Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Libraries – Chief Operations Officer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: a. X’rekwiżiti ntalbu fis-sejħa għal Chief Operations Officer fl-Aġenzija Malta Libraries; b. Minn min kien kompost il-bord tal-għażla, u fuq liema kompetenza; ċ. Kemm applikaw kandidati; u d. Xi kwalifiki għandu jew għandha fix-Xjenzi tal-Libreriji u Arkivji?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn xi nżid mar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 749.

Air Malta — ħaddiema li ġew trasferiti mal-RSSL

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: a. Kemm-il ħaddiem ġie trasferit mill-Air Malta għal mal-RSSL; b. Kemm-il ħaddiem fi skala u grad ta’ Assistant Officer mal-Air Malta b’pagi ’l fuq minn €30,000 basic pay ingħataw xogħol bħala messaġġiera u stackers; c. jekk ħaddiema oħra klerikali u bl-istess grad imsemmi hawn fuq li kienu trasferiti qabel ma suppost twaqqfet u kellha tibda topera l-Air Malta Aviation Services ingħatawx pakkett b’paga inferjuri minn dawk li ġew trasferiti issa u li ngħataw impjieg bi skali u gradi klerikali u ’l fuq, waqt li dawn li ġew trasferiti issa bħala messaġġiera u stackers b’responsabbiltà ferm anqas qed jingħataw u jitħallsu pagi ferm ferm ogħla?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ impjegati tal-Air Malta jew sussidjarji tagħha li applikaw taħt l-iskema tal-Voluntary Transfer Employment Scheme kien ta’ 577. In numru ta’ impjegati li sa issa ġew trasferiti lil-RSSL huwa 88 kif jidher fit-tabelli Phase 1 u Phase 2, li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. L-Air Malta m’għandhiex informazzjoni tat-tip u kondizzjonijiet ta’ xogħol li ngħata lill-ħaddiema li ġew trasferiti mal-RSSL.

Customer Care – każijiet ta’ ilmenti

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1443, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm daħlu każijiet ta’ lmenti matul is-sena l-oħra dwar: a) is-servizzi mogħtija mill-konsulenti; b) is-servizzi mogħtija mill-infermiera; ċ) is-servizzi mogħtija mis-social workers; u d) is-servizzi mogħtija fil-qasam tas-saħħa mentali? Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk ittiħdux passi dwar dawn l-ilmenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tispeċifika għal- liema entità qed tirreferi.

Servizzi ta’ Saħħa Mentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’għamel il-Gvern sabiex matul din is-sena jkompli jespandi s-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern · Beda tim multidixxiplinarju ġdid 'Crisis Resolution and Home Treatment Team' biex jagħti kura u appoġġ lil nies għaddejjin minn fażi akuta ta' saħħithom, kemm biex jgħin lill-persuni biex jilqħu difffikultajiet minn kmieni u ma jiddeterjorawx, kif ukoll biex inaqqas bżonn ta' dħul l-isptar · Beda servizz ġdid għal persuni bi problemi ta' sustanzi, flimkien mal-Caritas · Estenda s-servizz tal-Community Mental Health Teams għal nies bi problemi ta' saħħa mentali, biex jagħtu servizz aħjar · Estenda s-servizz tal-Community Outreach Teams għal nies bi problemi serji fit-tul ta' saħħa mentali, biex jagħti servizz aħjar · Estenda s-servizz ta' Perinatal Mental Health Care għal nisa tqal u wara t-twelid, biex wieħed jidentifika aħjar problemi f'relazzjonijiet bejn ommijiet u trabi u jilqa' minn kmieni Ipprovda taħriġ f'diversi oqsma ta' kura ta' saħħa mentali inkluż fuq prevenzjoni ta' suwiċidju lill-ħaddiema kollha fil-komunità.

Għassa tal-Qawra – rapporti li seħħew fil-Lokalità tal-Qawra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti fl-Għassa tal-Qawra fuq reati kriminali varji li seħħew fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar (tinkludi wkoll Xemxija, Qawra u Buġibba) bejn Jannar 2020 u Mejju 2022? Jista’ jindika x’tip ta’ rapporti saru?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ reati kriminali rreġistrati fis-sistema tal-pulizija fl-għassa tal-Qawra li jkopru wkoll il-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, Xemxija, Qawra u Buġibba, bejn l-ewwel ta’ Jannar 2020 u l-aħħar ta’ Mejju 2022 huwa kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt li tinkludi wkoll it-tipi ta’ reati. Kategorija 2020 2021 2022 Sa Mejju Total Abbandun ta’ tfal 4 2 0 6 Ħruq 6 0 0 6 Attentat ta’ offiżi 29 25 6 60 Bigamija 0 0 1 1 Feriti fuq il-persuna 84 68 31 183 Użu ħażin tal-kompjuter 13 18 15 46 Reati kontra l-paċi pubblika 1 0 0 1 Ħsarat 377 407 203 987 Vjolenza domestika 93 124 34 251 Reati ta’ drogi 13 40 1 54 Falsifikazzjoni 4 6 0 10 Frodi 38 166 41 245 Omiċidju 1 0 0 1 Reati ta’ Immigrazzjoni 5 2 0 7 Ħasil ta’ flus 0 5 0 5 Pornografija 1 6 0 7 Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet 22 39 12 73 Prostituzzjoni 0 0 2 2 Offi¿i sesswali 5 15 9 29 Serq 423 382 135 940 Theddid u vjolenza privata 26 27 11 64 Traffikar ta’ nies 0 0 2 2 Access f’żona mingħajr awtorità 0 3 0 3 Vjolenza kontra uiffiċjal pubbliku 10 10 3 23 Total 1155 1345 506 3006

Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – Bini ta’ binjiet tal-Gvern li għadhom ma tlestewx

Question

B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 1516, jista’ l-Ministru jindika l-indirizz fejn skont it-tweġiba għall-istess domanda qed isiru l-preparamenti neċessarji fuq binja ġdida fil-lokalità tal-Mellieħa? Fiex waslu dawn il-preparamenti? Meta hu mistenni li din il-binja titlesta? Meta hu mistenni li din tibda tintuża bħala residenza? Jista’ jgħid x’inhu n-numru tal-permess mal-Awtorità tal-Ippjanar għall-istess binja filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istess permess u l-pjanti approvati għall-istess binja u jindika kemm-il appartament se jkun fiha l-istess binja? Din il-binja se tkun aċċessibbli għall-persuni b’dizabilità?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi l-Appalt tal-Kostruzzjoni tal-Binja li tinsab fi Triq N. Caruana Dingli Mellieħa bil-permess PA3336/20 kien ħareġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti bin-numru tar-referenza tiegħu huwa CT 2372/2020. Sfortunatament ħabba li kien hemm żieda qawwija fir-rati, il-prezzijiet li tefgħu ma kienux aktar sostenibbli u għalhekk il-kuntrattur rebbieħ tal-appalt irrifjuta li jiffirma l-kuntratt. Għaldaqstant l-appalt il-ġdid qed jiġi fformulat bit-tibdiliet neċessarji u b’rati ġodda. Hu mistenni li l-binja tkun lesta fis-snin li ġejjin. Il-binja ħa jkun fiha 8 appartamenti u kollha ħa jkunu aċċessibbli għal persuni b’diżabilità.

Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – Bini ta’ residenzi

Question

B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 1516, jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx pjanijiet li jinbnew residenzi fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar (li tinkludi żoni bħal Buġibba, il-Qawra u x-Xemxija) sabiex dawn jintużaw bħala postijiet ta’ residenza matul il-ħames snin li ġejjin? Jista’ jagħti tagħrif dwar fejn qiegħda kull binja ppjanata u meta mistennija titlesta u tibda tintuża?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Nru 1858.

Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – postijiet ta’ residenza

Question

B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 1045, jista’ l-Ministru jindika ż-żewġ indirizzi fil-Mellieħa fejn skont it-tweġiba għall-istess domanda nbnew żewġ binjiet għall-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli? Għal kull binja, kemm-il appartament hemm b’kollox, minn dawn kemm qegħdin jiġu użati u taħt liema skema, u jekk hemm xi appartamenti li mhux qegħdin jiġu użati mill-Awtorità tad-Djar, kemm hu l-ammont ta’ dawn l-appartamenti u x’inhi r-raġuni għal dan?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-binjiet imsemmija huma Entraturi A u B, Binja Miżieb, Triq Mons Ġużeppi Schembri, Mellieħa. Iż-żewġ binjiet jikkonsistu f’sitt appartamenti. Ir-residenzi li mhumiex mikrija ġew mibjugħa lir-residenti bi skemi ta’ housing affordabbli mnedija fil-passat.

Senior Citizen Services Board

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1296 u 1518 u jgħid minn min hu kompost il-Foundation for Senior Citizen Services Board? Jista' jgħid x'inhuma r-remunerazzjoni, ħlas u benefiċċju li qed jirċievu dawn il-membri, jekk inhu l-każ?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpelanta li l-‘Foundation for Senior Citizen Services Board’ huwa kompost kif ġej: Chair: Sa Joyce Debono Membri: Is-Sur Julian Fearne Is-Sur Frank Masini Vento Sa Karen Schembri Is-Sur David Degiorgio Segretarju: Is-Sur Saviour Galea Ir-remunerazzjoni taċ-Chairperson hi € 2,366.42 fis-sena u tal-membri/segretarju hi €1,014.18 fis-sena. Dan hu skont il-‘Manual for Setting the Categorization and Remuneration of Government-Appointed Boards and Committees’.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva – Chairpersons, membri tal-bordijiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 172 u 1517 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista taċ-Chairpersons, membri tal-bordijiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari 1871, 1872, 1873, 1874, 1875 li ngħataw fis-seduti 22 u 23. Għar-rigward tal-entità ‘Social Care Standards Authority, il-Bord hu kompost kif ġej: Chair: Dr Charles Gauci Viċi Chair: Is-Sur Joseph Calleja Membri: Is-Sur Jorgen Souness Is- Sur Matthew Vella Sa Philomena Meli Is-Sur Robert Mallia Dr Svetlana Sammut Segretarja: Sa Lisa Cassar

Rijabilitazzjoni mill-problema tax-xorb

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1344 u jindika kemm huwa t-total ta’ persuni f’Malta li qed isegwu programm minħabba li għandhom il-problema tax-xorb? Fejn qegħdin isegwu l-programm tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – infiq ta’ flus f’reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tiegħu jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn kemm ilu kostitwit dan il-Ministeru ma kien hemm l-ebda spiża kif indikata fil-mistoqsija parlamentari.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – infiq ta’ flus f’reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tiegħu jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – infiq ta’ flus f’reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tiegħu jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – infiq ta’ flus f’reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tiegħu jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?

Response (GALDES, RODERICK)

It-tagħrif mitlub se jingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – infiq ta’ flus f’reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tiegħu jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur – infiq ta’ flus f’reklamar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tagħha jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra

Birkirkara – Triq Karm Zerafa – problema frekwenti ta’ bdil fil-vultaġġ

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1481, peress li jirriżultali li l-OVR tal-klijent li qed tirreferi għalih il-Ministru fit-tweġiba tagħha m’għandux problema għaliex biex ma jibqax jiġi affettwat mill-varjazzjoni tal-vultaġġ, li għamel dan il-klijent kien li żied il-limitu tal-OVR għal 250V minimu u 253V massimu; tistax il-Ministru tgħid jekk il-fatt li m’hemmx ilmenti oħra jfissirx li m’hemmx klijenti oħra fl-inħawi li għandhom OVR installat? Għaldaqstant tista' l-Ministru tara li jiġi indirizzat l-għeruq tal-problema, li hu l-varjazzjoni fil-vultaġġi li qed jiġu esperjenzati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fiż-żona msemmija ma jirriżultax li hemm problemi ta’ vultaġġ.

Bajja tal-Armier – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-Bajja tal-Armier? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Bajja tal-Armier – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-Bajja tal-Armier? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.