Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mellieħa – Bini ta’ appartamenti ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jindika f’liema żona fil-Mellieħa ser ikunu qed jinbnew appartamenti ġodda? Kemm hu n-numru ta’ dawn l-appartamenti u meta mistennija li dawn ikunu lesti biex familji/individwi jabitaw fihom?

Response (GALDES, RODERICK)

It-tagħrif mitlub se jingħata f'xi seduta oħra.

Kemmuna – Carrying Capacity

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarx l-istudju dwar il-carrying capacity ta’ Kemmuna taħt il-Comino Management Plans u f’każ li sar, tistax tippreżenta kopja ta’ dan l-istudju lill-Parlament?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 1827.

Avviżi Legali 161 u 163 tal-2022 — konsultazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jindika min ġie kkonsultat qabel il-ħruġ tal-Avviżi Legali 161 u 163 tal-2022 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Ħinijiet tal-Ftuħ tan-Negozji?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Fl-aħħar snin il-Gvern imbarka fuq numru kbir ta’ proġetti li taw ħajja ġdida lill-Belt Valletta. Proġetti li ngħataw relevanza ikbar bl-investiment li sar ukoll mis-settur privat. Grazzi għall-inizjattivi li ttieħdu, il-Belt esperjenzat żvilupp sostenibbli, it-tisbiħ u rinovar taż-żoni residenzjali u bini dilapitat kien irrestawrat u beda jintuża għal raġunijiet diversi. Bħala parti minn dan il-proċessi l-Gvern kontiwament jirċievi ideat, suġġerimenti u lmenti. Li hu żgur li, kontra l-impressjoni li kien hemm min ipprova jagħti, il-Gvern m’għandu ebda ħsieb li l-Belt tinbidel f’Paceville ieħor. Minflok, l-Avviż Legali jirrifletti r-realtajiet tal-kapitali u għalhekk jgħid li għandha tindaqq mużika moderata f’numru ta’ toroq biss. Hu proprju għalhekk ukoll li l-avviż legali jitkellem fuq mużika moderata biss fil-ħin tal-estensjoni.

Mellieħa — Ċimiterji – tindif u manutenzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hu responsabbli għat-tindif u manutenzjoni taż-żewġ Ċimiterji tal-Mellieħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-uffiċċju Regolatorju għad-Dfin fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fil-Ministeru għas-Saħħa hu responsabbli għat-tindif u manutenzjoni taċ-ċimiterju Sultana tal-Vitorji u taċ-ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa.

Mellieħa — Ċimiterju Sultana tal-Vittorji – permess għal użu ta’ kimika jew trattamenti kontra insetti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika jekk fl-aħħar xhur kienx hemm permessi lil terzi, mogħtija mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, sabiex dawn jużaw kimika jew trattament ieħor kontra tipi ta’ insetti fiċ-Ċimiterju Sultana tal-Vittorji fil-Mellieħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ebda talba jew awtorizzazjoni ma intalbet jew ingħatat lil terzi persuni sabiex jagħmlu trattament kimiku għal kontra tipi ta’ insetti fic-cimiterju Sultana tal-Vitorji f’dawn l-aħħar xhur. Meta jkun hemm bżonn isir trattament għal ġrieden u wirdien mis-sezzjoni tal-Pest Control tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali dejjem fuq talba mill-Uffiċċju regolatorju għad-Dfin.

Tmexxija ta’ ċimiterji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li t-tmexxija ta’ numru ta’ ċimiterji f’pajjiżna tgħaddi f’idejn il-Kunsilli Lokali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern f’dan il-mument mhux qed jikkunsidra li t-tmexxija taċ- ċimiterji jgħaddi f’idejn il-Kunsilli Lokali.

Fgura – problemi ta’ konġenstjoni tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk fil-lokalità tal-Fgura hemmx pjani, inkluż permezz ta’ studji relatati, biex jiġu indirizzati aħjar il-problemi ta’ konġestjoni ta’ traffiku li jinġabru f’diversi ħinijiet tal-ġurnata?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Imqabba – Twaħħil ta’ bus stop shelters fil-bypass

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se jkunu qed jeħlu l-bus stop shelters li għandhom isiru fil-Bypass tal-Imqabba?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1854 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Imqabba – Twaħħil ta’ bus stop shelters fil-bypass

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se jkunu qed jeħlu l-bus stop shelters li għandhom isiru fil-Bypass tal-Imqabba?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Imqabba kien għamel talba formali sabiex jeħel bus shelter ma’ bus stop bl-isem ‘Saljatura’ fi Triq il-Qrendi, l-Imqabba lura fit-18 ta’ Marzu 2021. Sfortunatament il-proċess jinsab wieqaf minħabba proċeduri fil-Qorti.

Awtorità tal-Artijiet – Skema għal xiri ta’ proprjetà għal min għandu residenza b’titolu ta’ qbiela

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun estiża ma’ Malta kollha l-iskema li ħarġet biex min għandu residenza b’titolu ta’ qbiela jkun jista’ jixtri l-proprjetà mingħand l-Awtorità tal-Artijiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-skema inkwistjoni tapplika diġà għat-territorju kollu tal-gżejjer Maltin fil jiem li ġejjien ser jitħabbru rati ta ħlas sabiex ikun jistagħu jiġu pproċessati l-ewwel applikazzjonijiet.

Special Olympics: Ċerimonja tal-Ftuħ — rendikont tal-infiq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1561, jista' l-Prim Ministru jgħid min kien jew kienu l-Ministri kkonċernati minn dan l-infiq?

Response (ABELA, ROBERT)

L-Onor. Interpellant għandu jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.

Ta’ Qali Crafts Village – area ta’ parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rapporti li operaturi privati ħadu kontroll ta’ area ta’ parkeġġ viċin Ta’ Qali Crafts Village li qabel kienet pubblika humiex veritieri? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-qbil bejn il-Gvern u dawn l-operaturi privati? Jekk m’hemmx kuntratt, jista’ jgħid x'passi ħa jew se jieħu l-Gvern biex dawn l-affarijiet ma jsirux?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li lura fl-2019 wara sejħa pubblika , ingħata encroachment ta’ art biex jintuża għall-parkeġġ, b’numru ta’ kundizzjonijiet fosthom li jsir tindif tal-post li li l-operatur jista’ jopera bejn is-18.00 u s-06.00. Il-peremss ġie mġedded minħabba li waqt il-pandemija ma sarux avvenimenti tal-massa, fuq parti iżgħar ta’ art u l-kuntratt għal żmien iqsar. Wara li dehru rapporti fuq il-media, dwar abbużi fil-ħin li kien qed jaħdem fih l-operatur, l-INDIS ħadet id-deċiżjoni li twaqqaf il-kuntratt ta’ encroachment fis-27 ta’ Mejju 2022.

Air Malta Aviation Services Ltd. – reklutaġġ ta’ ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1678, jista’ l-Ministru jgħid f’liema gradi jew designation ġew impjegati t-23 impjegat ġdid tal-Air Malta Aviation Services Ltd. bejn l-2018 u l-2022? Jista’ jgħid jekk dawk li rriżenjaw ingħatawx l-opportunità li jingħataw impjieg mal-Gvern bħall-kumplament tal-ħaddiema tal-Air Malta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Air Malta – ħaddiema li applikaw taħt l-Iskema tal-Voluntary Transfer Employment Scheme

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1679, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-577 li applikaw għall-VETS kellhom kuntratt fuq bażi ristretta (definite) mal-Air Malta u jekk dawn issa ngħatawx impjieg permanenti mal-RSSL jew il-Gvern?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mill-577 ħaddiem tal-Air Malta li applikaw għall-VETS kien hemm 3 (tliet) ħaddiema li kienu fuq bażi ristretta (definite) u s’issa wieħed ingħata impjieg mal-RSSL jew il-Gvern.

Air Malta – xogħol ta’ ground handling

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1681, jista’ l-Ministru jgħid liema kumpanija se tibda tagħmel ix-xogħol ta’ ground handling għall-Air Malta? Jikkonferma li l-Air Malta daħlet bi sħab ma’ kumpanija Taljana biex twaqqaf kumpanija ġdida tal-ground handling?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’Seduta oħra.

Air Malta: — Diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea dwar approvazzjoni ta’ state aid għall-Air Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar fiex waslu d-diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea fuq l-approvazzjoni ta’ pakkett ġdid ta’ state aid għall-Air Malta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea għall-għoti ta’ state aid għadhom għaddejin, għaldaqstant mhux propizju li jingħataw tweġibiet qabel l-għeluq ta’ dawn in-negozjati

Malta Business Registry — kirja tal-post

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24716 li saret fil-11 ta’ Frar li għadda matul it-13 il-Leġiżlatura u ċjoè: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24101 u 23534 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23250, jista' l-Ministru jgħid kemm fih metri kwadri l-post li ġie mikri lil Malta Business Registry u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv ta' kera?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix xejn iktar xi nżid mat-tweġiba tal-mistoqsija 23250.

Għotja għaċ-ċittadin anzjan ta’ €300 – anzjani li jgħixu fil-komunità

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1596, jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-anzjani ta' bejn il-75 u t-80 sena li jgħixu fil-komunità u ċjoè fid-djar personali tagħhom li jirċievu l-Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta' €300 (dan peress li r-risposta tirreferi għad-djar residenzjali privati)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ anzjani li jgħixu fil-komunità li qed jingħataw l-Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta’ €300 hu ta’ 18,237. L-Għotja ta’ €300 tingħata lil dawk l-anzjani li għandhom 75 sena imma li għadhom m’għalqux it-80 sena.

Adozzjoni — pajjiżi fejn hu permess issir adozzjoni

Question

B'referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 1354 u 1594, jista' l-Ministru jgħid kemm tfal ġew adottati minn kull pajjiż rispettivament mis-sena 2017 sal-lum?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.

Kunsill għall-Anzjani li jgħin lill-Kummissarju għall-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1300 u 1593 u jgħid minn min hu kompost il-Kunsill għall-Anzjani li jgħin lill-Kummissarju għall-Anzjani? Jista' jgħid jekk apparti ċ-Chairperson u sitt membri oħra maħtura skont il-liġi, ġewx maħtura aktar membri mill-Kunsill? Jekk inhu l-każ, jista' jgħid min huma dawn il-membri?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.