Ministeru għall-Anzjanità Attiva – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma jridx jinvesti fi programm jew servizz professjonali ta’ stenografija fil-Qrati tal-Ġustizzja (kif hemm fil-Qrati ta’ pajjiżi moderni) sabiex it-traskrizzjonijiet tas-seduti jkunu lesti dakinhar stess tas-smigħ tax-xhieda minflok xhur wara kif inhi s-sitwazzjoni preżenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Aġenzija qiegħda f’diskussjoni ma’ żewġ entitajiet sabiex jsir proof of concept rigward traskirzzjoni tal-lingwa Maltija mill-vuċi għall-kitba bl-għajnuna tal-intelliġenza artifiċjali. Għal dan il-għan, l-Aġenzija qiegħda tipprovdi materjal bil-Malti lill-imsemmija entitajiet ħalli s-sistema titħarreġ il-Malti. Jikkumplimenta ma’ dan il-proġett, din is-sena l-Aġenzija ser tkun qed toħroġ sejħa għall-offerti sabiex is-sistema tal-Awdjo fl-awli tinbidel kollha għall-waħda iktar sikura u tal-aqwa kwalità. Bħalissa dan il-proġett jinsab fi stadju avvanzat ta’ konsultazzjoni fejn susegwentament wara dan il-proċess fi żmien qasir ser tkun qed tibda tiġi fformulata is-sejħa.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 274, 773 u 1307 u jgħid kemm ġew impjegati persuni maċ-Ċivil u ma’ awtoritajiet statutorji, inklużi organizzazzjonijiet parastatali mill-ġurnata li ġie xolt il-Parlament tat-13-il Leġiżlatura, u ċjoè mill-20 ta’ Frar tas-sena 2022, sal-ġurnata tal-elezzjoni ġenerali, u ċjoè sas-26 ta’ Marzu 2022?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi daħlu jaħdmu 161 persuna mal-Gvern u l-entitajiet governattivi kollha. Infurmat ukoll li fl-istess perjodu kien hemm 201 persuna li spiċċaw mim mal-Gvern u l-entitajiet governattivi kollha.
Santa Venera — Triq il-Kbira San Ġużepp – bus shelters
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1400, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitranġaw xi bus shelters li hemm fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera fi żmien qarib?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fuq bus shelter partikolari li qiegħed ħdejn il-kappella ta' San Ġużepp, hemm il-pjanti għand il-Periti tal-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera. Kif dawn il-pjanti jitlestew jiġu sottomessi minnufih għand l-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jinħarġu l-permessi meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1401 u jgħid x’inhu t-total ta’ flus li l-Istat kellu jħallas bħala kumpens illikwidat mill-Qrati tal-Ġustizzja a favur ir-rikorrenti abbażi ta’ ksur tal-artikolu 37 tal-Kostituzzjoni dwar id-dritt ta’ tgawdija tal-proprjetà, f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ flus li l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat ħallas bħala kumpens illikwidat mill-Qrati tal-Ġustizzja a favur ir-rikorrenti abbażi ta’ ksur tal-artikolu 37 tal-Kostituzzjoni dwar id-dritt ta’ tgawdija tal-proprjetà f'dawn l-aħħar tliet snin minn Diċembru 2019 sal-21 ta' Ġunju 2022 huwa ta' €10,504,024.11.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-Awtorità tal-Artijiet ilha mill-2018 biex tesegwixxi sentenza ta’ żgumbrament kontra l-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk ordnax jew talabx passi dixxiplinari, u kontra min, dwar dan in-nuqqas da parti tal-Awtorità tal-Artijiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kull sena b'mod separat, ta’ kemm-il passiġġier siefer mal-Air Malta mill-bidu li bdiet topera t-titijiriet lejn Lourdes?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 1665.
Tista’ l-Ministru tgħid meta l-familji viċin l-impjant ta’ Sant’Antnin f’Wied il-Għajn se jirċievu ċ-ċekk għal din is-sena tal-Enerġija tal-Good Neighbourhood Scheme?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li ċ-ċekkijiet se jkunu qed jinħarġu fiż-żmien li ġej.
Tista’ l-Minstru tassigura li l-bypass ta’ Wied il-Għajn ikun mixgħul mal-lejl u mitfi mal-ġurnata għax qed ikun hemm partijiet mixgħula filgħodu u dlam ċappa filgħaxija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li t-tekniċi tal-Enemalta ħadu l-passi meħtieġa biex isewwu ħsarat estensivi fis-sistema tad-dawl ta’ din il-bypass. L-Enemalta qiegħda tinvestiga dawn il-ħsarat li jidher li ġew ikkawżati minn terzi.
Ħal Tarxien – Skola Primarja l-antika — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fl-Iskola Primarja l-antika f’Ħal Tarxien fi Triq l-Iskola?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mil-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien illi ma hemm l-ebda xogħol li qed isir ġo din l-iskola min-naħa tal-istess Kunsill.
Wied il-Għajn – Park tal-Familja – Public Convenience
Question
Tista’ l-Ministru tara jekk il-public convenience li hemm fil-Park tal-Familja f’Wied il-Għajn hiex ser tiġi rinovata billi għandha bżonn?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Park imsemmi hemm żewġ lattrini pubbliċi, li waħda minnhom kellha bżonn xogħol ta’ manutenzjoni u għalhekk ingħalqet temporarjament għall-pubbliku, filwaqt li ġew provduti mobile toilets. Ix-xogħol tlesta fl-aħħar ta’ Mejju.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1211, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-entitajiet Governattivi li għamlu x-xogħlijiet fi Ġnien il-Mediterran Raħal Ġdid?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Raħal Ġdid illi ġewwa Ġnien il-Mediterran sar il-Ġnien tal-Covid minn ‘Ambjent Malta’ u anke ‘Parks Malta’, bl-involviment ukoll tal-FMS.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu tul din is-sena sabiex Ġnien San Alwiġ f’Raħal Ġdid jingħata iktar attenzjoni u jinżamm aħjar b’tibdil tas-servizzi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Raħal Ġdid illi l-ġimgħa li għaddiet ġiet sottomessa applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar TRK/00266472 sabiex isir proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Ġnien San Alwiġi.
Jista’ l-Ministru jinforma x’azzjoni qed tittieħed biex e-scooters ma jibqgħux jinxteħtu fejn ġie ġie fuq il-bankini u joħolqu ostakli bla bżonn, b’mod speċjali għall-persuni b’diżabilità li jużaw dawn il-bankini?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kemm-il pulizija kif ukoll l-Uffiċjali tal-Komunità, joħorġu taħrikiet ta’ ostaklu, meta jiltaqgħu ma’ e-scooters li jkunu ġew mitluqin jew qed jostakulaw il-passaġġ liberu. Dan barra li biex jipprevenu dan l-abbuż huma jkunu viġilanti biex dan ma jsirx minn dawk li jagħmlu użu minm dawn il-vetturi, waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
San Pawl il-Baħar – rotta tal-karozza tal-linja 250
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-frekwenza tar-rotta bin-numru 250 li tgħaddi minn San Pawl il-Baħar lejn l-Isptar Mater Dei? Jista' jara li tiżdied il-frekwenza ta' din ir-rotta hekk kif din ir-rotta qiegħda tintuża wkoll minn persuni biex mill-Għadira jmorru l-Belt Valletta u allura diversi persuni li jkunu qegħdin jistennew il-karozza tal-linja f'San Pawl il-Baħar jispiċċaw ma jirkbux għax tkun diġà mimlija bil-konsegwenza li jaslu tard għall-appuntamenti li jkollhom l-isptar? Jista' jara li tiżdied rotta oħra biex ir-residenti tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar jaslu fil-ħin l-Isptar Mater Dei bil-possibilità li l-aħħar waqfa tkun dik fl-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sitwazzjoni fuq din ir-rotta mil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, qed tiġi studjata sabiex tinstab soluzzjoni li tkun ta' benfiċċju ghar-residenti tal-lokalità.
San Pawl il-Baħar – Triq il-Port Ruman – knis ta’ triq
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kull meta tinkines Triq il-Port Ruman, Qawra, San Pawl il-Baħar? Jista’ l-Ministru jara li jitpoġġew iktar litter bins fl-istess triq, b’mod speċjali n-naħa tal-għelieqi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali illi Triq il-Port Ruman tinkines bi skeda ta’ kuljum. Rigward istallazzjoni ta' litter-bins, ninsab informat li ġew istallati diversi litter-bins fi Triq il-Port Ruman matul il-leġiżlatura tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u hemm pjan li jiżdiedu meta jkun il-waqt.
a. Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji, kooperattivi, partnerships, NGOs li qed jużaw id-Design Cluster?
b. Liema huma dawn il-kumpaniji;
ċ. X’tip ta’ kumpaniji hemm fi ħdan id-Design Cluster;
d. Kemm hemm studios li għadhom vakanti; u
e. Kemm hemm membri li qed jużaw il-co-working spaces?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant kif ġej:
a. Kumpaniji, kooperattivi, partnerships, NGOs li qed jużaw id-Design Cluster
Regular membership: 42
Studio membership: 2
Apparti dawn, il-VDC jintuża regolarment ukoll minn diversi individwi, entitajiet privati u pubbliċi , għaqdiet komunitarji Beltin, għal skop ta’ konferenzi, laqgħat, workshops eċċ…
b. Liema huma dawn il-kumpaniji;
Studio membership:
Fondazzjoni ‘Magna Zmien’ u NGO ‘Koperazzjoni Internazzjonali - Malta (Kopin)’
Regular membership:
blitzvalletta
vismednet
ninjamoba
Project Aegle Foundation
Rise Malta
Fem Community
Active Ageing Unit
Spark 15
YMCA Valletta
Gabebags
Giovanni Mule
Somom Ltd
The Teduka International Academy
Malta School of Art
Sourdough hub
Iplus A
2mozarts
Justine Lillie Helena Bartolo
People and Company Ltd
debonogroup
FSWS - directorate for alternative care (SAV)
Malta Photographic Society
Wicked Comics
Catering hub
Il-Horza
Vogue Xchange
migrant women malta
Fondazzjoni Suret il-Bniedem
Halfaroutreach HFO
Cheek to Cheek
Ghanja tal-poplu
Replant Malta
Samba ltd
SeyTravel Ltd
Malta Intelligent Energy Mangmt Agency
FSWS
St Albert the Great College, Valletta
Octagon Communications LTD - summer science school
ZARARTI MALTA - creatives/theatre
Foundation for Ukrainian Community in Malta
University of Malta
The Secretariat for Catholic Education
c. X’tip ta’ kumpaniji hemm fi ħdan id-Design Cluster;
Studio membership:
1 Fondazzjoni + 1 NGO
Regular membership:
· Organizzazzjonijiet Pubbliċi u Privati: 22
· Operaturi ekonomiċi (inklu¿i intrapri¿i ¿għar) - 10
· Persuni li jaħdmu għal rashom: 11
d. Kemm hemm studios li għadhom vakanti
Hemm numru żgħir ta’ studios vakanti, madanakollu hemm process biex dawn jintlew.
e. Kemm hemm membri li qed jużaw il-co-working spaces?
Il-membri kollha ju¿aw l-ispazji komuni skont in-neċessità li jkollhom.
Fid-dawl li l-Malta Film Awards ġie jiswa madwar €1.3 miljun, jista’ l-Ministru jgħid b’mod separat:
a. kemm kienet l-ispiża fuq il-billboards li twaħħlu f’diversu postijiet madwar pajjiżna;
b. l-armar tal-palk;
ċ. kemm ġie jiswa l-audio/sound;
d. kemm ġew jiswew il-projectors;
e. kemm ġie jiswa d-dawl;
f. kemm ġiet tiswa s-sala minn meta ried jitlesta l-armar sa wara l-avveniment;
g. ir-reklamar kollu għal din l-attività;
h. kemm ġew jiswew il-ħlasijiet tan-nies li ppreżentaw l-awards jekk ġew imħallsa apparti l-preżentatur?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ikkwotat fil-mistoqsija huwa n-nefqa totali għal Malta Film Week – li fiha kien hemm inkluż 22 attività u s-serata finali tal-Malta Film Awards:
· Travel - € 81,328.07
· Marketing - € 69,483.83
· Creative - € 478,520.14
· Logistics - € 708,011