Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — konsulenti

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 294 u tgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 296 u jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-14 ta’ Mejju 2022, l-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iz-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni ma talab l-ebda servizz ta konsulenzi.

Ministeru għall-Ġustizzja — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 298 u jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, sal-14 ta’ Mejju 2022, dan il-Ministeru ma ingaġġa l-ebda konsulenzi f’din il-leġiżlatura.

Ir-Rabat — Triq tat-Tabija - Solar Car Charging Unit

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 978, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u li issa ġiet riferuta lilu, u jispjega r-raġuni għaliex is-solar car charging unit fi Triq tat-Tabija r-Rabat Malta mhux qed taħdem, wara li ġiet installata inqas minn sena ilu? Huwa minnu li ħafna mix-xhur ma kinetx qiegħda taħdem? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kull meta qed isiru testijiet fuqha biex ikun żgur li din qed taħdem?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif se jingħata seduta oħra.

'Service Tender for Household Waste Collection using low emission vehicles in X Region' – Ġbir ta’ skart riċiklabbli

Question

Filwaqt li nagħmel referenza għas-sitt sejħiet pubbliċi (tenders) li nħarġu bl-isem 'Service Tender for Household Waste Collection using low emission vehicles in X Region', bin-numri tar-referenza CT2139, CT2138, CT2137, CT2136, CT2135, u CT2134 tas-sena 2022, jista’ l-Ministru jgħid u jispjega jekk l-ispiża għall-ġbir tal-iskart riċiklabbli hijiex se titħallas mill-Kunsilli Reġjonali jew mill-Kunsilli Lokali rispettivi meta dawn jidħlu fis-seħħ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li stante li l-obbligu statutorju tal-immaniġġar tal-iskart kollu domestiku huwa tal-Kunsilli Reġjonali, l-imsemmija sejħiet pubbliċi nħarġu mill-istess Kunsilli Reġjonali u l-ispiża għall-ġbir tal-iskart riċiklabbli se ssir mill-Kunsilli Reġjonali.

Rilokazzjoni tal-faċilità tat-tankijiet taż-żejt

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 301, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilha, u tgħid jekk il-pjan għar-rilokazzjoni tal-faċilità tat-tankijiet taż-żejt lejn il-Marsa, għadux il-pjan tal-Gvern? Jekk iva, sa meta se jsir dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Gvern għaddej b'konsultazzjoni, inkluż dik inter-ministerjali.

Kunsilli Lokali – sitwazzjoni finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 302 u jagħti rendikont tas-sitwazzjoni finanzjarja sal-14 ta’ Mejju 2022 ta’ kull Kunsill Lokali, b’mod rispettiv?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali jagħmlu upload tal-financial statements tagħhom kull kwart.

Gudja – librerija pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-ħinijiet pubbliċi għal-librerija pubblika fil-Gudja? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra kemm ingħataw kotba u kemm inxtraw kotba ġodda s’issa matul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt: LokalitàĦinijiet ta’ ftuħ - XitwaĦinijiet ta’ ftuħ - SajfKotba mixtrijaDonazzjonijiet GudjaIt-Tnejn: 08:30 – 12:30 It-Tlieta: 08:30 – 12:30 l-Erbgħa: 16:00 – 18:30 Is-Sibt: 15:00 – 19:00It-Tnejn: 08:30 – 12:30 It-Tlieta: 08:30 – 12:30 l-Erbgħa: 16:00 – 18:30 Is-Sibt: 15:00 – 19:00 4845

Ħal Għaxaq – librerija pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-ħinijiet pubbliċi għal-librerija pubblika f’Ħal Għaxaq? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra kemm ingħataw kotba u kemm inxtraw kotba ġodda s’issa matul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt: LokalitàĦinijiet ta’ ftuħ - XitwaĦinijiet ta’ ftuħ - SajfKotba mixtrijaDonazzjonijiet GħaxaqL-Erbgħa: 08:00 – 12:00 Il-Ħamis: 17:00 – 19:00 Il-Ġimgħa: 17.00 – 19.00L-Erbgħa: 08:00 – 12:00 Il-Ħamis: 17:00 – 19:00 Il-Ġimgħa: 17.00 – 19.00 5351

Marsaxlokk — librerija pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-ħinijiet pubbliċi għal-librerija pubblika f’Marsaxlokk? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra kemm ingħataw kotba u kemm inxtraw kotba ġodda s’issa matul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt: LokalitàĦinijiet ta’ ftuħ - XitwaĦinijiet ta’ ftuħ - SajfKotba mixtrijaDonazzjonijiet MarsaxlokkIl-Ħamis: 16:30 – 18:30 Il-Ġimgħa: 16:30 – 18:30 Is-Sibt: 08:00 – 12:00It-Tlieta: 08:00 – 12:00 l-Erbgħa: 16:30 – 18:30 Il-Ġimgħa: 16:30 – 18:30 Is-Sibt: 08:00 – 12:00 10153

Ħal Tarxien – librerija pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-ħinijiet pubbliċi għal-librerija pubblika f’Ħal Tarxien? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra kemm ingħataw kotba u kemm inxtraw kotba ġodda s’issa matul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt. LokalitàĦinijiet ta’ ftuħ - XitwaĦinijiet ta’ ftuħ - SajfKotba mixtrijaDonazzjonijiet TarxienIl-Ġimgħa: 13:00 – 17:00 Is-Sibt: 08:00 – 12:00Il-Ġimgħa: 13:00 – 17:00 Is-Sibt: 08:00 – 12:00 8070

Raħal Ġdid – xogħlijiet fi Ġnien il-Mediterran

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet u xi spejjeż saru fi Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid matul din is-sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Covid Memorial Garden li qiegħed f’parti mill-kumpless ta’ Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid u li jikkommemora l-Maltin li mietu kawża tal-Pandemija tal-Covid-19, jinkludi kostruzzjoni ta’ passaġġi ġodda fiż-żona allokata, inżergħu siġar u pjanti ġodda u kif ukoll ġie mwaqqaf il-monument ta’ kommemorazzjoni. L-ispiża totali għal dawn ix-xogħlijiet kienet ta’ madwar Euro 46,000.

Raħal Ġdid – xogħlijiet fi Ġnien il-Mediterran

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet u xi spejjeż saru fi Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid matul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li x-xogħlijiet li saru fi ‘Ġnien il-Mediterran’ saru minn entitjiet Governattivi u mhux mill-Kunsill Lokali Paola.

Tieni Distrett Elettorali – xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jelenka liema toroq se jsiru fis-sentejn li ġejjin fiż-żona tat-Tieni Distrett Elettorali?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Birgu Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq iċ-Ċentinarju tal-Parroċċa, parti minn Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, Triq San Dwardu, Triq La Vallette, Pjazzetta San Filippu u Triq Patri Indri Vella. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet f’parti oħra ta’ Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fi Triq il-Miratur, Triq San Filippu u Misraħ ir-Rebħa kif spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1282. Fil-lokalità tal-Isla Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq il-Kunċizzjoni, Triq iż-żewġ Mini, Triq Portu Salvu, Triq is-Sur u Triq San Ġiljan. Diġà hemm ippjanat biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fi Triq il-Vitorja. Fil-lokalità ta’ Bormla Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Alessandra, Triq San Ġorġ, Triq il-Pellegrinaġġ, Triq l-Iljun, Triq l-Oratorju, Triq il-Polverista, Triq Santa Margerita, Triq il-Gendus u Triq ir-Regatta. Diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fi Triq San Franġisk u Triq Wiġi Rosato. Bħalissa Infrastructure Malta qed twettaq ukoll proġett b’investiment ta’ €2.2 miljun biex tirrestawra l-Mina ta’ Għajn Dwieli, waħda mid-daħliet ewlenin għall-ibliet ta’ Bormla, l-Isla u l-Birgu. L-aħħar dettalji dwar dan il-proġett tajthom fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1022. Apparti minn hekk, IM lestiet madwar tliet kwarti tal-proġett ta’ €5 miljun biex tagħti ħajja ġdida lill-mollijiet fl-inħawi ta’ Sally Port, il-Birgu, bi prominad ġdid li se jkompli jestendi l-passaġġi pedonali max-xtut tal-Kottonera. Ix-xogħlijiet issa qed jidħlu fl-aħħar fażijiet tagħhom. Fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħljiet fi Triq Francis X. Attard, Triq Ħadd in-Nies, Triq in-Naħla, Sqaq San Franġisk, Trejqet San Franġisk, Triq bla isem fi Triq San Ġuzepp, Triq is-Serer, Triq in-Newl, Triq ir-Rand, Triq il-Fikus, Triq il-Ġiżimina, Triq Salvu Darmanin, Triq ix-Xgħajra, Triq iċ-Ċimiterju, Triq Manuel E Attard Bezzina, Triq il-Madaffa, Triq il-Luq, Triq Żabrella, Triq il-Figel, Triq il-Qaqoċċ, Triq Renato Agius Muscat, Triq Corrado, Triq il-Baħrija, Triq id-Dliela, Triq il-Werżieq, Triq iz-Zarzarell u triq ġdida fiha, Triq Bieb is-Sultan, Triq ġdida fi Triq is-Saħħara, Triq Alessio Erardi, Triq Santa Klara, Triq il-Bajada, Triq in-Nissieġ u Triq is-Santwarju. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fil-bypass l-antika li tagħti għal Wied il-Għajn, Triq Spadaro, Triq Strickland, Trejqa San Ġorġ Preca, Triq il-Karmnu, Triq Santa Tereza, Triq San Felice, Triq il-Qalb Imqaddsa u Triq A Caligari, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fi Triq Ta’ Lanza, Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Sqaq Nru 1 fi Triq ix-Xgħajra, Triq Bormla, Triq Kapuċċini, Triq il-Labour u Triq Gianni Bonavia. Fil-lokalità tax-Xgħajra Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Ħaż-Żabbar, Sqaq l-Arkati, Triq il-Fortizza tal-Grazzja, Triq l-Iskola, Triq l-Ispnott, Triq Lapsi, Triq it-Tumbrell u Triq il-Mulett, waqt li bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq San Leonardu. Fil-lokalità tal-Fgura Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Buqexrem, Triq ġdida fi Triq l-Għarnuq, Sqaq Rjallu, Triq il-Merħba, Triq is-Sur, Triq l-Għarnuq, Triq San Xmun, Triq San Tumas, Triq San Pietru, Triq Liedna, Triq Żabbar, Triq Hompesch, Triq Anġlu u Marianna Camilleri, Triq l-Għollieq, Triq il-Falkunier u Triq Rgħajja. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq Mater Boni Consili, Triq San Ġorġ Preca, Triq Pace u Grasso, Triq il-Kitba u Triq Giacomo Matteotti, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol Triq il-Kampanella, Triq Għajn Dwieli u Triq il-Velleran. Fil-lokalità tal-Kalkara Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq il-Kapuċċini, Triq Rinella, Trejqet Francesco Chircop, Triq il-Ġir u Triq is-Sienja. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq il-Progress u triq ġdida fi Triq il-Kapuċċini, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fil-parkeġġ tal-Malta Film Facilities.

Tieni Distrett Elettorali – xogħlijiet marbutin mal-ambjent u tħaddir

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jelenka x-xogħlijiet li se jsiru fis-sentejn li ġejjin marbuta mal-ambjent u tħaddir fiż-żona tat-Tieni Distrett Elettorali?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħa jsir tħawwil ta’ siġar tul il-promenade u fil-pjazza tal-Kalkara bħala parti mill-proġett ta riġenerazzjoni tal-promenade tal-Kalkara.

Mosta: Triq Lunzjata — tarmac

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux time-frame dwar meta se jsir it-tarmak fi Triq il-Lunzjata, il-Mosta, liema triq qabel l-elezzjoni ġiet mibruxa u li l-ġirien ġew mgħarrfa minn awtoritajiet konċernati li din se tingħata t-tarmak mill-aktar fis?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Mosta hija waħda mil-lokalitajiet fejn l-aktar li saru toroq ġodda minn Infrastructure Malta minħabba t-telqa u s-snin twal ta’ nuqqas t’investiment li kien hemm f’din il-lokalità fil-passat. Fil-Mosta diġà saru xogħlijiet fi Triq Dawret il-Wied, Triq il-Qares, Triq is-Snajja’, Triq San Pawl tal-Qliegħa, Triq tas-Sriedek, Sqaq Madre Tereża Spinelli, Triq Rużar Briffa (zokrija), Triq il-Garrier, Triq Gio C. Dei Marchesi Mallia Tabone, Triq il-Leġġenda, Triq il-Bennej, Triq in-Naqqax, Triq l-Għollieqa, Triq Alessandra, Triq l-Assemblea Nazzjonali, Triq l-Inkurunazzjoni, Triq Bergamott, Triq Parjan, Triq il-Bonnijiet, Triq Farinal, Triq Durumblat, Triq Rumani, Triq Fuħħar, Triq Kumbu, Triq San Silvestru, Triq Alofju Wignacourt, Triq il-Ballata, Triq Dun Karm Schembri, Triq il-Bdoti, Triq il-Familja Cumbo, Triq it-Taħħan, Triq ta’ Venezja, Triq il-Baqqunier, Triq tal-Wej, Triq Madre Tereza, Triq Dun Karm Schembri, Triq Rafel Caruana Dingli, Triq il-Fortizza, Triq il-Fortizza tal-Mosta, Triq Wied is-Sir, Triq il-Kostituzzjoni, Vjal Milbrae, Triq il-Bidnija u Triq Burmarrad. Bħalissa qegħdin isiru Triq id-Difiza Ċivili, Triq ir-Rebbiegħa, Triq il-Lunzjata, Triq il-Kbira u Triq Patri Ġuze Delia. Nixtieq niċċara li mhuwiex minnu li x-xogħlijiet fi Triq il-Lunzjata bdew qabel l-elezzjoni. Fil-fatt ix-xogħlijiet f’din it-triq bdew madwar xahar wara, lejn l-aħħar t’April, u t-tqaxxir tal-wiċċ l-antik tat-triq beda f’Mejju. Ix-xogħlijiet minn Infrastructure Malta biex tinbena mill-ġdid din it-triq kienu jinkludu bdil ta’ servizzi tad-drenaġġ, ilma, telekomunikazzjoni u bini ta’ bankini ġodda. Bħalissa qed jissaħħu l-pedamenti qabel ma t-triq isirilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt u ser titlesta sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Marsaxlokk – proġett fuq art tal-Gvern

Question

Dwar il-proġett li qed jiġi propost li jsir ġewwa Marsaxlokk fuq art tal-Gvern/car park u l-binja ta’ Home u mass project, tista’ l-Ministru tgħid x’impatt jista’ jkollu fuq ir-residenti li jgħixu fl-akkwati fejn jidħol ambjent/light pollution u sound pollution? Huwa minnu li dan ikun qed imur kontra dak li l-Gvern ippropona fil-Manifest Elettorali tiegħu fejn jidħol ambjent aħjar għaċ-ċittadini? Saru studji f’dan ir-rigward? U jekk iva, tista’ tippubblikahom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ġiet ikkonsultata dwar l-applikazzjonijiet li ġew sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar. L-ERA, bħala r-Regolatur Ambjentali, għamlet l-iscreening tagħha skont ir-Regolament eżistenti. Id-dokumentazzjoni rispettivi qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Akkomodazzjoni Soċjali — Lista ta' stennija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għal akkomodazzjoni soċjali, sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum l-Awtorità tad-Djar għandha 1342 applikazzjoni fuq il-lista ta’ stennija għal akkomodazzjoni soċjali.

Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 728, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp (SPED) ġiex rivedut b’mod speċjali dwar issues fuq l-għoli tal-bini f’kull triq fil-gżejjer Maltin?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u Żvilupp (SPED) qiegħed fi proċess ta’ reviżjoni billi qegħdin jiġu konklużi l-ewwel studji neċessarji min-naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar bħala parti mill-ewwel fażi tal-proċess ta’ reviżjoni.

Sptar Monte Carmeli – residenti permanenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 733, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm residenti permanenti fl-Isptar Mount Carmel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ebda pazjent li qiegħed għall-kura fl-isptar Monte Carmeli ma jitqies bħala ‘resident permanenti’.