Jista’ l-Ministru jispjega kif barumbara skedata Grad 2 b’valur ta’ wirt storiku ġewwa Triq ix-Xerriek, Marsaxlokk, ingħata fuqha l-permess biex tiġi żviluppata f’binja privata li ser tkun qed tinqasam f’diversi units?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet permess numru PA 2545/17 fil-5 t’April 2018, biex il-barumbara u l-bini ta’ biswit jiġi restawrat u mibdul għall-użu ta’ residenza waħda, b’żieda ta’ xi kmamar kemm fis-sular terran kif ukoll fl-ewwel sular. Ta’ min isemmi illi huwa biss parti mill-bini li jinsab skedat fi Grad 2 ta’ protezzjoni li jkopri l-bini oriġinali tal-imsemmija barumbara.
Jista’ l-Ministru jispjega kif barumbara skedata Grad 2 b’valur ta’ wirt storiku ġewwa Triq ix-Xerriek, Marsaxlokk, ingħata fuqha l-permess biex tiġi żviluppata f’binja privata li ser tkun qed tinqasam f’diversi units?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Tista’ l-Ministru tispjega kif ħajt li possibbilment inbena b’mod illegali b’estensjoni ma’ barumbara skedata Grad 2 b’valur ta’ wirt storiku ġewwa Triq ix-Xerriek, Marsaxlokk, jibqa’ ma jitneħħiex u għaldaqstant ikompli jimblokka lir-residenti tal-madwar milli anke jagħmlu użu tal-garaxx tagħhom minħabba li allura m’għandhomx l-aċċess dovut, u għaldaqstant qed jinkisrilhom dritt fundamentali li jgawdu l-proprjetà tagħhom fil-paċi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jispjega kif ħajt li possibbilment inbena b’mod illegali b’estensjoni ma’ barumbara skedata Grad 2 b’valur ta’ wirt storiku ġewwa Triq ix-Xerriek, Marsaxlokk, jibqa’ ma jitneħħiex u għaldaqstant ikompli jimblokka lir-residenti tal-madwar milli anke jagħmlu użu tal-garaxx tagħhom minħabba li allura m’għandhomx l-aċċess dovut, u għaldaqstant qed jinkisrilhom dritt fundamentali li jgawdu l-proprjetà tagħhom fil-paċi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1588 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Persuni li jieħdu xi forma ta’ pensjoni taħt il-€500 fix-xahar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 692 u jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta' pensjoni taħt is-somma ta' €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2021? Jista' jindika dan kategorija b'kategorija, u wkoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Persuni li jieħdu xi forma ta’ pensjoni taħt is-€700 fix-xahar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 693 u jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta' pensjoni taħt is-somma ta' €700 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2021? Jista' jindika dan kategorija b'kategorija u wkoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Dipartiment tal-Artijiet — kumpens għall-esproprjazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jispjega kif kien jinħadem il-kumpens għall-esproprjazzjoni qabel l-2017 u kif qiegħed jinħadem issa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Il-kumpens illum jinħadem kif ġej, jekk diġa kien hemm gazzetta tal-Gvern tal-President jew Gvernatur Generali u qatt ma kien ħareg avviz ta‘ ftehim, allura l-valur tal-art jittieħed fid-data ta‘ meta ħarget il-Gazzetta originali u jiġi aġġustat bl-indiċi tal-inflazzjoni sallum
Jekk kien avviz ta‘ftehim u l-kumpens offrut f’tali avviz kien aċċettat mis-sid, allura l-kumpens dovut ikun dak l-ammont indikat fl-avviz ta‘ ftehim, aġġustat bl-indici tal-inflazzjoni sallum
Awtorità tal-Artijiet – permessi għal postijiet riservati biex jipparkjaw caravans
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn u jipprovdi pjanti u lista tal-areas f’Malta u Għawdex li l-Awtorità tal-Artijiet ħarġet permessi għall-postijiet riservati biex jipparkjaw caravans għal din is-sena, l-2022?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għas-sena 2022, ma ħarġu l-ebda konċessjonijiet (encroachments) għal ipparkjar ta’ caravans.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fi Triq Carlo Manchè, il-Gżira, li issa ilha iktar minn tliet xhur magħluqa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Fl-ewwel ħames xhur tal-2022, ir-raba’ sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 90 triq residenzjali li flimkien iġibu 19-il kilometru oħra ta’ toroq b’infrastruttura ta’ kwalità ogħla. Dan ifisser medja ta’ erba’ toroq fil-ġimgħa kif kienet fl-2021 li matulha l-aġenzija lestiet 220 triq residenzjali.
Infrastructure Malta tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li kompliet għaddejja bi proġetti kbar f’toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna, ukoll b’ħidma ta’ titjib tat-toroq rurali u programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Fil-Gżira l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib fi Triq Luqa Briffa, Triq Nazju Ellul, Triq San Ġorġ, Triq il-Gżira u Triq Sliema, waqt li bħalissa għaddejja b’xogħlijiet simili f’toroq oħrajn. Fost dawn hemm proġett li qed twettaq f’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fi Triq Manoel De Vilhena u Triq Carlo Manche li jinsabu fil-qalba tal-lokalità ħdejn il-Knisja Parrokkjali.
Infrastructure Malta qed tagħmel ix-xogħlijiet ta’ bdil ta’ diversi servizzi taħt l-art, issaħħaħ il-pedamenti tat-triq u tiksiha b’sodda tal-konkos biex imbagħad isir pavimentar mid-Dipartiment imsemmi. Ix-xogħlijiet min-naħa tal-aġenzija fi Triq Carlo Manchè huma lesti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irziezet waqfu jew għalqu milli jkomplu joperaw f'Malta mill-2016 sal-lum? Jista’ jagħti kemm għalqu sena b'sena, lokalità b’lokalità?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jagħmlu xogħol ta' Welfare Officers li huma jew mislufin minn dipartiment/dipartimenti oħra u/jew ma daħlux jaħdmu direttament bħala AW Officers?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li it-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Belt Valletta — Fortifications Interpretation Centre
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għalfejn il-Fortifications Interpretation Centre fil-Belt Valletta jinsab magħluq? Jista' wkoll jinformana meta hu ppjanat li jerġa' jinfetaħ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa l-Fortification Interpretation Centre jinsab magħluq għaliex qed isiru xogħlijiet ta’ konsolidazzjoni u disinji kunċettwali u infrastrutturali sabiex jitfassal proġett ġdid minn Heritage Malta.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma sar l-ebda ħlas jew pagament mill-2017 sal-lum lil One TV jew One Productions biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 95 u jgħid fl-aħħar żewġ leġiżlaturi (2013–2022) kemm saru toroq jew partijiet minn toroq f’Għawdex li ngħataw il-base course biss u sal-lum għadhom ma ngħatawx il-wiċċ finali? Jista’ jagħti l-ismijiet ta’ dawn it-toroq u kemm hi l-area f’metri kwadri li għadha bil-base course?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li ngħataw base course biss huma Triq tal-Ħanaq, Triq Franġisk Portelli, parti minn Triq ta’ Sdieri, Triq l-Imgħallem, Triq Daħlet Qorrot u Triq l-Imġarr. Ix-xogħol fuq il-maġġor parti tagħhom għadu għaddej u se jingħataw il-wearing course daqt.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1464, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid għaliex każijiet quddiem it-Tribunal Industrijali li jitressqu minn persuni li jirrisjedu f'Għawdex kontra persuni jew kumpaniji li joperaw f'Għawdex, iridu bilfors jinstemgħu f'Malta? Jista' jieħu l-passi neċessarji biex dawn jibdew jinstemgħu f'Għawdex stess?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-artikolu 73(9) tal-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap. 452) jistipula li r-reġistru tat-Tribunal Industrijali huwa r-reġistru tal-Qrati Superjuri. Mill-informazzjoni li ġbart, ninsab infurmat li biex każijiet quddiem it-Tribunal Industrijali li jitressqu minn persuni li jirrisjedu f'Għawdex kontra persuni jew kumpaniji li joperaw f'Għawdex, jinstemgħu f’Għawdex, irid ikun hemm tisħiħ amministrattiv. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern huwa kommess li jkompli jsaħħaħ f'dan ir-rigward.