Kunsilli Lokali u Reġjuni – nuqqas ta’ Segretarju Eżekuttiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Kunsilli Lokali u/jew Reġjuni li m’għandhomx Segretarju Eżekuttiv fid-data li titwieġeb din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm ilu kull wieħed minn dawn il-Kunsilli u jew Reġjuni mingħajr Segretarju Eżekuttiv? F'kull każ, x'inhi r-raġuni tad-dewmien u x'inhu l-istatus? X'inhi l-proċedura li qed tiġi applikata f'kull każ biex jiġi jew tiġi ingaġġat/a Segretarju Eżekuttiv u x'azzjoni qed tittieħed sadanittant biex il-Kunsilli u/jew Reġjuni jibqgħu joperaw b'mod normali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li preżentement hemm Kunsill Reġjonali wieħed (dak tal-Port) li qed jopera permezz ta’ Aġent Deputar Segretarju Eżekuttiv. Li ġej hija Lista ta’ Kunsilli Lokali fejn hemm vakanzi ta’ Segretarji Eżekutiv bid-data ta’ meta nħolqot tali vakanza.
Kunsill Reġjonali/
Lokali bla S.E
Data meta nħolqot il-vakanza (dd.mm.yyyy)
Reġjun tal-Port
25/10/2021
Birkirkara
25/11/2021
Il-Fgura
16/02/2022
Il-Fontana
04/09/2021
Ħal Luqa
10/05/2021
Marsaxlokk
14/12/2019
Il-Qrendi
01/07/2021
San Ġiljan
24/01/2022
San Pawl il-Baħar
19/11/2021
Santa Venera
02/07/2018
Fil-każ li fejn il-proċess tal-għażla inbeda qabel l-iffirmar tal-Ftehim Kollettiv għas-Segretarji Eżekuttivi, tali dewmien huwa dovut għal dewmien sabiex jiġu sottomessi d-dokumenti kollh
a mill-Kunsilli Lokali rispettivi.
Fil-Każ li il-vakanza nħolqot wara l-Iffirmar tal-Ftehim Kollettiv, id-dewmien hu peress li għad hemm għaddejja diskussjonijiet mal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku dwar il-proċess tal-għażla, u dan peress illi tali pro
ċess irid ikun konformi mal-Art. 110 tal-Kosituzzjoni ta’ Malta.
Background Information
Lista ta’ Kunsilli Lokali fejn il-proċess għall-għażla ta’ Seg. Eżekuttiv ġdid inbeda qabel l-iffirmar tal-Ftehim Kollettiv tas-Segretarji Eżekuttivi.
Kunsill Reġjonali/
Lokali mingħajr Segretarju Eżekuttiv
Data meta nħolqot il-vakanza (dd.mm.yyyy)
Reġjun tal-Port
25/10/2021
Birkirkara
25/11/2021
Il-Fgura
16/02/2022
Il-Fontana
04/09/2021
Ħal Luqa
10/05/2021
Marsaxlokk
14/12/2019
Il-Qrendi
01/07/2021
San Ġiljan
24/01/2022
Santa Venera
02/07/2018
Lista ta’ Kunsill Lokali fejn il-proċess għall-għażla ta’ Seg. Eżekuttiv ġdid inbeda wara l-iffirmar tal-Ftehim Kollettiv tas-Segretarji Eżekuttivi
Kunsill Reġjonali/
Lokali bla S.EData meta nħolqot il-vakanza (dd.mm.yyyy)
San Pawl il-Baħar19/11/2021
F’kull każ fejn il-kunsill lokali m’għandux Segretarju Eżekuttiv, meta l-kunsill lokali rispettiv irrakkomanda li jiġi maħtur Deputat Segretarju Eżekuttiv (skont il-kriterji statutorji) ġie maħtur Deputat Segretarju Eżekuttiv. Fil-każ fejn il-kunsill ma sabx jew ma rrakkomandax li jinħatar Deputat Segretarju Eżekuttiv ġie maħtur Aġent Segretarju Eżekuttiv.
Port Ħieles – proġett tax-shore to ship – finanzjament
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-istima għall-proġett tax-shore-to-ship fil-Port Ħieles, liema proġett ser jiġi ffinanzjat mis-Sinking Fund li għandha l-Korporazzjoni tal-Port Ħieles u Fondi Ewropej taħt l-iskema Just Transition Fund?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istima għall-proġett tal-Onshore Power Supply hi stmata għal madwar Eur14m.
Jista' Ministru jgħid kemm-il telefonata l-Building and Construction Authority irċeviet fuq kull wieħed minn dawn in-numri 80049000 (Freephone), 99637508 (Malta-wara l-ħin tal-uffiċċju) u 99098855 (Għawdex-wara l-ħin tal-uffiċċju), u numri u mezzi oħra jekk applikabbli mill-1 ta' Jannar, 2022 sal-31 ta' Mejju, 2022 li kienu jirrikjedu spezzjoni immedjata? Kemm minn dawn ir-rapporti kien hemm każijiet, fuq kull numru, fejn ma setgħetx issir spezzjoni u x'kienet ir-raġuni f'kull każ?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ħa tingħata f’seduta oħra.
Environmental and Resources Authority — telefonati
Question
Jista' Ministru jgħid kemm-il telefonata l-Environment and Resources Authority irċeviet fuq kull wieħed minn dawn in-numri 22923500, 99637508 (Malta-wara l-ħin tal-uffiċċju) u numri oħra, ERIS u mezzi oħra mill-1 ta' Jannar, 2022 sal-31 ta' Mejju, 2022 li kienu jirrikjedu spezzjoni immedjata? Kemm minn dawn ir-rapporti, kien hemm każijiet, fuq kull numru, fejn ma setgħetx issir spezzjoni u x'kienet ir-raġuni f'kull każ?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jibda r-restawr fuq barra tal-Kappella tas-Sagra Familja, Birżebbuġa, li għandu jinkludi l-bini taż-żewġ kampnari u l-portiku?
Response (BONNICI, OWEN)
Jekk titressaq it-talba għar-restawr taħt l-Iskema tal-Kunsilli Lokali li l-Ministeru jippubblika darba fis-sena, u jekk it-talba tkun konformi mal-kriterji tal-istess Skema, din tiġi ikkunsidrata fil-merti tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati, sena b’sena u sakemm titwieġeb din il-mistoqsija, Energy Performance Certificates (EPCs) għall-ewwel darba, maqsuma bejn bini jew installazzjonijiet privati, pubbliċi u kummerċjali, kemm minn dawn skadew, kemm minn dawk li skadew reġgħu ġew imġedda u kemm minn dawk li skadew għadhom skaduti? Kemm mir-rakkomandazzjonijiet li saru fiċ-ċertifikati li saru fl-ewwel ċertifikat ġew implimentati sakemm saret iċ-ċertifikazzjoni sussegwenti?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ħa tingħata f’seduta oħra.
Ċentri tas-Saħħa – lista ta’ stennija għal appuntamenti ma’ fiżjoterapista u podjatra
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta' żmien ta' stennija għall-appuntamenti ma’ fiżjoterapista u podjatra f'kull berġa u ċentru tas-saħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żmien ta’ stennija għas-servizzi tal-Podjatrija u l-Fiżjoterapija fiċ-Ċentri tas-Saħħa u l-Kliniki tal-Komunità jvarjaw minn 3 ġimgħat għall-fiżjoterapija għal madwar 4 xhur għas-servizzi tal-podjatrija.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — CEOs
Question
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettivi tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Membru tinsab fit-tabella hawn taħt:
ENTITÀ
CEO
SALARJU
BENEFIĊĊJI
Performance Bonus
Agency for the Welfare of Asylum Seekers,
CEO
€40,967.00
Transport allowance of €4,658.75 p.a + communication allowance of €1,800 + expense allowance of €2,500 + 20% of basic salary responsibility allowances
Up to 15%
International Protection Agency
CEO
€52,000
Transport allowance €4,600 p.a + disturbance allowance of €5,000+ communication allowance of €1,600 + risk allowance €1,397
Up to 15%
Correctional Service Agency
CEO
€44,354
Car allowance of €4,658 p.a or fully expensed car + communication allowance €1,800 + expense allowance of €6,000 p.a + responsibility allowance of 25% p.a.
Up to 15% Performance Bonus & up to 15% project-based allowance p.a
Victim Support Agency
CEO
€42,344
Car allowance of €4,658.75 p.a or fully expensed car + all inclusive communication allowance of €1,800p.a + expense allowance of €6,000 + 15% responsibility allowances p.a.
Up to 15%
Community Malta Agency
CEO
€90,000
Responsibility,telecommunications, internet & mobile allowance of €5,000. Fully expensed leased car or yearly allowance of €4,858.75. Employee shall be insured by the Agency for any accident that may arise
Up to 15%
Indentity Malta Agency
CEO
Salary €80,000 and annual increase of €2,500 p.a. from 2023.
Mobile phone expenses shall be paid by the Agency and one broadband internet connection at the residence of the CEO. CEO shall be insured by the Agency for any accident that may arise. Transport allowance of €4,659 p.a. or a fully expensed car up to the level of a Permanent Secretary
Up to 15%
Residency Malta Agency
CEO
€85,000 and annual increase of €2,500 p.a. with effect from 2022.
Mobile phone expenses to be paid by the Agency. Transport allowance of €4,659 p.a. CEO shall be insured by the agency under a policy for any accident that may arise.Health insurance Scheme for the CEO and his immediate dependents.
Up to 15%
Law Enforcement System Agency
CEO
€53,000.00
Vehicle and fuel allowance of €4,659 p.a. Communication allowance of €1,600 p.a. Expenses allowance €2,000.
Up to 15%
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettivi tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — CEOs
Question
Tista' l-Ministru tagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettivi tal-Ministeru tagħha u fejn huma impjegati? Tista' tagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettivi tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — CEOs
Question
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettivi tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa skont it-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — CEOs
Question
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettivi tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ħa tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jireferri għall-mistoqsija parlamentari numru 82.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur – direct orders
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm direct orders ingħataw u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Pjan Strateġiku għall-PAK għal Malta
Question
Fid-dawl tad-dokument “Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Pjan Strateġiku għall-PAK għal Malta” (SWD(2020) 387 final), liema dokument ipoġġi rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri fir-rigward tal-pjan strateġiku tagħhom għall-Politika Agrikola Komuni u partikolarment għall-Artikolu 1.5 - Rakkomandazzjonijiet, jista' l-Ministru jelenka kif il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu qed jindirizzaw din ir-rakkomandazzjoni (inkluż dati ta’ meta bdew jiġu implimentati) fir-rigward ta’ taħriġ tal-bdiewa dwar kif għandhom jaċċessaw u jużaw teknoloġiji diġitali intelliġenti u kapaċitajiet ta’ innovazzjoni, filwaqt li tiġi appoġġata d-dispożizzjoni ta’ data rilevanti biex tiżdied l-effettività tat-teknoloġiji diġitali u l-produttività u s-sostenibbiltà?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rakkomandazzjonijiet imsemmija ġew indirizzati fl-abbozz tal-Pjan Strateġiku għall-PAK għal Malta li ġie ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea f’Diċembru 2021. L-għan li jsir taħriġ tal-bdiewa dwar kif għandhom jaċċessaw u jużaw teknoloġiji diġitali intelliġenti u kapaċitajiet ta’ innovazzjoni u żieda fl-effettività tat-teknoloġiji diġitali u l-produttività u s-sostenibbiltà hu maħsub specifikament taħt:
§ Objettiv Speċifiku 2 “
Enhance market orientation and increase farm competitiveness both in the short and long term, including greater focus on research, technology and digitalisation
”;
§ Objettiv Speċifiku 6 “
Contribute to the protection of biodiversity, enhance ecosystem services and preserve habitats and landscapes
”.