Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qrati — sentenzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm sentenzi tul is-sena li għaddiet 2021 fejn il-piena inflitta kienet ta’ Community Service Order, kemm ta’ ordni ta’ probation u kemm ta’ sentenza sospiża?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2021 kien hemm 10 Community Service Orders, 169 Probation orders u 192 sentenzi sospiżi. Fl-istess żmien f’Għawdex ingħataw 2 Community Service Orders, 13 Probation Orders u 2 sentenzi sospiżi.

Raħal Ġdid – Xogħol f’parti ta’ Triq iċ-Ċimiterju

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu previst li se jdum ix-xogħol f’parti ta’ Triq iċ-Ċimiterju, Raħal Ġdid billi ilha magħluqa u wieqfa? Jista’ jindika wkoll x’xogħlijiet huma previsti li jkunu esegwiti u kemm dawn se jiġu jiswew?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1395 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Raħal Ġdid – Xogħol f’parti ta’ Triq iċ-Ċimiterju

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu previst li se jdum ix-xogħol f’parti ta’ Triq iċ-Ċimiterju, Raħal Ġdid billi ilha magħluqa u wieqfa? Jista’ jindika wkoll x’xogħlijiet huma previsti li jkunu esegwiti u kemm dawn se jiġu jiswew?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li x-xogħol fi Triq iċ-Ċimiterju, f’Raħal Ġdid, mistenni jitlesta fi żmien ġimagħtejn. Waqt li kienu għaddejjin xogħlijiet infrastrutturali nstab li kien hemm sistemi ta’ servizzi tal-ilma u tad-drenaġġ antiki. Bil-għan li x-xogħlijiet ma jeħdux aktar fit-tul, Heritage Malta ħadet ħsieb li tikkordina dawn ix-xogħlijiet ukoll.

Żabbar/Fgura — Triq il-Kunsill tal-Ewropa – traffic lights

Question

B’referenza għad-domandi parlamentari preċedenti li saru fl-aħħar Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta ġew istallati t-traffic lights fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Żabbar/Fgura u kemm ġew jiswew?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta bdiet ix-xogħlijiet fuq dawn it-traffic lights fit-13 ta' Marzu 2022. Huma nxtegħlu fl-14 ta’ Marzu 2022. L-ispiża min-naħa tal-Awtorità tat-Transport kienet ta' €5,788.

Mini ta’ Santa Venera – proġett tat-tisqif

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 306, tista’ l-Ministru tagħti spjegazzjoni u break down tan-nefqa stmata bħala €35 miljun u jekk hemmx il-fondi diġà allokati għal dan il-proġett?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif semmejt fil-Mistoqsija Parlamentari 306, din hija stima tal-proġett. Stima aktar dettajlata tal-ispejjeż tkun iddeterminata ladarba jitwettqu aktar studji, ikun iffinalizzat disinn dettaljat u ladarba jitnieda l-proċess tal-procurement.

Santa Venera – upkeep u soft areas tar-roundabout

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min qed jieħu ħsieb l-upkeep u s-soft areas tar-roundabout f’Santa Venera li tagħti lejn Triq il-Kapillan Mifsud, lejn Triq il-Ferrovija, u/jew lejn Triq Reġjonali, u liema entità hi inkarigata tagħmel dan u sa meta hu l-kuntratt attwali? Meta jiskadi l-kuntratt preżentement fis-seħħ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li s-sit inkwistjoni jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Belt Valletta – proġetti kapitali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-proġetti kapitali flimkien mal-ispiża totali għal dawn l-aħħar ħames snin li saru fil-Belt Valletta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta twaqqfet fis-sajf tal-2018 sabiex twettaq il-pjan fit-tul tal-Gvern li pajjiżna jagħmel qabża kbira ’l quddiem fil-kwalità tal-infrastruttura ewlenija tal-pajjiż. Dan l-impenn ma jinkludix biss it-titjib tas-sistemi tat-toroq, iżda wkoll l-infrastruttura marittima fi xtutna hekk kif fil-bidu tal-2019 l-aġenzija ħadet ukoll f’idejha t-tmexxija tal-ħidma infrastrutturali li kienet twettaq Transport Malta fil-portijiet u x-xtut f’Malta u Għawdex. Minbarra proġetti kbar bħal Marsa Junction Project, il-Mini ta’ Santa Luċija, Central Link Project, il-bini mill-ġdid ta’ ħafna toroq arterjali u investiment ta’ miljuni kbar f’infrastruttura marittima, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid jew tejbet mijiet ta’ toroq residenzjali u rurali. Fil-Belt Valletta l-aġenzija għamlet xogħlijiet fi Triq l-Ifran, Triq il-Kavallier, Triq Żekka, Triq San Duminku, Triq San Pawl, Triq l-Arċisqof, Xatt ta’ Lascaris, Triq San Kristofru, Triq il-Merkanti, Triq it-Tramuntana, bniet il-Fast Ferry Terminal għas-servizz bil-baħar bejn Malta u Għawdex, għamlet l-ewwel fażi tal-proġett f’Marsamxett biex ittejjeb il-faċilitajiet għall-passiġġieri li jagħmlu użu mis-servizz tat-trasport bil-lanċa, irranġat l-iskall f’Xatt il-Barriera li jintuża mid-dilettanti tar-Regatta u rrestawrat il-breakwater tal-Port il-Kbir taħt Forti Sant’Iermu. L-investiment totali ta’ dawn ix-xogħlijiet ammonta għal €3,525,782. Fost proġetti oħrajn li għaddejjin bħalissa, Infrastructure Malta qed twettaq il-Grand Harbour Clean Air Project (GHCAP) li huwa investiment ambjentali ta’ €49.9 miljun li jinkludi l-iżvilupp tat-tagħmir meħtieġ biex il-vapuri tal-passiġġieri u dawk li jġorru l-merkanzija jkunu jistgħu jitfu l-magni tagħhom li jaħdmu bil-gasoil jew heavy fuel oil u minflok iqabbdu mas-sistema għall-provvista tal-elettriku li se jkun hemm fuq ix-xatt, sabiex iħaddmu l-makkinarju għas-servizzi kollha li jkun hemm bżonn jipprovdu waqt li jkunu weqfin fil-port. B’dan il-proġett se jonqos b’90% t-tniġġis tal-ajra kkawżat minn dawn il-vapuri u b’hekk Infrastructure Malta qed tagħti arja aktar nadifa lil 17,000 familja li jgħixu madwar il-Port il-Kbir.

Floriana — proġetti kapitali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-proġetti kapitali flimkien mal-ispiża totali għal dawn l-aħħar ħames snin li saru fil-Floriana?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Floriana l-Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet fi Triq il-Kurċifiss, Triq Emvin Cremona, Triq l-Indipendenza, fit-Telgħa ta’ Sa Maison, ħdejn il-Librerija Pubblika, Triq Vincenzo Dimech, Triq il-Kapuċċini, Triq San Franġisk, Triq San Tumas, Triq il-Miratur, Triq Pietro Floriani, Xatt it-Tiben, Triq San Publiju, Pjazza San Publiju, Triq Sarria, fuq il-moll ta’ Xatt l-Għassara tal-Għeneb kif ukoll fil-faċilitajiet tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Xatt it-Tiben. L-investiment totali ta’ dawn ix-xogħlijiet ammonta għal €5,290,335. Fil-Floriana, il Grand Harbour Regeration Corportion wettqet diversi proġetti fosthom fi Ġnien tal-Mall, fi Triq l-Assedju, Vjal Nelson, Vjal Re Dwardu, Pjazza Tritoni u Ġnien il-Biskuttin. L-investiment totali ta’ dawn ix-xogħlijiet ammonta għal €13,125,661.00 Fost proġetti oħrajn li għaddejjin bħalissa, Infrastructure Malta qed twettaq il-Grand Harbour Clean Air Project (GHCAP) li huwa investiment ambjentali ta’ €49.9 miljun li jinkludi l-iżvilupp tat-tagħmir meħtieġ biex il-vapuri tal-passiġġieri u dawk li jġorru l-merkanzija jkunu jistgħu jitfu l-magni tagħhom li jaħdmu bil-gasoil jew heavy fuel oil u minflok iqabbdu mas-sistema għall-provvista tal-elettriku li se jkun hemm fuq ix-xatt, sabiex iħaddmu l-makkinarju għas-servizzi kollha li jkun hemm bżonn jipprovdu waqt li jkunu weqfin fil-port. B’dan il-proġett se jonqos b’90% t-tniġġis tal-ajra kkawżat minn dawn il-vapuri u b’hekk Infrastructure Malta qed tagħti arja aktar nadifa lil 17,000 familja li jgħixu madwar il-Port il-Kbir.

Ħamrun — proġetti kapitali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-proġetti kapitali flimkien mal-ispiża totali għal dawn l-aħħar ħames snin li saru fil-Ħamrun?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ħamrun, Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet fi Triq Abela Scolaro, Triq Dun Nerik Cordina Perez, Triq Villambrosa, Marsa-Hamrun Bypass, Pont għall-mixi u r-roti fi Blata l-Bajda, Triq Karmenu Abela, Triq Ċensu Bugeja, Triq Atocia, Triq il-Vitorja, Triq Maitland, Triq il-Kbira San Ġużepp u Triq il-Kappillan Mifsud. L-investiment totali ta’ dawn ix-xogħlijiet ammonta għal €14,392,903.

Marsa — proġetti kapitali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-proġetti kapitali flimkien mal-ispiża totali għal dawn l-aħħar ħames snin li saru fil-Marsa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Marsa, Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet fi Triq il-Kungress Marjan, Triq Dom Mintoff, Triq Diċembru 13, Triq Aldo Moro, Triq il-Ħaddiema, triq li twassal għall-fabbriki fil-qasam industrijali, Triq il-Marsa, Triq Nicolo Isouard, Triq Moll il-Braken, Il-Moll tal-Pont, Il-Moll tal-Ħatab, Triq il-Ġerrejja, Triq is-Serkin, Belt il-Ħażna, Triq Ġuże Flores, Triq il-Pitkali, Triq il-Biċċerija, Xatt iċ-Ċangaturi u bniet pont pedonali fi Triq it-Tiġrija. L-investiment totali ta’ dawn ix-xogħlijiet ammonta għal €11,124,926. Fil-Marsa l-aġenzija wettqet ukoll l-akbar proġett infrastrutturali li qatt sar fit-toroq ta’ pajjiżna, ċjoè l-Marsa Junction Project b’investiment ta’ €70 miljun biex tnaqqas il-ħin fl-ivvjaġġar b’79% u sa 70% mit-tniġġis tal-ajra fl-iżjed żona li minnha jivvjaġġaw persuni, tul ir-rotta ewlenija lejn in-nofsinhar ta’ Malta. Fost proġetti oħrajn li għaddejjin bħalissa, Infrastructure Malta qed twettaq il-Grand Harbour Clean Air Project (GHCAP) li huwa investiment ambjentali ta’ €49.9 miljun li jinkludi l-iżvilupp tat-tagħmir meħtieġ biex il-vapuri tal-passiġġieri u dawk li jġorru l-merkanzija jkunu jistgħu jitfu l-magni tagħhom li jaħdmu bil-gasoil jew heavy fuel oil u minflok iqabbdu mas-sistema għall-provvista tal-elettriku li se jkun hemm fuq ix-xatt, sabiex iħaddmu l-makkinarju għas-servizzi kollha li jkun hemm bżonn jipprovdu waqt li jkunu weqfin fil-port. B’dan il-proġett se jonqos b’90% t-tniġġis tal-ajra kkawżat minn dawn il-vapuri u b’hekk Infrastructure Malta qed tagħti arja aktar nadifa lil 17,000 familja li jgħixu madwar il-Port il-Kbir.

Ħaddiema professjonisti maċ-Ċivil – pensjoni tal-irtirar

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1127, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk persuna li kienet taħdem maċ-Ċivil, kienet professjonista u taqa’ taħt il-Ftehim Kollettiv, tirtira bil-pensjoni wara snin ta’ servizz, il-pensjoni tagħha hijiex aġġustata skont il-Ftehim Kollettiv ġdid?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità tal-Artijiet – encroachment permits – ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas li l-Awtorità tal-Artijiet irċeviet għall-encroachment permits, kull sena mill-2013 sal-lum?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ ħlas li l-Awtorità tal-Artijiet irċeviet għall-encroachment permits, kull sena mill-2013 sal-lum.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – xogħol ta’ konsulenza minn ditta legali

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull kuntratt/skrittura li permezz tagħha/tiegħu d-ditta legali, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, intrabtet tagħti jew ingħatat xogħol ta’ konsulenza legali mill-Ministeru tiegħu, inkluż mill-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC), wara l-1 ta’ April 2013?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-ditta legali inkwistjoni kienet waħda fost tmienja li kienu wieġbu għal sejħa ta’ espressjoni ta’ interess ippubblikata mill-GHRC fl-2015 għall-għoti ta’ servizzi legali. Wara evalwazzjoni tal-offerti ntagħżlet l-orħos offerta, li kienet tad-ditta legali riferuta. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-kamra l-kuntratt iffirmat, li twaqqaf f’Jannar tal-2020.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — ħlasijiet lil ditta legali

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ħlasijiet kollha li saru mill-Ministeru tiegħu lil ditta legali, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, wara l-1 ta’ Mejju, 2013 u sal-lum, bid-data rispettiva?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-ditta legali, li qed issir referenza għaliha, kellha kuntratt bejn Mejju tal-2015 u Novembru tal-2019 biex toffri s-servizzi professjonali tagħha lil dan il-Ministeru u li għalih tħallset medja ta’ €1,971 kull xahar VAT eskluża.

Air Malta- Medjatur bejn il-Gvern u l-Union of Cabin Crew

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-medjatur bejn il-Gvern u l-Union of Cabin Crew tal-Air Malta fl-2017/2018 kien tħallas għall-medjazzjoni tiegħu u jistax jgħid jekk tali somma/ħlas kienx jeċċedi l-€100,000? Jista’ jagħti ċ-ċifra eżatta ta’ tali ħlas u d-data meta sar il-pagament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal min qed jirreferi bħala medjatur.

Sa Maison – Għoti ta’ proprjetà ta’ Transport Malta lill-individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’liema data u b’liema titolu ngħatat il-proprjetà parti mill-bini ta’ Transport Malta f’Sa Maison lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jistax iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/att/skrittura/deċiżjoni relattiv?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Local Governance Board – każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm tressqu każijiet quddiem il-Local Governance Board imwaqqaf mill-Avviż Legali nru 363.150, kemm ilu li ġie mwaqqaf u kemm hemm każijiet pendenti u kemm ġew deċiżi każijiet is-sena li għaddiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fir-rigward ta’ kemm kien hemm numru ta’ każijiet kemm ilu li ġie mwaqqaf il-Bord tal-Gvernanza Lokali, l-informazzjoni mitluba tinsab indikata fit-tabella t’hawn taht: Sena Numru ta' Każijiet 2011 1 2012 16 2013 2 2014 10 2015 14 2016 6 2017 6 2018 10 2019 8 2020 8 2021 4 2022 NIL Total 85 Inoltre ninsab infurmat li għas-sena li għaddiet kien hemm sitt (6) każijiet li huma deċiżi.

Il-Belt Valletta – Pjazza Tritoni – Tactile walkway

Question

Jista’ l-Ministru u s-Segretarju Parlamentari jaraw li t-tactile walkway fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, li hu maħsub biex jintuża minn persuni neqsin mid-dawl, jibqa’ dejjem mingħajr l-ebda tip ta’ ingombru waqt kull attività organizzata jew awtorizzata minnhom jew minn xi entità li taqa’ taħthom? Kemm-il rapport irċevew matul l-aħħar sena dwar ingombru fl-istess żona waqt xi attività organizzata jew awtorizzata minnhom jew minn xi entità li taqa’ taħthom?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Continuous Glucose Monitors – dijabete Type 1

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1086, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar jekk il-Gvern għandux pjan li l-Continuous Glucose Monitors u s-servizz relatat jingħata lill-persuni oħra barra lill-pazjenti bid-dijabete Tip 1 sal-età ta' 21 sena? Jekk iva, jista' jagħti dettalji dwar dan il-pjan?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pjan tal-Gvern hu li l-pazjenti kollha bit-Type 1 diabetes jingħataw is-servizz tal-continuous glucose monitors. Dan jiġi estiż billi jiżdiedu l-etajiet li bihom ikun hemm intitolament għal dan is-servizz b’mod gradwali.

Skemi ta’ għajnuna lill-għaqdiet volontarji

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema skemi maħruġa mill-Ministeru tagħha huma miftuħa sabiex jgħinu lill-għaqdiet volontarj? Meta nfetħu u meta jagħlqu? Tista’ tagħti tagħrif dwar xi skemi hemm il-ħsieb li jinħarġu mill-Ministeru matul is-sena li ġejja sabiex jgħinu lill-għaqdiet volontarji? Tista’ tagħti tagħrif dwar kif qegħdin jiġu infurmati l-għaqdiet volontarji dwar id-diversi skemi li jinħarġu mill-Ministeru?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskemi maħruġa huma dawn: Entità Isem tal-fond Data tal-ftuħ Data tal-għeluq Marketing Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur FREEDOM TO LIVE – COMMUNITY GRANTS SCHEME 2021 01/10/2021 01/11/2021 Il-fondi kollha huma aċċessibbli fuq il-Portal tal-Fondi tal-MCVS VO (www.vofunding.org.mt), notifikati permezz tal-app Mobile VO Funding Malta, posta tal-massa mxerrda fost is-settur u l-paġna tal-FB tal-MCVS. Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat Youth Volunteer Scheme 10/01/2022 30/12/2022 Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat NGO Co-Financing 11/01/2022 11/02/2022 Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat Training Initiative Scheme 14/02/2022 25/03/2022 Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur QUALITY OF LIFE – SMALL GRANTS SCHEME 2022 16/02/2022 07/03/2022 Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat Small Initiatives Support Scheme 27/05/2022 08/07/2022 Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Skema - Soċjetajiet Mużikali Aktar Inklussivi 14/06/2022 29/07/2022 Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat Civil Society Fund Jul-22 Sep-22 Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat Voluntary Organisation Project Scheme Oct-22 Nov-22