol ma kienx ser jaffetwa terzi hekk kif definit taħt ir-regolament numru 26 tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif amendat)?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew sottomessi talbiet lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni biex ikun hemm eżenzjoni milli jiġi ingaġġat STO biex jissorvelja x-xogħol (skont Form 25B) hekk kif definit fil-‘provis’ ta’ regolament numru 25 tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif amendat)?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – notifiki sottomessi għal xogħlijiet ta’ emerġenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew sottomessi notifiki lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni biex isiru xogħlijiet ta’ emerġenza (skont Form 25C) hekk kif definit fil-‘provis’ ta’ regolament numru 25 tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif amendat)?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Peress li jinħass in-nuqqas ta’ veterinarji f’pajjiżna speċjalment għall-bżonnijiet li jkollhom minn żmien għall-ieħor ir-raħħala, jista’ l-Ministru jara li anke jekk dawn mhux finanzjarjament vjabbli li jsiru f’pajjiżna, il-Gvern jikkontribwixxi finanzjarjament biex l-Università ta’ Malta tibda tagħmel dawn il-korsijiet ta’ veterinarji hawn Malta?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa diffiċli li jiġu organizzati korsijiet ta’ veterinarji f'Malta, dan minħabba l-istrutturi li hawn bżonn u nuqqas ta’ għalliema speċjaliżżati. Għal din ir-raġuni il-gvern joħroġ 'scholarships' biex l-istudenti li jixtiequ jsiru veterinarji jkunu jistgħu jistudjaw f’Universitajiet barra mill-pajjiż.
Art barra ż-żoni ta’ żvilupp li hi proprjetà tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hawnx katast ta’ art barra ż-żoni ta’ żvilupp li hi proprjetà tal-Gvern li mhux okkupata? Jista’ jara li fejn din l-art hija art agrikola tingħata bi prezz baxx lill-bdiewa żgħażagħ full-time għal użu agrikolu?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru responsabbli mill-Awtorità tal-Artijiet.
Art barra ż-żona tal-iżvilupp li mhux protetta però mhux art agrikola – għajnuna mill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jikkunsidra li fejn hawn art barra ż-żona tal-iżvilupp li mhux protetta però mhux art agrikola, tingħata l-għajnuna neċessarja mill-Gvern biex din tiġi trasformata f’art agrikola diment li din tibda tinħadem minn bdiewa u raħħala li jaqilgħu x’jieklu minn dan is-settur? Dan anke biex tissaħħaħ il-provvista ta’ prodotti tal-ikel lokali kif ukoll għalf għall-annimali tar-raħħala tagħna?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif ħabbar fil-Manifest Elettorali, il-Gvern ser ikun qed iwettaq diversi miżuri sabiex jinċentiva l-ħidma tal-art mill-bdiewa u għalhekk tissaħħaħ il-provvista ta’ prodotti tal-ikel lokali kif ukoll għalf għall-annimali.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Filwaqt li ninformah li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kawża tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor.
Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Filwaqt li ninfurmah li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kawża tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor.
Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Ministeru għall-Ġustizzja — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Filwaqt li ninformah li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kawża tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor.
Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f'każ ta' diffikultà ulterjuri.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali