Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent uża servizzi privati fl-2023 u fl-2024 permezz tal-kollaborazzjonijiet bejn il-Gvern u sptarijiet privati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-2023 saru 1,644 operazzjoni, filwaqt li fl-2024 saru 2,110 operazzjoni permezz tal-kollaborazzjonijiet bejn il-Gvern u l-isptarijiet privat.
B’din l-inizjattiva, aktar pazjenti qed jirċievu l-kura meħtieġa mingħajr ma jkomplu jistennew għal tul ta’ żmien, kif kien jiġri taħt gvern b’amministrazzjoni differenti ta’ qabel l-2013.
Sptarijiet Privati – Ftehim mal-Gvern – Operazzjonijiet u trattamenti
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema tipi ta’ operazzjonijiet jew trattamenti qed jiġu trasferiti mill-Isptar Mater Dei jew mis-servizzi pubbliċi lejn sptarijiet privati bħala parti mill-ftehimiet bejn il-Gvern u sptarijiet privati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 30416.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar kull ftehim ġdid li sar fl-aħħar sentejn bejn il-Gvern u sptarijiet privati biex jipprovdu servizzi mediċi lill-pazjenti tal-Gvern?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif jista’ japprezza, kull ftehim li sar bejn il-Gvern u sptarijiet privati biex jipprovdu servizzi mediċi lill-pazjenti, fih informazzjoni ta’ natura kummerċjali.
Infakkar lill-Onor. Interpellant, li fl-2024, il-Gvern ivvota €5 miljun għall-outsourcing. Din is-somma telgħet għall-€14-il miljun għall-istess skop. Għas-sena d-dieħla, l-Gvern qed jipproponi €15-il miljun għall-outsourcing.
Dawn il-fondi pubbliċi qed jintużaw sabiex il-pazjenti Maltin u Għawdxin ikunu jistgħu jieħdu servizz effiċjenti u l-kura meħtieġa mingħajr ma jkomplu jistennew għal tul ta’ żmien, kif kien jiġri taħt gvern b’amministrazzjoni differenti ta’ qabel l-2013.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu - Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32108, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk fil-fatt il-Ministeru kienx benefiċjarju tal-fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea li bbenefika l-Ministeru, d-dipartimenti u l-aġenziji relattivi matul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali - Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32107, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-fatt il-Ministeru kienx benefiċjarju tal-fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea li bbenefika l-Ministeru, d-dipartimenti u l-aġenziji relattivi matul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika - Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32106, tista’ l-Ministru tgħid jekk fil-fatt il-Ministeru kienx benefiċjarju tal-fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea li bbenefika l-Ministeru, d-dipartimenti u l-aġenziji relattivi matul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32105, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-fatt il-Ministeru kienx benefiċjarju tal-fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea li bbenefika l-Ministeru, d-dipartimenti u l-aġenziji relattivi matul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32104, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-fatt il-Ministeru kienx benefiċjarju tal-fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea li bbenefika l-Ministeru, d-dipartimenti u l-aġenziji relattivi matul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32103 u jinforma lill-Kamra dettaljatament liema rakkomandazzjonijiet kif kontenuti fil-paragrafu tmienja tal-Fact-Finding Report li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġew implimentati, u liema għadhom ma ġewx implimentati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tlett rakomandazzjonijiet imsemmija fir-rapport qed jiġu implimentati.
Skema tal-POYC - Mediċina Semaglutide - Kriterji għal intitolament
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kriterji kliniċi għandhom jintlaħqu sabiex pazjent ikun intitolat biex jirċievi l-mediċina Semaglutide taħt l-iskema POYC?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infuemat li sa issa, il- kriterji abbozzati sabiex wieħed ikun intitolat għal GLP-1 agonist huma: li persuna jkollha Diabetes type 2 (Non-Insulin Dependent Diabetes Mellitus – NIDDM) u BMI >40kg/m2 li għandhom bżonn jitilfu l-piż, jew biex inaqqsu kemm jiskbu piż, inkella jkollhom BMI>30kg/m2 u li ma rnexxilhomx jilħqu livell ta HbA1c <7% minkejja 3 xhur trattament b’ SGLT2 inhibitor.
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li l-mediċina Semaglutide (magħrufa bħala Ozempic) ser tidħol fil-formularju tal-POYC?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li sa issa kellna rakkomandazzjoni għall-inkluzjoni ta’ GLP-1 agonst għal każijiet ta’ Dijabete tat-tieni tip (Non-Insulin Dependent Diabetes Mellitus – NIDDM). Mhux neċessarjament tkun semaglutide u għad m’aħniex f’pożizzjoni biex nagħtu data speċifika ta’ meta din ser tkun fil-formularju.
POYC - Mediċini fl-aħħar stadji ta’ valutazzjoni biex jiddaħħlu fil-formularju
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-mediċini li bħalissa jinsabu fl-aħħar stadji ta’ valutazzjoni biex jiddaħħlu fil-formularju tal-POYC? Jista’ jindika wkoll l-istadju ta’ kull mediċina u d-data prevista għad-dħul tagħha?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta, li l-informazzjoni mitluba dwar mediiċini li bħalissa jinsabu fl-aħħar stadju biex jiddaħħlu fil-formularju tal-Poyc, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-mediċini kollha li ddaħħlu fil-formularju tal-POYC matul is-sena 2025, flimkien ma’ deskrizzjoni qasira tal-kundizzjonijiet mediċi li għalihom jintużaw?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 32325.
Tfal b’diżabilità li ma jistgħux jagħmlu eżamijiet - Adapted papers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tfal b’diżabilità li ma jistgħux jagħmlu eżamijiet bħal tfal oħra, humiex ser ikollhom adapted papers fl-aħħar tas-sena skolastika kif kien ikollhom fil-passat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-policies għall-adapted papers qatt ma tneħħew.
CCP - Studenti li jkollhom jibqhu d-dar fil-perjodu tal-eżamijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid l-istudenti tal-Core Curriculum Programme (CCP), humiex ser ikollhom jibqgħu d-dar waqt il-perjodu tal-eżamijiet, hekk kif ġara fis-snin l-imgħoddija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li bħalissa għaddejin id-diskussjonijiet neċessarji.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32202 u jgħid kif email mibgħuta mill-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana (MTCA) nhar it-12 ta’ Novembru wasslet biex tiġi żvelata lista li tinkludi aktar minn 7,600 kumpanija flimkien mal-indirizzi elettroniċi u n-numri tal-mowbajl tar-rappreżentanti tat-taxxa rispettivi tagħhom? Jista’ jgħid ukoll:
i. x’kienet il-kawża ta’ dan il-ksur ta’ data;
ii. x’azzjonijiet immedjati ħadet l-MTCA biex tillimita dan il-leak u tinforma lill-persuni affettwati;
iii. x’miżuri se jiġu implimentati biex jiġi żgurat li dan it-tip ta’ ksur ma jerġax iseħħ fil-futur;
iv. peress li kien hemm estensjoni uffiċjali għas-sottomissjoni elettronika tat-tax returns sat-28 ta’ Novembru, fuq liema bażi saret il-komunikazzjoni li dawn it-tax returns ma kinux ġew sottomessi; u
v. jekk il-Ministru hux se jniedi reviżjoni jew audit indipendenti tal-proċeduri u l-protokolli tal-MTCA relatati mal-immaniġġjar tad-data u l-komunikazzjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31866 u 32168 u jgħid meta se jitħallsu l-kuntratturi, impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ħadmu fuq il-proġett ta’ Ħal Farruġ?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31863 u 32143 u jagħti l-lista sħiħa ta’ kuntratturi, impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li sal-lum huma dovuti flus għax-xogħol li sar fuq il-proġett ta’ Ħal Farruġ, flimkien mal-bilanċ ta’ dak li hu dovut lilhom?