Studenti b’diżabiltà li jagħlqu s-16-il sena - Għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31938 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u jgħid b’mod konkret, x’ser ikollhom bħala għajnuna dawk l-istudenti b’diżabilità li jagħlqu s-16-il-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant
li jeżistu diversi tipi ta’ benefiċċji
u allura nitolbu sabiex jispeċifika għall-liema għajnuna għal studenti li jagħlqu 16-il sena qed jirreferi, u ċioe jekk hux għall-għajnuna f’benefiċċji soċjali fi flus jew għajnuna fuq edukazzjoni post-sekondarja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li kien jingħatalhom is-servizz ta’ carer u twaqqfilhom is-servizz? Jista’ jgħid ukoll minn liema lokalità huma?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li qatt ma kien hemm każijiet fejn waqqafna s-servizz ta’ carer lil anzjani li kienu qegħdin jagħmlu użu mis-servizz tal-Carer at Home.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20082 u jgħid kemm kienet l-ispiża matul dawn l-aħħar għaxar snin biex ġew rimedjati l-ħsarat fil-konkos tal-Isptar Mater Dei skont kif kien qal predeċessur tiegħu u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena? Jista' jgħid ukoll min għamel dawn ix-xogħlijiet, x'tip ta' xogħlijiet saru u fejn saru?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li xogħol ta’ manutenzjoni fl-isptar Mater Dei għaddej kontinwament biex il-pazjenti ikollhom l-aħjar ambjent u sigur.
Negotiated Procedure Framework Contract for the Supply and Delivery of Marine Gas Oil DMA according to ISO 8217 to Gozo Channel (Operations) Limited
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti d-Direct Order permezz ta' Negotiated Procedure: 'Negotiated Procedure Framework Contract for the Supply and Delivery of Marine Gas Oil DMA according to ISO 8217 to Gozo Channel (Operations) Limited' (GCOL NP03/2025)? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-valur tagħha, għal-kemm perjodu ta' żmien ħarġet din is-sejħa u għaliex ma ħarġitx sejħa pubblika?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li l-iskop ta’ din il-proċedura negozjata huwa għall-provvista u l-kunsinni ta’ Gas Oil marittimu għall-bastimenti tal-Gozo Channel, u dan għall-perjodu ta’ sena, b’valur stmat ta’ €7,082,827.00 (mingħajr VAT).
Dan il-proċess qed jiġi implimentat bħala proċedura negozjata peress li bħalissa hemm kawża pendenti fil-Qorti bejn il-Gozo Channel u l-fornitur preċedenti, liema kawża hija relatata ma’ offerta preċedenti. Peress li l-proċess legali għadu għaddej, - u l-każ mistenni li jinstema’ fil-Qorti fix-xhur li ġejjin - il-Gozo Channel għażlet l-imsemmija proċedura biex tiżgura li l-provvista tal-fjuwil ma tiġix interrotta u fl-istess ħin ma jkunx hemm preġudizzju għall-proċess ġudizzjarju pendenti. Għaldaqstant, il-proċedura negozjata kienet l-unika għażla prattika u legali f’din iċ-ċirkostanza.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23015 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21600, fejn intqal li ma jistax jaqsam il-pagamenti separatament, jista' l-Ministru jgħid f'kull każ kemm kienu l-pagamenti qabel u wara kull side letter li ġiet approvata?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23234, jista’ l-Ministru jgħid meta l-aħħar li ġew impjegati ħaddiema tal-kuntrattur fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, kemm hu n-numru ta' dawn il-ħaddiema u x’tip ta' xogħol qed jagħmlu dawn il-ħaddiema? Kemm minnhom huma barranin u kemm minnhom huma ta' ċittadinanza Maltija?
Jista’ jgħid ukoll mit-8 ta' Marzu 2013, kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda tal-kuntrattur biex jaħdmu ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, maqsuma xahar b'xahar? Kemm hu n-numru totali ta' ħaddiema tal-kuntrattur li fil-preżent qed jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u x'tip ta’ xogħlijiet qed jagħmlu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jixtri sigħat ta’ servizzi mingħand il-kuntratturi li jkun rebħu t-tender. Dan isir skond il-ħtiġijiet biex il-pazjenti jieħdu l-aħjar kura.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25410 u jgħid f’kemm-il binja u f’liema binja f’Għawdex u Malta li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu saru fire drills matul is-sena 2023 u 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-snin 2023 u 2024 saru 351 fire drills. Dawn isiru b’mod regolari fl-MDH, SAMOC, GGH, MCH, PHC, Ċentri tas-Saħħa, FMS, Medicines Authority, Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, SVP, AACC u OPSA.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex - PA/07491/16 - Masterplan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-masterplan (PA/07491/16) għall-area tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u f’liema xahar u sena hu ppjanat li jiġi approvat, biex b’hekk ikunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet relatati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-masterplan li qed issir referenza għalih mill-Onor. Interpellant kien inizjat min Steward Healthcare. Dan il-proċess ma tkompliex.
Sadanittant il-Gvern qabbad kumpanija sabiex tiskrutinizza il-pjanijiet li tfasslu għal dan l-isptar f’Għawdex biex nassiguraw li l-kampus jiġi pjanat b’mod għaqli li jara żvilupp sostenibbli fil-qasam tas-saħħa ġo Għawdex. Appena dan jiġi kkonfermat u jitlestew il-passi ta’ rilokazzjoni, il-proġett tal-isptar akut ġdid fit-tramunatana tal-kampus ikun jista’ jipproċedi.
‘I Belong Programme’ - Kandidati li bdew u temmew b’suċċess
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30706 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm kien hemm kandidati li bdew u temmew b’suċċess il-programm ta’ ‘I Belong’ minn meta beda l-programm sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u minn liema pajjiż?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
‘I Belong Programme’ - Kandidati li bdew u temmew b’suċċess
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30705 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm kien hemm kandidati li bdew u temmew b’suċċess il-programm ta’ ‘I Belong’ għal din is-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30636 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija għal ‘I Belong Programme’ u li ilhom fil-lista ta’ stennija skont dawn iż-żminijiet:
· 0 – 6 xhur;
· 7 – 12-il xahar;
· 13 – 18-il xahar;
· 19 – 24 xahar; u
· 24+ xahar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30284 u jgħid jekk iż-żieda fl-istipendju kinitx miżura effettiva biex tattira iktar studenti jagħżlu l-kors tas-social work? Jekk le, x’miżuri ġodda ser jittieħdu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30621 u jgħid kemm kienet l-allokazzjoni għar-riċerka mill-Università ta’ Malta mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u skont il-qasam tar-riċerka (saħħa, soċjali, teknoloġija, eċċ)?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30620 u ċjoè: Fid-dawl li l-budget allokat għar-riċerka u innovazzjoni skont il-Eurostat (https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/w/ddn-20241211-2), meta mqabbel mal-GDP, hu ta’ 0.6% u f’termini reali (mhux nominali) dan l-ammont hu inqas mill-2013 (-0.12%) , jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni ma kibirx bl-istess rata li kibret l-ekonomija Maltija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Malta tkompli ssaħħaħ l-impenn tagħha lejn ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, billi żżomm perkors ta’ investiment sostenibbli u tibni pedamenti sodi biex jintlaħaq l-għan nazzjonali ta’ 2% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD). Matul l-aħħar għaxar snin, saru titjib strutturali sinifikanti biex jitħeġġeġ ekosistema t’innovazzjoni sostenibbli u dinamika.
F’dan ir-rigward, Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jkompli jappoġġja b’mod konkret ir-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta’ investiment dirett kemm fl-Università ta’ Malta kif ukoll f’entitajiet pubbliċi oħra li jaħdmu f’dan il-qasam.
Tul il-perjodu 2020 sa 2025, l-Università ta’ Malta rċeviet finanzjament totali ta’ €7,576,012.14 mid-diversi line votes relatati mar-riċerka, imqassma fuq oqsma ewlenin bħas-saħħa, is-soċjali, it-teknoloġija u l-edukazzjoni. Dan l-investiment kien maħsub biex isaħħaħ il-kapaċità akkademika u riċerkattiva tal-pajjiż u jħeġġeġ aktar kollaborazzjoni ma’ setturi industrijali u internazzjonali.
Barra minn hekk, il-Gvern impenja ruħu f’investiment ta’ madwar €40 miljun fiċ-Ċentru tar-Riċerka tal-Università ta’ Malta, proġett strateġiku li se jsaħħaħ l-infrastruttura nazzjonali tar-riċerka u jpoġġi lill-pajjiż fuq livell ġdid ta’ eċċellenza xjentifika u teknoloġika. Dan iċ-ċentru se jservi bħala punt ta’ konverġenza bejn l-akkademja, l-industrija u l-innovazzjoni, u se joffri spazji avvanzati għar-riċerkaturi u għall-kollaborazzjoni internazzjonali.
Fl-istess ħin, matul is-sena 2025 biss, il-Ministeru ffinanzja 9 proġetti ta’ riċerka ġodda f’diversi oqsma ta’ innovazzjoni, b’investiment totali ta’ madwar €700,000. Dawn il-proġetti ġew magħżula b’mod strateġiku biex jallinjaw mal-prijoritajiet nazzjonali tal-Smart Specialisation Strategy 2021–2027, li tidentifika sitt oqsma tematiċi ta’ potenzjal għoli: saħħa u benessri, użu sostenibbli tar-riżorsi u adattament għat-tibdil fil-klima, manifattura intelliġenti, teknoloġiji marittimi u tal-baħar, ajrunawtika u spazju, u teknoloġiji diġitali tal-futur.
B’mod parallel, żdiedu b’mod sinifikanti l-fondi allokati lil entitajiet ewlenin li jsaħħu l-ekosistema ta’ riċerka u innovazzjoni fil-pajjiż:
· FITA (Foundation for Information Technology Accessibility) rat żieda konsiderevoli fil-line vote tagħha, minn €600,000 fl-2022 għal €1.5 miljun fl-2025, jiġifieri żieda ta’ kważi 300%. Din iż-żieda tkompli tiffoka fuq il-faċilitazzjoni ta’ inklużjoni akbar ta’ persuni vulnerabbli u b’diżabilità fid-dinja tax-xogħol, billi jissaħħu l-iskemi ta’ taħriġ, aċċess għat-teknoloġija u inizjattivi ta’ innovazzjoni soċjali.
· Xjenza Malta ukoll rat żieda sostanzjali fil-fondi allokati, minn €12,371,000 fl-2022 għal €19,300,000 fl-2025, li tfisser żieda ta’ madwar 56%. Din ir-riżorsa msaħħa qed tintuża biex tkompli tespandi l-programmi ta’ finanzjament bħall-FUSION, CETPartnership, filwaqt li tħeġġeġ parteċipazzjoni akbar tal-Malta fil-programm Ewropew Horizon Europe.
Eżempju ċar ta’ investiment strutturali ieħor huwa l-Cancer Research and Innovation Hub Malta, li rċieva €1.8 miljun f’perjodu ta’ sentejn kemm ilu mwaqqaf u li qed isaħħaħ ir-riċerka u l-kollaborazzjoni bejn l-akkademja, l-industrija u l-gvern.
B’kollox, dawn l-investimenti jirriflettu viżjoni fit-tul li tiffoka mhux biss fuq iż-żieda fl-infiq, iżda fuq it-titjib tal-kwalità, l-impatt u r-rilevanza tar-Riċerka u l-Innovazzjoni. B’fokus kontinwu fuq setturi strateġiċi u teknoloġiji emerġenti, Malta tkompli tħejji t-triq lejn ekonomija bbażata fuq l-għarfien, mibnija fuq innovazzjoni, reżiljenza u sostenibbiltà.
Skejjel – Għajnuniet għal studenti b’kondizzjoni newroloġika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskejjel privati u tal-Knisja jingħatawx għajnuniet finanzjarji jew xi tip ta’ għajnuna oħra sabiex ikunu jistgħu joffru riżorsi speċjali lil studenti li jkollhom kundizzjoni newroloġika ta’ tagħlim (Specific Learning Difficulty – SpLD) bħad-dyslexia?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 32096 u tagħti lista tad-direct orders kollha li tat Project Green minn meta bdiet tiffunzjona sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid ukoll meta ngħata d-direct order, lil min, kemm kien l-ammont, għal liema skop ingħata u għaliex ingħata bħala direct order?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
(Informazzjoni Addizzjoni: Ara Dokument PL6306 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 420, nhar l-Erbgħa 10 ta' Diċembru 2025)
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32098 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-politika nazzjonali dwar l-isport f’pajjiżna?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL6321 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 420, nhar l-Erbgħa 10 ta' Diċembru 2025)
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32154 dwar jekk saritx sejħa pubblika għal għotjiet ta’ sponsorship jew reklamar mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) matul is-snin 2024 u 2025, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti rendikont ta’ min kienu l-benefiċjarji tat-tliet Support Programmes u tat-tliet Support Schemes imsemmija fl-istess tweġiba? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu l-għotjiet li ngħataw rispettivament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Short let Holiday Furnished Premises – Permessi u liċenzji
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm permessi/liċenzji maħruġa għal Holiday Furnished Premises li jinkrew għal ‘short lets’? Jista’ jgħid ukoll kemm-il kamra u kemm-il sodda jkopru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ liċenzji għal
Holiday Furnished Premises
għal Malta u Għawdex sa Ottubru 2025 huwa kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt:
Holiday Furnished Premises (HFP) Liċenzjati sa Ottubru 2025
Malta
Total ta’ licenzji
Total ta’ Kmamar
Total ta’ Sodod
HFP Malta
6094
12350
23576
Gozo
HFP Gozo
1522
4070
8160
Total:
7616
16420
31736