B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 142, jista' l-Ministru jgħid jekk:
(a) jeżistix elenku/lista/reġistru tal-ħaddiema involuti fis-settur agrikolu, skont is-sengħa u tip ta’ ingaġġ (full/part-time u/jew każwali); u
(b) jekk din l-informazzjoni hix miġbura, anke minn entitajiet oħra bħal Jobsplus?
Jekk il-Gvern m’għandux l-informazzjoni hawn fuq imsemmija, jista' l-Ministru jgħid kif il-Gvern u/jew entitajiet u Dipartimenti tiegħu jistgħu:
(a) jitkellemu fuq l-impatt ta’ ċertu issues bħal tnaqqis ta’ bejgħ fuq il-ħaddiema u l-familjari tagħhom;
(b) jikkalkulaw kemm se jiġu jiswew miżuri għal għajnuna bħala kumpens ta’ nuqqas ta’ dħul għal ħaddiema fis-settur; u
(ċ) jipproġettaw miżuri biex ħaddiema fis-settur li jispiċċaw bla xogħol isibu xogħol alternattiv u s-sengħa u l-ħiliet tagħhom ma jintilfux?
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk jinżammx reġistru tal-ħaddiema (mhux bdiewa reġistrati) li jaħdmu fis-settur agrikolu? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu:
(a) in-numru ta’ ħaddiema minn Jannar 2000 sa’ Diċembru 2021;
(b) it-tip ta’ impjieg (full-time, part-time, każwali);
(ċ) il-livell ta’ edukazzjoni /ċertifikazzjoni ta’ kompetenza fis-settur agrikolu?
Jista’ jgħid jekk teżistix xi forma ta’ informazzjoni fir-rigward tal-kapaċitajiet / kompetenzi ta’ dawn il-ħaddiema li mhux neċessarjament huma reġistrati bħala bdiewa? Jekk il-Ministru m’għandux din l-informazzjoni, jista' jitlob din l-informazzjoni lill-Jobplus?
Impjegati li ggradwaw mill-MCAST f'setturi agrikoli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni li ggradwaw f’xi wieħed mill-korsijiet offruti mill-MCAST (Istitut tax-Xjenzi Applikati) fl-oqsma relatati mal-agrikoltura u sajd fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar 2010 u Diċembru 2021?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sejħiet għall-applikazzjoni joħorġu regolarment b’talba għall-kwalifiki speċifiċi u/jew tekniċi skont in-natura tal-postijiet vakanti, fejn Bord maħtur jirrevedi u janalizza l-eliġibilità tal-applikanti skont il-kriterji tas-sejħa qabel dawn jissejħu biex jagħmlu intervista tax-xogħol. L-eliġibilità fil-kwalifiki li joħorġu fis-sejħiet jispeċifikaw biss il-livell li jkun rekwiżit filwaqt li l-Bord ma jagħmel l-ebda distinzjoni minn fejn tkun ħarġet il-kwalifika.
Ngħarrfu wkoll li biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba minnu, jinqabeż l-advisory cost limit.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 122, jista' l-Ministru jgħid jekk l-ammont ta' €424,000 f’direct orders f’ġurnata waħda għal kumpanija waħda biex torganizza esebizzjoni għall-15-il ġurnata humiex esaġerati u li faċilment setgħu ġew iffrankati ħafna flus mit-taxxi tal-poplu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi l-onor. interpellant ghall-mistoqsijiet parlamentari nru. 597 u nru. 598.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 122 u b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala parti mis-servizzi meħtieġa fuq perjodu ta’ 15-il ġurnata fejn kienu preżentati l-istudji b’rabta mal-proposta tal-metro, li tali studji li saru fl-2017 (u ċjoè kważi erba' snin qabel ma saret din l-esebizzjoni) swew lil pajjiżna €1,807,907.41, jista’ l-Ministru jgħid:
(a) kemm-il tinda ġiet armata u kemm ġiet tiswa kull tinda li fiha saret l-esebizzjoni għall-perjodu ta’ 15-il ġurnata;
(b) kemm ġiet tiswa l-għamara meħtieġa għal din it-tinda u fiex kienet tikkonsisti eżatt din l-għamara? X’sar minnha din l-għamara wara li spiċċat din l-esebizzjoni;
(ċ) kemm ġew jiswew l-iscreens għal din l-esebizzjoni u kemm-il screen inkera;
(d) x’tip ta’ strutturi ntużaw għal din l-esebizzjoni u kemm swew flus dawn l-istrutturi;
(e) kemm ġiet tiswa s-sistema ta’ arja kundizzjonata;
(f) kemm-il generator ġie mikri għal din l-esebizzjoni, x'saħħa kellu kull generator u kemm ġie jiswa kull generator;
(g) kemm ġew jiswew id-dwal użati għal din l-esebizzjoni;
(h) kemm ġew jiswew flus is-sistemi ta’ audio għal din l-esebizzjoni;
(i) kemm ġie jiswa flus l-ipprintjar ta’ materjal informattiv ta’ din l-esebizzjoni;
(j) kemm ġie jiswa t-tindif għal din l-esebizzjoni;
(k) kemm ġie jiswa t-trasport għal din l-esebizzjoni, x’forma ta’ trasport intuża u għal xiex / għal min ġie pprovdut dan it-trasport; u
(l) kemm-il tapit intuża għal din esebizzjoni u kemm ġie jiswa kull tapit?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandu żball meta jagħti l-impressjoni li kollox kien lest fl-2017. Saħansitra fuq is-sit li tnieda mal-esebizzjoni kien ingħata timeline li jixhed dan u l-istudju ppubblikat għandu wkoll nota dwar l-impatt tal-pandemija. Intant qed ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istima tas-servizzi li qed jirreferi għalihom.
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 122 u 597, u peress li l-istudji b’rabta mal-proposta tal-Metro li swew lil pajjiżna €1,807,907.41 kienu lesti xhur, jekk mhux snin, qabel saret l-esebizzjoni msemmija, x'inhi r-raġuni Ii għas-servizzi biex issir din l-esebizzjoni ma ħarġux tenders kompetittivi varji minflok direct orders? X’inhi r-raġuni li dawn id-direct orders ingħataw lil kumpanija waħda meta tali servizzi varji setgħu faċilment ingħataw b'tenders varji li kien ikunu ferm aktar 'cost effective' u t-taxpayer kien ikollu aktar 'value for money' għas-servizzi/prodotti li ngħataw?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 597.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux se jwarrab l-idea tal-Multidisciplinary team fil-kura tad-Dijabete kif indikata b’mod prominenti fl-Istrategija tad-Dijabete 2016-2020 u li issa ilha sentejn li skadiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l- Ministeru tas-Saħħa huwa kommess li jittratta id-Dijabete b’kull mod possibbli inkluż bil-multidisciplinary teams.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fil-fatt ħariġx parir mill-Ispecialist Accreditation Committee biex jiżdied in-numru ta’ nurses li jispeċjalizzaw fil-kura tad-Dijabete?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-iSpecialist Accreditation Committee ma ħareġ l-ebda parir f’din id-direzzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm speed cameras fuq il-Coast Road, inkluż fiż-żona ta’ Kennedy Drive, Tul il-Kosta u Triq Sant’Indrija? Jista’ jgħid liema huma l-iktar speed cameras li twaħħlu reċenti, meta u fejn twaħħlu? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm ħarġu ċitazzjonijiet minħabba speed eċċessiv minn fuq kull camera li hemm fiż-żona msemmija tal-Coast Road, tul dawn l-aħħar 12-il xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li hemm 5 Speed Cameras fiż-żona imsemmija.
Direzzjoni Tramuntana ta’ Malta:
1 x Tul il-Kosta, viċin Triq Sant’ Andrija
1 x Tul il-Kosta, viċin Splash and Fun park – Imwaħħla Riċenti – Ġunju 2021
1 x Tul il-Kosta – viċin it-Torri tal-Għallis – Imwaħħla Riċenti – Ġunju 2021
Direzzjoni Nofsinhar ta’ Malta
1 x Tul il-Kosta, bejn Salini Resort u t-Torri tal-Għallis – Imwaħħla Riċenti – Mejju 2022
1 x Tul il-Kosta, viċin il-Magħtab – Imwaħħla Riċenti – Mejju 2022
Kontravvenzjonijiet maħruġa huma s-segwenti:
PQ 1377 - Speed Tickets Issued from Coast Road Speed Cameras between 1st Jun 2021 and 31st May 2022
2021
2022
Grand Total
Coast Road Cameras
Jun
Jul
Aug
Sep
Oct
Nov
Dec
Jan
Feb
Mar
Apr
May
NAXXAR
1,996
1,332
1,271
869
872
854
340
1,041
951
727
758
2,004
13,015
TUL IL-KOSTA
104
51
131
113
119
105
139
118
109
23
37
93
1,142
TUL IL-KOSTA (NB1: BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - PEMBROKE TO SAN PAWL)
1,585
1,280
1,140
756
707
676
111
883
788
644
654
485
9,709
TUL IL-KOSTA (NB2: GĦALLIS - PEMBROKE TO SAN PAWL)
307
1
46
73
90
40
54
60
67
45
783
TUL IL-KOSTA (SB1: SALINI - SAN PAWL TO PEMBROKE)
274
274
TUL IL-KOSTA (SB2: MAGĦTAB - SAN PAWL TO PEMBROKE)
1,107
1,107
Grand Total
1,996
1,332
1,271
869
872
854
340
1,041
951
727
758
2,004
13,015
Jista’ l-Ministru jikkonferma li minħabba nuqqas ta’ spazju fl-Iskola Primarja tal-Mosta hemm tfal li ġew trasferiti fl-Iskola Primarja tan-Naxxar?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-miżuri marbuta mal-pandemija, primarjament dik ta’ distanzjar bejn l-istudenti, kien hemm ħtieġa ta’ rilokazzjoni temporanja ta’ studenti mill-iskola Primarja tal-Mosta lejn l-Induction Hub tan-Naxxar. Dawn l-istudenti xorta lkoll baqgħu studenti tal-iskola Primarja tal-Mosta u l-pjan huwa li fis-sena akkademika li jmiss se jerġgħu jirritornaw fiżikament ukoll lura fl-iskola tal-Mosta.
Skola Primarja tan-Naxxar — xogħlijiet strutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol strutturali fuq l-Iskola Primarja tan-Naxxar kif kien indikat fuq il-permess li kien imwaħħal mal-binja tal-istess skola? Jista’ jgħid ukoll fiex jikkonsisti dan ix-xogħol? Minħabba li l-avviż tneħħa, jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol hux se jsir?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li oriġinarjament kien maħsub li ssir estensjoni ġewwa l-iskola Primarja tan-Naxxar billi jinbena sular fuq l-iskola eżistenti, preżentement għaddejjin diskussjonijiet interni maħsuba li jistgħu jwasslu għall-possibilità li tinbena skola totalment ġdida fuq l-istess sit.
Tal-Pietà: Triq Telgħet Gwardamanġa — Manutenzjoni fi Block Marina Apartments
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda u jitlesta l-maintenance ta' Block Marina Apartments fi Triq Telgħet Gwardamanġa u Triq ix-Xatt f'Tal-Pietà, u b'mod speċjali għal Block 6 peress illi r-residenti ilhom bil-ħsara fil-lift għal dawn l-aħħar sena u nofs?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-manutenzjoni tal-lift fil-Blokk indikat hi fl-obbligu li ssir mir-residenti għas-spejjeż tagħhom. Madanakollu f’din il-blokka permezz ta’ fondi mill-programm ERDF sejjer jitwettaq proġett ta’ tisbieħ tal-partijiet komuni li jinkludi lift ġdid. Il-proġett hu ppjanat li jinbeda fi ftit xhur oħra u jitlesta sal-aħħar tas-sena 2023.
Regolamenti dwar il-Ħinijiet tad-Daqq tal-Mużika fi Ħwienet Kummerċjali
Question
B'referenza għall-Avviż Legali 161 tal-2022, jista' l-Ministru jgħid x’inhuma u jippubblika l-pariri jew rakkomandazzjonijiet li rċieva u abbażi ta' liema, biddel ir-regolamenti dwar il-ħinijiet tad-daqq tal-mużika fi ħwienet kummerċjali? Jista' jgħid ma' min saret konsultazzjoni dwar din il-bidla fir-regolamenti?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1093, jista’ l-Ministru jwieġeb l-istess mistoqsija u jgħid kemm hemm parking spots fil-Belt Valletta li qed isir użu minnhom mill-Gvern, Ministeri u awtoritajiet statutorji, inklużi organizzazzjonijiet parastatali, hekk kif it-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 821 tat-13-il Leġiżlatura li rreferieni għaliha ma tweġibx il-mistoqsija oriġinali?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet bin-numri 16349, 16350, 16351, 16352, 16354, 16355, 16356, 16357, 16358, 16359, 16360, 16361, 16362, 16363, 16364, 16365, u 16366 tal-Leġiżlatura XIII.
Kunsill Lokali ta' Santa Venera — parkeġġ ta' Umberto Colosso
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1094, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilha, u tgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera għamilx tentattiv sabiex il-parkeġġ ta’ Umberto Colosso jkun jista' jibda jintuża mir-residenti wara l-ħinijiet tal-użu mill-Gvern? Jekk iva, x’kienet ir-risposta tal-Gvern?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċċju tiegħi qatt ma ġie avviċinat dwar il-materja.
Ninsab infurmata li tali diskussjonijiet saru matul il-leġiżlatura li għaddiet u li t-talba ġiet irrifjutata abbażi ta’ numru ta’ fatturi, inkluż kwistjonijiet ta’ sigurtà.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1096 u tipprovdi l-iktar qari reċenti tal-kejl tal-kwalità tal-arja għal kull lokalità f’Malta u Għawdex, u meta ttieħed?
Response (DALLI, MIRIAM)
Qiegħda inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra riżultati tal-medja annwali tal-2021 f’kull lokalità. L-ERA tagħmel monitoraġġ kontinwu tal-benżin u diossidu tan-nitroġenu f’mitt sit mifrux ma’ Malta u Għawdex permezz ta’ diffusion tubes. Din is-sistema ta’ monitoraġġ tkopri 59 lokalità. Dawn id-diffusion tubes jiġu esposti għal perjodu ta' erba’ ġimgħat u wara jintbagħtu f'laboratorju akkreditat għall-analiżi. Il-medja annwali għal kull sit tintuża biex jiġu żviluppati mapep tat-tniġġis li huma disponibbli fuq il-website tal-ERA.
Apparti minn hekk, l-ERA wkoll tagħmel monitoraġġ b’mod kontinwu ġewwa l-Msida, iż-Żejtun, H’Attard, San Pawl il-Baħar u l-Għarb (near real time monitoring). Din is-sistema tkopri iktar sustanzi ta’ tniġġiż filwaqt li l-informazzjoni hija wkoll disponibbli fuq il-website tal-ERA permezz ta’ grafika u ‘air quality index’, li tiġi aġġornata kull siegħa. Din hija sistema fejn informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja hija disponibbli b’mod li tista’ tinftiehem mill-pubbliku. Qiegħda npoġġi ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra dokument l-Air Quality Index skont kif irrapurtat fi 8 ta’ Ġunju 2022 fi 14:16.
Attachments:PQ1539_benzene 2021.pdfPQ1539_nitrogen dioxide 2021.pdfPQ 1539-Air Quality Index - ERA 14_16.pdf
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — konsulenti
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 294 u 1130 u tgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2017 sal-lum ma kienx hemm ħlas lil One TV u/jew One Productions biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso.
Ministeru għal Għawdex – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn dan il-Ministeru ma sar l-ebda ħlas lill-One TV u l-One Productions biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministeru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso mid-data msemmija sal-lum.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.