Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — CEOs
Question
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettivi tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’kienu r-raġunijiet għall-azzjonijiet industrijali? Kemm damu għaddejjin dawn l-azzjonijiet? Jista’ jgħid x’kien il-ftehim li ġab fi tmiemha l-azzjoni industrijali? Jista’ jpoġġi dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-azzjonijiet ġew sospiżi wara li ntlaħaq ftehim mal-MUMN. Mhix prassi illi ftehim settorali ikun ppublikat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-funzjoni tal-Food Safety Agency? Min huma l-impjegati li tħaddem magħha din l-aġenzija, f’liema belt jew raħal jgħixu, x’inhi r-responsabbiltà tagħhom u f’liema grad/skala jinsabu?
Response
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ sajjieda full-time f’Malta u f’Għawdex, separatament u minn liema belt jew raħal ġejjin fil-ġurnata ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru li tiegħu jien responsabbli ma jinżammux rekords ta’ sajjieda reġistrati, iżda jinżammu dawk ta’ bastimenti tas-sajd reġistrati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ sajjieda part-time f’Malta u f’Għawdex, separtament u minn liema belt jew raħal ġejjin fil-ġurnata ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Gwerra fl-Ukrajna – żieda fil-prezz tal-ġwież – għajnuna lir-raħħala
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser tingħata għajnuna lir-raħħala tagħna minħabba żieda fil-prezz tal-ġwież minħabba l-gwerra fl-Ukrajna? X’qed isir mill-Gvern biex ikun hawn ħażna suffiċjenti ta’ magħlef għall-bhejjem tar-raħħala tagħna?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern għadu kif nieda Skema ta’ Sussidju Temporanja għal Stabilizzazzjoni tal-Prezzijiet (Miżura ta’ Emerġenza) sabiex jiggarantixxi s-sigurtà tal-ikel lokali u jimmitiga ż-żieda fil-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel li laqtet is-swieq dinjija tal-materja prima. Din l-Iskema tapplika għal importazzjoni u ħażna ta’ ċereali, dqiq għall-konsum uman u għall-għalf għall-annimali ta’ produzzjoni intiżi għas-suq lokali. Għaldaqstant b’dan ser nassiguraw ħazna fit-tul u l-magħlef għar-raħħala jibqa’ bi prezz stabbli.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti t-titjib fir-riforma tal-Pitkalija maqsuma sena b’sena mill-2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari inkluż in-nefqiet relatati sena b’sena?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – direct orders
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm direct orders ingħataw matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 65.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response
Ninforma lill-Onor. interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 69. Ninformah li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Inġinerija – union rikonoxxuta
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema hija l-union li għandha rikonoxximent?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l- aħħar ftehim ġie ffirmat mal- GWU u l UHM.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati li daħlu mal-Gvern
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 45 u jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi daħlu jaħdmu 979 persuna mal-Gvern u l-entitajiet governattivi kollha. Infurmat ukoll li fl-istess perjodu kien hemm 790 persuna li spiċċaw mim mal-Gvern u l-entitajiet governattivi kollha.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — impjegati li daħlu mal-Gvern
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 46 u jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba tal-Ministeru għas-Saħħa u l-Entitajiet u Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Jannar sa April ta din s-sena.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — impjegati li daħlu mal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 49 u jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Gvern xtara l-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mingħand il-kumpanija Steward Health Care? Jista’ jgħid jekk ix-xiri tal-kumpanija kienx jinkludi l-apparat tas-Cyclotron li tipproduċi t-tracer li jintuża fid-dijanjożi u l-kura tal-Kanċer?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm kumpilazzjonijiet pendenti fil-Qrati ta’ pajjiżna sal-aħħar tas-sena 2021 u jistax jindika kemm ġew deċiżi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li sal-aħħar tal-2021 kien għad baqa’ pendenti 2454-il kumpilazzjoni filwaqt li ġew deċiżi 603-il kumpilazzjoni. Fl-istess żmien f’Għawdex sal-aħħar ta’ 2021 kien għad baqa’ pendenti 50 kumpilazzjoni, filwaqt li ġew deċiżi 57 kumpilazzjoni.