Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi

Question

Tista' l-Ministru tagħti n-numru ta' impjegati li huma mqabbda ma' kuntratturi privati li għandhom kuntratti għal servizzi mal-Gvern ta' Malta li jaqa' taħt il-Ministeru? Għal kull post, tista' l-Ministru tagħti n-numru rispettiv ta’ ħaddiema? Tista' tagħti l-grad u l-paga tal-ħaddiema rispettivi skont il-kuntratt? Tista' tagħti l-lista ta' gradi ekwivalenti ta' ħaddiema ċivili li għandhom l-istess job description u l-paga tagħhom?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninsab infurmat li mhux fil-kompitù tal-Gvern li jidħol f’kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji privati.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' impjegati li huma mqabbda ma' kuntratturi privati li għandhom kuntratti għal servizzi mal-Gvern ta' Malta li jaqa' taħt il-Ministeru? Għal kull post, jista' l-Ministru jagħti n-numru rispettiv ta’ ħaddiema? Jista' jagħti l-grad u l-paga tal-ħaddiema rispettivi skont il-kuntratt? Jista' jagħti l-lista ta' gradi ekwivalenti ta' ħaddiema ċivili li għandhom l-istess job description u l-paga tagħhom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li mhux fil-kompitù tal-Gvern li jidħol f’kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji privati.

Ministeru għal Għawdex — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' impjegati li huma mqabbda ma' kuntratturi privati li għandhom kuntratti għal servizzi mal-Gvern ta' Malta li jaqa' taħt il-Ministeru? Għal kull post, jista' l-Ministru jagħti n-numru rispettiv ta’ ħaddiema? Jista' jagħti l-grad u l-paga tal-ħaddiema rispettivi skont il-kuntratt? Jista' jagħti l-lista ta' gradi ekwivalenti ta' ħaddiema ċivili li għandhom l-istess job description u l-paga tagħhom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninsab infurmat li mhux fil-kompitù tal-Gvern li jidħol f’kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji privati.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riċerka u l-Ugwaljanza — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' impjegati li huma mqabbda ma' kuntratturi privati li għandhom kuntratti għal servizzi mal-Gvern ta' Malta li jaqa' taħt il-Ministeru? Għal kull post, jista' l-Ministru jagħti n-numru rispettiv ta’ ħaddiema? Jista' jagħti l-grad u l-paga tal-ħaddiema rispettivi skont il-kuntratt? Jista' jagħti l-lista ta' gradi ekwivalenti ta' ħaddiema ċivili li għandhom l-istess job description u l-paga tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li mhux fil-kompitù tal-Gvern li jidħol f’kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji privati.

Is-Siġġiewi – żieda ta’ spazji miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsieb hemm biex jiżdiedu l-ispazji miftuħa fis-Siġġiewi? Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar dan?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa hemm pjanati spazji miftuħa skont kif ġej: • Reading Garden fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi (qiegħed f'fażi ta' permessi) • Family Park fi Triq Salvu Borg Olivier (Proġett mill-INDIS) • Community Project f'Ramija (proġett minn The Malta Foundation for the Wellbeing of Society)

Ħal Qormi – żieda ta’ spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi ħsieb hemm biex jiżdiedu l-ispazji miftuħa f’Ħal Qormi? Tista’ tagħti dettalji dwar dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz ta’ Greenserv, bħalissa jinsab diġà għaddej ix-xogħol sabiex parti mill-culverts fiż-żona tal-wied ta’ Ħal Qormi tissaqqaf u tinbidel fi spazju miftuħ għat-tgawdija tar-residenti. Ma’ dan, il-Gvern huwa wkoll impenjat li jrodd lill-poplu l-akbar proġett ta’ spazji miftuħin kif imwiegħed fil-Manifest Elettorali Malta Flimkien. Għal dan se jkunu qed jiġu allokati €700 miljun. Il-proċess għall-iżvilupp ta’ pjanijiet t’azzjoni għal kull spazju miftuħ huwa wieħed kontinwu u d-dettalji ta’ kull proġett jitħabbru fil-mument opportun.

Ħal Luqa – żieda ta’ spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi ħsieb hemm biex jiżdiedu l-ispazji miftuħa f’Ħal Luqa? Tista’ tagħti dettalji dwar dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern huwa impenjat li jrodd lill-poplu l-akbar proġett ta’ spazji miftuħin, kif imwiegħed fil-Manifest Elettorali 'Malta Flimkien'. Il-proċess għall-iżvilupp ta’ pjanijiet t’azzjoni għal kull spazju miftuħ huwa wieħed kontinwu u d-dettalji ta’ kull proġett jitħabbru fil-mument opportun.

Persuni ta’ Nazzjonalità Maltija li telqu mill-pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni (ta’ Nazzjonalità Maltija) telqu minn pajjiżna u ma ġewx lura għal perjodu twil (minn tal-inqas tliet xhur)? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm irġiel u l-età tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jezistix reġistru u m'hemm l-ebda sors amministrattiv wieħed li jagħti informazzjoni b’mod preċiz dwar il-flussi ta’ emigrazzjoni ta’ ċittadini Maltin.

Studju fuq l-impatt tal-inflazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru mill-Gvern Ċentrali dwar l-impatt tal-inflazzjoni fuq il-poplu Malti, partikolarment il-pensjonanti? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha li saru?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-baġit li għadda ntqal hekk: “Il-prezzijiet tal-enerġija u b’mod aktar wiesgħa l-inflazzjoni inġenerali jistgħu jkunu l-isfidi tas-sena d-dieħla. Għalhekk it-tbassir tad-defiċit jista’ jiġi rivedut b’1.4% u jilħaq is-7% ġaladarba l-Gvern ikun irid inaqqas l-impatt mil-lat finanzjarju fuq il-familji u n-negozji.” Minkejja dan, pajjiżna għad għandu l-inqas rata ta’ inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea. Minħabba li dak li tbassar ġara, u ġie iktar aggravat bil-gwerra fl-Ukrajna, il-Gvern nieda diversi miżuri soċjali kemm fil-baġit kif ukoll wara. Fosthom insemmi l-għajnuna diretta li ngħatat lill-pensjonanti u lill-familji kif ukoll il-politika li wasslet biex għaż-żmien li ġej Malta jkollha prezzijiet stabbli tal-enerġija u tal-fuels. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qiegħed il-ħin kollu jsegwi ċ-ċaqliq fil-prezzijiet kif qed jiżvilppa fid-diversi oqsma tal-ekonomija.

Pjan għal żriegħ ta’ prodotti agrikoli

Question

Jista’ l-Ministru jara li flimkien mal-bdiewa u r-raħħala tagħna, jiġi mfassal pjan ta’ liema prodotti agrikoli jistgħu jinżirgħu f’perjodi partikolari biex filwaqt li tintlaħaq id-domanda għall-prodotti tal-ikel lokali tul is-sena kollha, tonqos id-dependenza ta’ pajjiżna mill-importazzjoni ta’ ħxejjex, frott u magħlef minn barra l-pajjiż? Jista’ jara li b’tali inizjattiva, filwaqt li s-suq lokali jkollu biżżejjed prodotti agrikoli għall-konsum tal-poplu tagħna u magħlef għar-raħħala ta’ pajjiżna tul is-sena kollha u b’hekk pajjiżna jkun jista’ jiġi ‘self-sufficient’ fil-provvista ta’ ikel, il-prodotti agrikoli jġibu prezz ġust fis-suq għall-bdiewa tagħna tul is-sena kollha?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-servizz imsemmi fil-proposta tiegħu huwa fil-fatt diġà qed jiġi offrut. Fil-fatt, il-bdiewa jistgħu jmorru u jfasslu il-pjan ta’ produzzjoni ġewwa l-AgriConnect. Madanakollu, sabiex dan l-ippjanar ikun efffettiv, jeħtieġ li l-bdiewa kollha jipparteċipaw. Għalhekk fis-sena li għaddiet, il-Gvern kien fassal skema sabiex jinċentiva dan il-proċess b’mod illi bdiewa li jippjanaw il-produzzjoni tagħhom abbażi ta’ dak li huwa ppjanat li jiġi mkabbar. Nixtieq ninformah ukoll illi minħabba n-numru ta’ bhejjem li jinsabu ġewwa l-gzejjer Maltin, Malta qatt ma tista’ tkun awtosuffiċjenti peress li d-daqs tal-gżira mhux biżżejjed biex jipproduċi l-kwantitajiet meħtieġa.

Art agrikola fejn mhux ser jinżergħu prodotti agrikoli – żriegħ ta’ magħlef

Question

Jista’ l-Ministru jara li kull biċċa art agrikola li ġo fiha mhux ser jinżergħu prodotti agrikoli bħal ħaxix u frott, jiġi miżrugħ il-magħlef għall-konsum tal-bhejjem biex titnaqqas drastikament id-dipendenza tal-magħlef impurtat minn barra l-pajjiż u b’hekk jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ importazzjoni u fl-istess ħin tingħeleb il-problema ta’ skarsezza li ser tolqot lill-Ewropa kollha fix-xhur li ġejjin?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru li tiegħu responsabbli qiegħed isegwi mill-qrib din is-sitwazzjoni internazzjonali li qed iġġib instabilità kbira fis-swieq taċ-ċereali. Ta’ min wieħed jirrikonoxxi li minħabba d-daqs limitat tal-art agrikola tagħna, għandna aktar naghtu importanza lil art limitata li għandna u li għandha tkun użata għall-produzzjoni ta’ ikel għall-konsum uman aktar milli għall-produzzjoni tal-magħlef. Madanakollu, nemmnu wkoll fis-suq ħieles u għalhekk fil-possibbiltà li il-bidwi jagħżel il-prodott li jrid jkabbar. Nemmnu wkoll li hemm każijiet fejn l-art agrikola tkun tista’ tintuża b’mod aktar effiċċjenti. Għaldaqstant, qed niltaqgħu mas-settur sabiex naraw kif nistgħu nixxprunaw il-bdiewa u r-raħħala sabiex l-għelieqi huma użati biex jiġi prodott għalf ta’ kwalità. Dan nistgħu nagħmluh wara l-esperjenzi li kellna permezz tal-Proġett AgriHub fejn qed naraw sistemi nnovattivi ta’ kif intejbu l-produzzjoni tal-magħlef għall-bhejjem.

Art barra ż-żoni ta’ żvilupp li hi proprjetà tal-Gvern li mhux okkupata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hawnx katast ta’ art barra ż-żoni ta’ żvilupp li hi proprjetà tal-Gvern li mhux okkupata? Jista’ jara li fejn din l-art hija art agrikola, tingħata bi prezz baxx lill-bdiewa żgħażagħ full-time għal użu agrikolu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ ta’ art agrikola li mhux tinkera jew kirja tintemm, l-Awtorità tal-Artijiet għandha l-obbligu li toħroġ sejħa pubblika għall-kera skont is-suq attwali liema sejħa hija għal skop agrikolu.

Raħħala reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ raħħala reġistrati bħala full-time u part-time, separatament għal kull lokalità, u jekk dawn ir-raħħala jrabbux baqar għall-ħalib, għoġġiela għal-laħam, majjali, nagħaġ, mogħoż, eċċ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jien responsabbli iżomm biss in-numru ta’ raħħala li huma reġistrati ma’ razzett u mhux jekk humiex full-time jew part-time. Dawn jammontaw għal 2,396 raħħal.

Irziezet reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hawn irziezet reġistrati f’Malta u Għawdex, x’bhejjem jitrabbew fihom u l-ammont ta' bhejjem f’kull razzett?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Malta u Għawdex f’daqqa hawn 2,498 razzett li huma rreġistrati mad-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja.

Irziezet tal-baqar tal-ħalib liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn irziezet liċenzjati tal-baqar tal-ħalib f'Malta kif ukoll f’Għawdex? F’liema lokalità jinsabu dawn l-irziezet? Kemm-il baqra hemm f’kull razzett? Kemm ipprovdu ħalib fix-xahar, razzett b’razzett, mill-2019 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Infermiera gradwati mill-MCAST

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il infermier iggradwa mill-kors offrut fis-settur mill-MCAST wara li ntlaħaq qbil mal-Università ta’ Northumbria? Kemm minnhom illum qed jaħdmu fis-settur pubbliku? Kemm hi n-nefqa ta’ dan il-kors fis-sena u kif inhi maqsuma l-ispiża?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 38 studenti li gradwaw bħala infermiera mill-MCAST li minnhom 34 ġew impjegati mas-Servizz Pubbliku. Għall-kumplament tat-tagħrif nitolbu jirreferi lill-Ministru kkonċernat.

Infermiera gradwati mill-MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il infermier iggradwa mill-kors offrut fis-settur mill-MCAST wara li ntlaħaq qbil mal-Università ta’ Northumbria? Kemm minnhom illum qed jaħdmu fis-settur pubbliku? Kemm hi n-nefqa ta’ dan il-kors fis-sena u kif inhi maqsuma l-ispiża?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ infermiera gradwati mill-kors offrut fis-settur mill-MCAST wara l-ftehim milħuq mal-Università ta’ Northumbria hu kif elenkat: Sena akkademika 2019/2020 - 18-il gradwat Sena akkademika 2020/2021 - 20 gradwat Il-pagament lill-Università ta’ Northumbria fis-sena 2021 laħaq is-somma ta’ Euro 256,018.01. Il-qbil eżistenti bejn iż-żewġ entitajiet jesiġi pagament ta’ 2500 Sterlina fis-sena għal kull student reġistrat. Dawn l-ispejjeż ikopru: 1. Taħriġ u superviżjoni tal-letturi tal-MCAST li jgħallmu fil-BSc Nursing minn letturi tal-Università ta’ Northumbria fuq bażi kontinwa. 2. Aċċess għal materjal didattiku għall-istudenti u li huwa aċċessibbli biss għal studenti tal-Università ta’ Northumbria. 3. Aċċess għal-librerija ta’ kotba, dokumenti u videos tal-Università ta’ Northumbria, għall-istudenti u l-letturi tal-MCAST. 4. Aċċess għal software speċjalizzat liċenzjat, għall-istudenti u l-letturi, u li għalih l-MCAST ma jħallas l-ebda liċenzja. 5. Aċċess għall-programm akkademiku tal-BSc Nursing offrut mill-Universita’ ta’ Northumbria b’adattamenti għall-kuntest Malti. 6. External examiners biex jivverifikaw ir-riżultati tal-istudenti fl-aħħar ta’ kull sena akkademika. 7. Immaniġġjar tas-sistema interna tal-kwalita’ tal-Università ta’ Northumbria f’dak kollu li għandu x’jaqsam mad-delivery tal-BSc Nursing fl-MCAST.

Sessjonijiet ta' Aqra Miegħi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex is-sessjonijiet tal-qari bil-Malti tat-tfal bejn is-snin 0-3, magħrufa bħala 'Aqra Miegħi', baqgħu ma bdewx f’kull lokalità kif kien isir qabel, issa ladarba ma għadx hemm ir-restrizzjonijiet tal-COVID-19? Jista’ jgħid f’liema lokalità kienu jsiru qabel il-pandemija (sena 2019) u fejn qed isiru illum (sena 2022)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sessjonijiet ta’ ‘Aqra Miegħi/Read with Me’ reġgħu bdew isiru fiżikament fi Frar tal-2022 wara assenza ta’ sentejn minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija COVID-19. F’Diċembru 2019 il-programm ‘Aqra Miegħi/Read with Me’ kien qed isir f’59 lokalità jiġifieri f’Ħ’Attard, il-Baħrija, Birkirkara, Birżebbuġa, Ħad-Dingli, il-Fgura, il-Furjana, il-Gudja, Għajnsielem, l-Għarb, il-Għargħur, l-Għasri, Ħal Għaxaq, il-Gżira, il-Ħamrun, il-Kalkara, Ta’ Kerċem, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, il-Marsa, Marsascala, Marsaxlokk, il-Mellieħa, l-Imġarr, il-Mosta, l-Imqabba, l-Imsida, l-Imtarfa, il-Munxar, in-Nadur, in-Naxxar, Paola, Pembroke, il-Qala, il-Qawra, Ħal Qormi, il-Qrendi, ir-Rabat, Ħal Safi, San Ġwann, San Lawrenz, Ta’ Sannat, Santa Luċija, l-Isla, is-Siġġiewi, Tas-Sliema, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, is-Swieqi, Ħal Tarxien, il-Belt, il-Birgu, ix-Xagħra, ix-Xewkija, ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, iż-Żejtun u ż-Żurrieq. Preżentement, f’Ġunju 2022, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qed toffri l-programm f’37 lokalità. Dawn huma Ħ’Attard, Birkirkara, Ħad-Dingli, il-Fgura, il-Gudja, Għajnsielem, l-Għarb, il-Għargħur, Ħal Għaxaq, il-Ħamrun, l-Iklin, il-Kalkara, Ta’ Kerċem, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Marsascala, il-Mellieħa, l-Imġarr, il-Mosta, l-Imtarfa, il-Munxar, in-Nadur, in-Naxxar, Pembroke, il-Qala, il-Qawra, il-Qrendi, Ħal Safi, San Ġwann, Ta’ Sannat, Santa Luċija, is-Siġġiewi, is-Swieqi, Ħal Tarxien, il-Birgu, Ħaż-Żabbar, u ż-Żejtun. L-Aġenzija beħsiebha jkollha l-programm jopera f’kull lokalità (kunsill lokali) ta’ Malta u Għawdex biex hekk tkun tista’ tilħaq l-akbar firxa ta’ familji possibbli. Ma kienx possibbli li s-sessjonijiet jibdew f’kull lokalità mal-ewwel peress li jridu jiżdiedu u jitħarrġu l-animaturi, u f’xi lokalitajiet l-Aġenzija għadha ma sabitx post xieraq għall-istess sessjonijiet. Waqt il-pandemija u sal-lum, Ġunju 2022, is-sessjonijiet ta’ ‘Aqra Miegħi/Read with Me’ għadhom qed isiru wkoll online erba' darbiet kuljum, ħaġa li qabel il-pandemija ma kinitx issir.

Dipartiment tas-Saħħa – Uniformijiet tal-impjegati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il sett ta’ uniformi fis-sena huma intitolati l-infermiera, tobba, carers u allied health professionals?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull sena, l-infermiera huma intitolati għal 3 settijiet ta’ tunic u qliezet, cardigan u żarbun, 3 pari kalzetti u 3 pari support tights (għal infermiera nisa). It-tobba (Foundation doctors) huma intitolati għal 4 settijiet ta’ tunics u qliezet (jingħataw sett ieħor ta’ uniformi fit-tieni sena ta’ servizz). Il-carers jingħataw 3 settijiet ta’ tunics u qliezet, cardigan, żarbun u 3 pari kalzetti fis-sena filwaqt li l-allied health professionals huma intitolati għal 2 settijiet ta’ tunic u qliezet, u cardigan fis-sena.