Santa Venera — Triq il-Kanun – Fire Engine Station
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tal-kostruzzjoni tal-Fire Engine Station fi Triq il-Kanun, Santa Venera? Jista’ jgħid kemm-il metru kwadru ta’ art se tieħu u meta se tkun lesta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li x-xogħol fuq l-istazzjon tat-tifi tan-nar ġewwa Santa Venera nbeda wara li kien intgħażel il-kuntrattur permezz ta’ sejħa pubblika għat-tħaffir. Il-kuntrattur waqaf jaħdem wara ftit ġimgħat, bil-konsegwenza li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellu jittermina l-kuntratt. Dan ġie kkontestat mill-kuntrattur u l-proġett huwa wieqaf sakemm il-kwestjoni tkun riżolta. Sadanittant id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kompla jaħdem biex jitkabbar il-proġett li ser jieħu 4,500 metru kwadru, biex l-istazzjon tat-tifi tan-nar ta Santa Venera jkun ikbar u jservi wkoll ta’ Kwartieri Ġenerali kif ukoll ta’ kamra tal-kontroll tal-Protezzjoni Ċivili.
Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni – talbiet għall-proċeduri ta’ IVF
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm talbiet pendenti quddiem l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni, kemm għall-proċeduri ta’ IVF li jsiru fil-privat u anke dawk provduti mis-settur pubbliku?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sat--Tnejn 20 ta’ Ġunju, l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun kellha biss żewg (2) talbiet pendenti għal IVFs/ICSi li ser isiru fis-settur Pubbliku. Ma kien hemm l-ebda talba pendenti għas-Settur privat.
Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni – laqgħat u każijiet evalwati
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il każ ġie evalwat u kkonsidrat f’kull laqgħa li saret quddiem l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni għal din l-aħħar sena, billi jipprovdi d-dati tal-laqgħat u t-total ta’ każijiet evalwati f’kull laqgħa rispettivament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2022 sa l-10 ta Ġunju saru 8 sessjonijiet ta' evalwazzjoni u approvazzjonijiet ta' proċeduri tal-IVF/ICSI ġodda li fihom ġew approvati 141 proċedura ta IVF kif deskritt fit-tabella hawn mehmuża:
Date of EPA board meeting
Procedure
MDH
Private Clinics
02/02/2022
ICSI/IVF
28
NIL
25/02/2022
ICSI/IVF
19
NIL
21/03/2022
ICSI/IVF
30
NIL
29/04/2022
ICSI/IVF
26
6
06/05/2022
ICSI/IVF
2
3
ONLINE
13/05/2022
ICSI/IVF
3
2
ONLINE
27/05/2022
ICSI/IVF
8
6
03/06/2022
ICSI/IVF
3
5
ONLINE
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 290 u 961 u jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-14 ta’ Mejju, dan il-Ministeru ħtieġlu jqabbad konsulenzi kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sa Maison – Għoti ta’ proprjetà pubblika lill-Individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid f’liema data u b’liema titolu ngħatat il-proprjetà pubblika f’Sa Maison lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jista’ iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/att/skrittura/deċiżjoni relattiv?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Kuntratt li bih indivdwu qiegħed juza juża uffiċċju f’Sa Maison
Question
Jista' l-Ministru jippreżenta l-kuntratt li bih l-individwu. li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, qiegħed juża uffiċċju f’Sa Maison? Jekk ma hemmx kuntratt, jista’ jagħti l-kundizzjonijiet taħt liema tali użu qiegħed isir, inkluż meta beda tali użu, it-titolu, l-ħlasijiet li qegħdin isiru, u t-terminu tal-użu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mifdija proprjetajiet li kienu f’idejn il-Gvern taħt it-titolu ta’ ‘Possession and Use’ tul dawn l-aħħar ħames snin, possibbilment sena b’sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn l-aħħar ħames snin, tlett każijiet ġew mifdija
Il-Fgura, Ħal Tarxien u Raħal Ġdid — Proprjetajiet ‘Possession and Use’
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm proprjetajiet f’idejn il-Gvern taħt it-titolu ta’ ‘Possession and Use’ fil-Fgura, Ħal Tarxien, u Raħal Ġdid sal-aħħar tas-sena 2021, u possibbilment jindikahom lokalità b'lokalità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li għandha l-Awtorità hija mill-2017 lil hawn. Mill 2017 fil-Fgura ma’ sar l-ebda esproprju ta‘ pussess u użu, Ħal-Tarxien sar wieħed u Raħal Ġdid saru erbgħa.
Iż-Żejtun u Ħal Għaxaq — Proprjetajiet ‘Possession and Use’
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm proprjetajiet sal-aħħar tas-sena 2021 li huma f’idejn il-Gvern taħt it-titolu ta’ ‘Possession and Use’ li jinsabu fiż-Żejtun u Ħal Ghaxaq u possibbilment jindikahom lokalità b'lokalità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-records Ii għandha l-Awtorità huma mill-2017. Mill-2017 lil hawn ma kien hemm l-ebda esproprju b’pussess u użu fiż-Żejtun u Ħal-Għaxaq.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatax widen għat-talbiet tar-residenti ta’ Triq San Leonardu, Ħaż-Żabbar, wara li saret it-triq u b’inkonvenjent għalihom tneħħa l-parkeġġ li kien hemm?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministeru kkonċernat.
Intant, rigward it-talbiet mir-residenti, ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali wassal il-messaġġ tagħhom lill-entitajiet konċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatax widen għat-talbiet tar-residenti ta’ Triq San Leonardu, Ħaż-Żabbar, wara li saret it-triq u b’inkonvenjent għalihom tneħħa l-parkeġġ li kien hemm?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tenders maħruġa matul l-aħħar sitt snin minn Transport Malta li jikkonċernaw xogħol infrastrutturali marittimu, li ġew meħtieġa varjazzjonijiet finanzjarji mit-tender minn dak ippubblikat oriġinarjament? Jista’ jagħti r-raġunijiet li wasslu għal tali varjazzjonijiet? Jista’ jgħid x'passi ttieħdu fil-konfront ta’ min fassal il-BoQ, il-pjanti u l-ispeċifikazzjonijiet li abbażi tiegħu ħareġ it-tender?
Response (FARRUGIA, AARON)
Kien hemm dawn il-varjazzjonijiet minħabba li s-sitwazzjoni Infrastrutturali Marittima tvarja kontinwament minħabba effetti ambjentali bħal erożjoni mill-baħar u għaldaqstant f’ċertu ċirkostanzi jkun hemm il-ħtieġa li tingħata varjazzjoni għaliex minn meta jkun sar l-istudju sabiex joħroġ it-tender sakemm ikun qed isir ix-xogħol tkun laħqet saret bidla fl-istruttura minn dawn l-effetti ambjentali.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1157, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti kollha li ġew ippreżentati mill-Bord Editorjali lill-Bord tad-Diretturi mill-2016 sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija numru 1157 m’għandi xejn aktar xi nżid.
B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 1016, jista’ l-Ministru jgħid meta se jinħatar il-Bord Editorjali tal-PBS, għal liema terminu se jinħatar, u x'se tkun ir-remunerazzjoni tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari numru 1016.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati mal-PBS fuq bażi full-time u part-time u kemm hemm persuni li jipprovdu servizzi lill-PBS fuq bażi ta’ kuntratt?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
Impjegati Full time104
Impjegati Part time1
Impjegati bil-Kuntratt18
Peress li bħalissa jidher li hemm madwar 200 qattus għand il-“foster care” tal-Animal Welfare, jista’ l-Ministru jgħid, fuq tul ta' żmien, x'jiġri minn dawn il-qtates li ma jiġux addottati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern investa f’cattery ta’ 900 metru kwadru biex ikun jista’ jieħu aktar qtates stray. Dawk il-qtates li ma jiġux adottati permezz ta' fosterers se jittieħdu lura. Id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali qed jaħdem biex jiżdied in-numru ta' adozzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba matul dawn l-aħħar sitt xhur intalab is-servizz tal-ambulanza tal-Animal Welfare? L-ambulanza dejjem ikollha fiha persuni kompetenti li jagħtu s-servizz immedjat mediku tagħhom fuq il-post, f'każ ta' bżonn?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul dawn l-aħħar sitt xhur saru 2,285-il talba għas-servizz tal-ambulanza tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali. Fl-ambulanza dejjem ikun hemm Animal Welfare Officer ta’ esperjenza.
Jista’ l-Ministru jispjega kif barumbara skedata Grad 2 b’valur ta’ wirt storiku ġewwa Triq ix-Xerriek, Marsaxlokk, ingħata fuqha l-permess biex tiġi żviluppata f’binja privata li ser tkun qed tinqasam f’diversi units?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1583 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jispjega kif barumbara skedata Grad 2 b’valur ta’ wirt storiku ġewwa Triq ix-Xerriek, Marsaxlokk, ingħata fuqha l-permess biex tiġi żviluppata f’binja privata li ser tkun qed tinqasam f’diversi units?
Response (BONNICI, OWEN)
Waqt li nfakkar lill-Onor. Interpellanta li s-Sovrintendenza fil-proċess tal-ippjanar għandha biss funzjoni ta’ konsulent, u għalhekk m’għandhiex is-setgħa li toħroġ permessi għall-iżvilupp, nirreferiha għar-risposta mogħtija għad-domanda parlamentari 1585.