Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bajja tal-Għadira – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tal-Għadira? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Bajja tal-Għadira – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tal-Għadira? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Bajja tal-Golden Sands – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tal-Golden Sands? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Bajja tal-Golden Sands – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tal-Golden Sands? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Użu ta' Cyclotron

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1365, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilha, u tgħid meta se jibda jintuża l-apparat tas-Cyclotron li jintuża fid-dijanjożi u l-kura tal-Kanċer? Tikkonferma l-Ministru li dan l-apparat, kieku beda jintuża qabel, seta' għen fil-kura tal-kanċer speċjalment meta f’dawn l-aħħar xhur/snin kien hemm okkażjonijiet meta l-konsenja tat-tracer ma waslitx u kellhom jiġu kkanċellati interventi, appuntamenti u operazzjonijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Minstoqsija Parlamentari 24100 tat-XIII-il Leġislatura, ninformaha li l-apparat tas-Cyclotron kien investiment li sar minn kumpanija privata u qatt ma’ kien propjeta tal-Gvern qabel dan kien akkwistat fl-2021. Il-Malta Enterprise qed tlesti x-xogħol biex ikun jista’ jitħaddem dan l-apparat u l-pjan huwa illi dan ix-xogħol ikun lest sal-ewwel kwart tal-2023.

Tħassir ta' interventi, appuntamenti u operazzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1366, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew posposti: a. interventi; b. appuntamenti; u ċ. operazzjonijiet, minħabba n-nuqqas ta' konsenja tat-tracer li jinġieb minn Ruma biex jintuża fil-PET Scans?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Il-Gżira — Triq Carlo Manchè u Triq Manoel de Vilhena - xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1617, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol ta' pavimentar mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fuq Triq Carlo Manchè u Triq Manoel De Vilhena fil-Gżira?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ix-xogħol ta' pavimentar mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fi Triq Carlo Manchè mistenni jibda u jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin. Bħalissa għaddejjin it-tħejjijiet infrastrutturali sabiex ikun jista’ jibda x-xogħol fuq il-pavimenti fi Triq Manoel de Vilhena.

Sit — azzjonijiet ta' infurzar

Question

B'referenza għas-sit ta’ Żona Speċjali ta' Konservazzjoni fl-inħawi ta' Ħas-Saptan/Ħal Għaxaq, jista' l-Ministru jgħid: (i) jekk hemmx xi azzjonijiet ta' infurzar fis-seħħ bħalissa; (ii) il-karti ta' infurzar li twaħħlu mill-Awtorità tal-Artijiet fuq il-post, b'numru ta' referenza E26/2002/I/9 fit-22 ta' Marzu 2021, aktar tard b'numru ta' referenza E26/2002/I/10, u iktar tard din is-sena L331/66 fil-15 ta' Ġunju 2022, għal liem ksur kienu qed jirreferu, u x'azzjoni ttieħdet jew se tittieħed sussegwentement?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent, l-uffiċjali tal-infurzar tal-Awtorità tal-Artijiet ispezzjonaw is-sit inkwistjoni u nnutaw illi infetaħ bieb li jagħti aċċess għal proprjetà tal-Gvern, u dan b’mod illegali. L-uffiċjali għadhom qegħdin jinvestigaw il-każ sabiex jidentifikaw lil min wettaq din l-illegalità. Aktar azzjonijiet ikunu jistgħu jittieħdu ġaladarba jiġu konklużi dawn l-investigazzjonijiet.

Art mgħoddija lil terzi — proċedura

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sit indikat fis-site plan (ritratt anness) huwiex mgħoddi mill-Awtorità tal-Artijiet lil terzi u jekk iva, b'liema proċedura ġie mgħoddi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit indikat huwa mikri.

PBS — ex ħaddiema - pensjoni

Question

B’referenza għat-tagħrif li ta fil-konferenza stampa tal-1 ta Ġunju 2022 dwar ħlas lil dawk li sofrew anomaliji u inġustizzji, jista' l-Ministru jgħid meta ser jibdew it-taħditiet mar-rappreżentanti tal-ex-ħaddiema tal-PBS dwar il-kwistjoni tal-pensjoni tagħhom, in vista tal-wegħda elettorali nru 109 u l-fatt li dawn l-inġustizzji ġew konfermati b'sentenza mill-Qorti fl-2017? Jista' l-Gvern jgħid hux ser jimxi mal-wegħda tiegħu jew hux ser ikompli bl-appell li fetaħ kontra din is-sentenza?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Annimali li traqqdu mill-Animal Welfare

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1621 u jgħid kemm traqqdu annimali mill-Animal Welfare matul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul dawn l-aħħar 12-il xahar traqqdu 567 annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali.

Animal Welfare – Klieb li nġabru bl-ambulanza li kienu ċċippjati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1622 u jgħid kemm kien hemm klieb li kienu ċċippjati li nġabru bl-ambulanza? Kemm minnhom ma ngħatawx lura lil sidhom?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 35 kelb li kienu ċċippjati u li nġabru bl-ambulanza fis-sena 2022 s’issa. Minn dawn kien hemm 15-il kelb li ma ngħatawx lura lil sidhom.

Annimali addottati li ġew ikkonfiskati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1623 u jgħid kemm ġew ikkonfiskati annimali minn Mejju, 2021 u li ġew addottati qabel bdew il-proċeduri fil-qrati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Dementia Activity Centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna Dementia Activity Centres f'pajjiżna? Jista' jgħid liema huma dawn iċ-ċentri u kemm hemm persuni jattendu f'kull ċentru?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Malta u Għawdex hemm erba’ Dementia Activity Centres li huma: Ċentru għall-persuni bid-dimensja Ħal Safi – jattendu 22 persuna li jgħixu bid-dimensja. Ċentru għall-persuni bid-dimensja Mtarfa – jattendu 30 persuna li jgħixu bid-dimensja. Ċentru għall-persuni bid-dimensja Dar Padova, Għajnsielem – jattendu 8 persuni li jgħixu bid-dimensja. Ċentru għall-persuni bid-dimensja San Vinċenz de Paul – jattendu 23 persuna li jgħixu bid-dimensja.

Dementia Activity Centres — Carers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm carers jaħdmu f'kull Dementia Activity Centre f'pajjiżna? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-carers għandhom kwalifiki fid-Dementia u tal-anqas għandhom l-Awards in Dementia Studies MQL4? Jista' jgħid f'liema ċentri jaħdmu dawn il-carers?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’kull ċentru għall-persuni bid-dimensja jkun hemm numru għoli ta’ carers. Dawn jeħtieġu kwalifiki u esperjenza sabiex tingħata l-aħjar kura lil dawk li jattendu. Saru numru ta’ korsijiet fuq id-dimensja matul is-snin u l-carers kollha huma imħeġġa biex jibqgħu jistudjaw fil-qasam. Ċentru għall-persuni bid-dimensja Ħal Safi: 10 Carers 5 għandhom Award in Dementia Care Level 4 4 għandhom Introduction to Dementia Care Course 1 għandha Dementia Knowledge Course li kien parti mill-programm tal-Capacity Building – ESF 4.24 . Ċentru għall-persuni bid-dimensja Mtarfa: 8 carers 8 għandhom Introduction to Dementia Care Course u Mental Health First Aide course. Ċentru għall-persuni bid-dimensja Dar Padova: 9 Carers 9 għandhom Award in Dementia Care Level 4. Ċentru għall-persuni bid-dimensja San Vinċenz de Paul: 12-il Carer 5 għandhom Dementia Care Practise Course LAS 1102 7 għandhom Dementia Knowledge Course li kien parti mill-programm tal- Capacity Building – ESF 4.24

Residenza San Vincenz de Paule – Anzjani fuq il-waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew fuq il-waiting list biex jidħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Jista' jgħid jekk hemmx aktar minn waiting list waħda u jekk iva, jista' jgħid kemm hemm fuq il-waiting list f'kull kategorija?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk meqjusa mill-ispeċjalisti li huma ta’ Kategorija 1 (urġenti) fil-mument hemm 9 persuni fuq il-waiting list biex jidħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paule. F’kategorija 2 (inqas urġenti), jirriżulta li hemm 20 persuna jistennew. Fiż-żewġ ċirkostanzi jsir kull sforz biex jiġu akkomodati kemm jista’ jkun malajr, perjodu li jista’ jvarja minn ftit jiem sa ftit ġimgħat. Dejjem jiddependi minn ħafna ċirkostanzi, inkluż id-disponibilità tas-sodod.

Djar Residenzjali tal-Anzjani tal-Gvern – Anzjani fuq il-waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew fuq il-waiting list biex jidħlu f'xi waħda mid-Djar Residenzjali tal-Anzjani tal-Gvern? Jista' jgħid jekk hemmx aktar minn waiting list waħda u jekk iva, jista' jgħid kemm hemm fuq il-waiting list f'kull kategorija?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Mejju kien hemm 1221 persuna li qegħdin fuq il-waiting list u għadhom qed jistennew biex jidħlu f’Dar Residenzjali tal-Anzjani. Minn dawn, 613 persuna applikaw fis-sena 2022. Hemm waiting list waħda u l-anzjani jidħlu f’Dar Residenzjali skont l-urġenza tal-każ u s-sodod disponibbli.

Bereġ/ċentri tas-saħħa – appuntamenti għal servizz ta’ podjatrija u fiżjoterapija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif jiġi deċiż jekk pazjent jingħatax appuntament f'berġa jew ċentru tas-saħħa għall-appuntament tal-Podjatrija u Fiżjoterapija? Liema mekkaniżmu jitħaddem u hemm proċeduri bil-miktub?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi appuntamenti għas-sevizz tal-Podjatrija jew Fiżjoterapija jingħata skont il-kundizzjoni medika individwali, waqt li jibqa' jsir l-aħjar użu tar-riżiorsi tad-dipartiment.

Mġarr — Triq Sir Harry Luke

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju/rapport fuq l-istat li tinsab fih Triq Sir Harry Luke, fl-Imġarr?

Response (FARRUGIA, AARON)

Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali tal-Gvern għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja. Fi tliet snin kemm ilha mwaqqfa, bejn toroq residenzjali u dawk rurali, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 830 triq. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. Infrastructure Malta qed taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. Bħalissa fil-fatt għaddejja bil-bini mill-ġdid ta’ ħafna toroq, fosthom Triq iż-Żebbiegħ, Sqaq in-Naħal u triq rurali ħdejn Ras il-Wied, fil-lokalità tal-Imġarr. It-triq indikata, Triq Sir Harry Luke, hija fost it-toroq li se jinbnew mill-ġdid bħala parti minn din il-ħidma mifruxa fuq seba’ snin. Fl-istess waqt, sakemm tinbena mill-ġdid, peress li r-responsabbiltà tat-tiswijiet u l-manutenzjoni regolari ta’ toroq lokali bħal din imsemmija hija tal-kunsilli lokali, dawn għandhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq tkun teħtieġ minn żmien għal żmien.

Allied Health Professionals – uniformijiet tal-impjegati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid wara r-risposta ta' mistoqsijiet parlamentari 1649 u 1041, meta l-Allied Health Professionals se jingħataw l-uniformijiet li huma intitolati għalihom (żewġ settijiet ta’ tunic u qliezet, u cardigan fis-sena) li ma ngħatawx fl-2021 u fl-2022 s’issa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa d-Direttorat ikkonċernat jinsab fil-proċess biex joħroġ is-sejħa għall-offerti.