Jista’ l-Ministru jispjega kif ħajt li possibbilment inbena b’mod illegali b’estensjoni ma’ barumbara skedata Grad 2 b’valur ta’ wirt storiku ġewwa Triq ix-Xerriek, Marsaxlokk, jibqa’ ma jitneħħiex u għaldaqstant ikompli jimblokka lir-residenti tal-madwar milli anke jagħmlu użu tal-garaxx tagħhom minħabba li allura m’għandhomx l-aċċess dovut, u għaldaqstant qed jinkisrilhom dritt fundamentali li jgawdu l-proprjetà tagħhom fil-paċi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jgħaddi żmien minn meta jiddaħħal rapport fuq suspettat abbuż jew negliġenza fuq l-annimali minn xi membru tal-pubbliku, sakemm issir spezzjoni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali jikklassifika r-rapporti skont l-urġenza li joħroġ mir-rapport, u spezzjonijiet jiġu ppjanati skont dik l-urġenza.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2017 sal-lum ma sar l-ebda ħlas mill-Ministeru lill-programm Espresso.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Floriana — King George V Recreational Grounds - tindif
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk huwiex isir tindif regolari tal-ġnien magħruf bħala King George V Recreational Grounds fil-Floriana u jekk le, jista’ jara li jingħataw id-direzzjonijiet neċessarji sabiex isir? Jista’ jara wkoll li jittieħdu l-passi sabiex il-public convenience tiġi miżmuma aħjar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Floriana għandu ftehim ma’ kuntrattur li jieħu ħsieb it-tindif fuq bażi regolari tal-ġnien imsemmi mill-Onor. Interpellant.
Infurmat wkoll illi l-Kunsill qiegħed f’kuntatt mal-istess kuntrattur biex tali tindif isir aktar regolari. Dan japplika bl-istess mod għaż-żamma tal-public convenience.
Floriana — King George V Recreational Grounds - tindif
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk huwiex isir tindif regolari tal-Ġnien magħruf bħala King George V Recreational Grounds fil-Floriana u jekk le jista’ jara li jingħataw id-direzzjonijiet neċessarji sabiex isir?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Raħal Ġdid — Pjazza Antoine de Paule – rapport tekniku dwar ħsarat u xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1390, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tekniku dwar il-ħsarat u x-xogħlijiet li għandhom isiru fi Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.
Furjana — King George V Recreational Grounds – sezzjoni dedikata għall-qtates
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk huwiex possibbli li s-sezzjoni dedikata għall-qtates fil-ġnien magħruf bħala King George V Recreational Grounds fil-Furjana, tiġi mġedda u miżmuma aħjar?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra meta ser tiġi riabilitata l-parti fl-aħħar ta’ Triq San Ġwann t’Għuxa, Bormla, billi jidher li f’dawn l-aħħar xhur marret lura u teħtieġ kura u tindifa sew?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa qiegħed isir xogħol minn Infrastructure Malta fuq Triq Daħlet it-Tlett Ibliet li taħbat kantuniera ma' Triq San Ġwann t’Għuxa. Fix-xogħlijiet ser tkun qiegħda tiġi affettwata t-triq imsemmija u għaldaqstant ser ikun qiegħed isir xi titjib.
Fir-rigward tal-kappella li hemm fl-istess triq, ninsab infurmat li hemm ippjanat li din il-kappella tingħata l-ħajja mill-ġdid permezz ta’ restawr fix-xhur li ġejjin.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — CEOs
Question
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettivi tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni tas-salarji mitluba.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — CEOs
Question
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettivi tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija skont is-segwenti tabella:
ENTITÀ
SALARJU
BENEFIĊĊJI
PERFORMANCE BONUS
HA
€55,091
€6,000 (Expense Allowance) + €4,658 (Car Allowance) + €2,300 (Communication Allowance) + Disturbance Allowance equivalent to 10% of Salary
Max of 15% of Salary
SPML
€55,182
€4,659 (Car Allowance) + €2,000 (Communication Allowance)
Max of 15% of Salary
HME
€55,000
€5325 (Car Allowance + Mobile Expenses)
€8,250
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — CEOs
Question
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettivi tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ CEOs li huma impjegati mill-Gvern, is-salarju u benefiċċji allokati għal kull CEO rispettiv.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — CEOs
Question
Tista' l-Ministru tagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettivi tal-Ministeru tagħha u fejn huma impjegati? Tista' tagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Qed tiġi preżentata lista ta’ CEOs taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Inkluzjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur.
Entità
Salarju
Benefiċċji
Performance Bonus
Malta Council for the Voluntary Sector
Imqabbla ma’ Skala 3 tal-pagi tas-Servizz Pubbliku
Expense allowance: €2,096 p.a.
Car allowance: €4,658 p.a.
Communication allowance: €1,600 p.a.
Sa 15% tal-basic salary kull sena
Aġenzija Sapport
Imqabbla ma’ Skala 2 tal-pagi tas-Servizz Pubbliku
Expense allowance: €6,000 p.a.
Car allowance: €4,658 p.a.
Communication allowance: €1,600 p.a.
Disturbance allowance: Sa 5% tal-basic salary p.a.
Management corrector: €8,000 p.a.
Cash allowance: €271 p.a.
Health Insurance sa massimu ta’ €466 p.a.
Sa 15% tal-basic salary kull sena
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — CEOs
Question
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettivi tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettivi tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 401 Ministeru għal Għawdex - CEOs.pdf