Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma bil-complement tal-personnel fid-data li fiha titwieġeb din il-mistoqsija u jaqsam it-tweġiba għal kull sala fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal-liema personnel qiegħed jirreferi.
Infermiera, qwiebel u carers — medja ta' sigħat ta' ħidma
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-medja tas-sigħat maħduma mill-infermiera, qwiebel u carers sena b'sena bejn l-2013 u l-2022?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor, Interpellant biex jispeċifika għal liema entità qed jirreferi.
Stallazzjoni ta' liftijiet tal-pjattaforma għas-siġġijiet tar-roti
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew istallati lifts tal-pjattaforma għas-siġġijiet tar-roti fil-perjodu bejn l-2013 u l-2020? Tista’ tgħid jekk hux kollha kienu ċċertifikati CE? Kien hemm xi differenzi fir-regolamenti tas-CRPD biex tinħoloq kompetizzjoni inġusta? Jekk iva, dawn inġiebu għall-attenzjoni tal-Awditur Ġenerali?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li lifts tal-pjattaforma għas-siġġijiet tar-roti huma rregolati mid-Direttiva 2006/42/KE u għaldaqstant mhux meħtieġ li jkunu rreġistrati mal-MCCAA qabel ma t-tagħmir ikun qed jiġi installat. Min ipoġġi dawn il-lifts tal-pjattaforma fis-suq għandu l-obbligu legali li jara li għandhom is-‘CE marking’.
L-istandard Malti SM3800 Accessibility for All in the Built Environment, illi huma inkorporati fir-Regolamenti dwar l-Istandards għall-Aċċessibilità għall-Kulħadd f’Ambjent Mibni L.S. 413.03, jagħmel referenza diretta għan-Norma Ewropea MSA EN81-40 (Safety rules for the construction and installation of lifts - Special lifts for the transport of persons and goods - Part 40: Stairlifts and inclined lifting platforms intended for persons with impaired mobility) u n-Norma Ewropea MSA EN 81-41 (Safety rules for the construction and installation of lifts - Special lifts for the transport of persons and goods - Part 41: Vertical lifting platforms intended for use by persons with impaired mobility).
L-istandard Malti SM3800 Accessibility for All in the Built Environment kien tfassal minn grupp tekiniku taħt il-kappa tal-MCCAA, li hi l-entità responsabbli mill-istandards. L-abbozz tad-dokument kien ukoll miftuħ għall-konsultazzjoni pubblika nhar il-5 ta’ Diċembru 2014, liema konsultazzjoni ġiet reklamata f’avviż li deher fil-ħarġa numru 13,673 tal-Gazzetta tal-Gvern (li qed inpoġġi kopja tal-avviż fuq il-Mejda tal-Kamra). Infurmata li f’dak l-istadju, l-grupp tekniku ma rċieva l-ebda lment li dawn l-istandards kienu sa jwasslu għall-kompetizzjoni inġusta.
L-għan ta’ dawn l-istandards ma kinux li jiddaħħlu l-inġustizzji, iżda li l-inġustizzji jiġu eliminati, għax kull darba li persuna tiġi mċaħħda milli taċċessa binja, tkun qed issoffri inġustizzja u tiġi ddiskriminata minħabba fid-diżabilità tagħha, hekk kif insibu fl-Att dwar il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, Kapitlu 627 tal-Liġijiet ta’ Malta, li l-abbozz tiegħu kelli l-pjaċir inressaq quddiem din il-Kamra fil-Leġiżlatura li għaddiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk/meta tinħareġ tender għal-lukanda Selmun Palace dan jinkludix il-Palazz ukoll? L-offerent rebbieħ ikollu kontroll sħiħ u aċċess għall-Palazz? L-offerent rebbieħ se jkun responsabbli li jara li l-palazz ikun mantained bi spejjeż tagħhom mingħajr ma jkollu aċċess għaliha jew il-Gvern ta' Malta jibqa' responsabbli mill-manutenzjoni tal-palazz?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — persuni li jaħdmu bir-remote working
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking), mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 11 (ħdax)-il persuna li jagħmlu remote working (teleworking) f’entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-Saħħa.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — persuni li jaħdmu bir-remote working
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking), mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li hemm differenza bejn remote working u teleworking. Minkejja dan, ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Mejju kien hemm 110 ħaddiem fuq telework u 111 fuq remote working fil-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti taħtu.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — persuni li jaħdmu bir-remote working
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking), mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BORG, IAN)
L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li hemm differenza bejn remote working u teleworking. Minkejja dan, ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Mejju 2022, kien hemm 101 ħaddiem fuq telework u 14 fuq remote working fil-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — persuni li jaħdmu bir-remote working
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking), mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — persuni li jaħdmu bir-remote working
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking), mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li hemm differenza bejn remote working u teleworking. Minkejja dan, ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Mejju kien hemm 135 ħaddiem fuq telework u 35 fuq remote working fil-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti taħtu.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — persuni li jaħdmu bir-remote working
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking), mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GALDES, RODERICK)
L-Onorevoli interpellant għandu jkun jaf li hemm differenza bejn remote working u teleworking. Minkejja dan, ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Mejju kien hemm ħaddiem wieħed fuq telework u 37 fuq remote working fil-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti taħtu.
Fir-rigward tat-tender tan-neutering tal-qtates li ħarġet reċentement, jista’ l-Ministru jgħid:
(a) meta ser tagħlaq it-tender;
(b) meta hu ppjanat li ssir l-adjudication ta’ din it-tender;
(ċ) meta eventwalment din it-tender tkun tista’ tibda topera;
(d) x’perjodu ser tkopri din it-tender;
(e) kemm hu l-valur ta’ din it-tender; u
(f) kemm-il qattus/a jaħseb li tkun tista’ tiġi ‘neutered’ permezz ta’ din it-tender?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li reċentement ħarġu b’kemm jiswew €5,000 vouchers biex jiġu ‘neutered’ qtates madwar Malta kollha, jista’ l-Ministru jgħid kemm damu biex ittieħdu dawn il-vouchers? Meta għandu l-ħsieb li jerġa’ joħroġ ammont ieħor ta’ vouchers għal istess skop?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vouchers li ħarġu f’Mejju kienu parti minn inizjattiva temporanja. Dawn il-vouchers ser jibqgħu jitqassmu minn żmien għal żmien sakemm tibda l-mass neutering campaign.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il veterinarju jintuża mill-Animal Walfare madwar Malta biex jiġu ‘neutered’ qtates? Minn liema lokalità jingħata dan is-servizz? Jista’ l-Ministru jara li jkun hawn aktar minn veterinarju wieħed li jagħti dan is-servizz imferxxin madwar Malta kollha biex titnaqqas it-tbatija tal-voluntiera li jimpenjaw irwieħhom b’mod volontarju biex diversi qtates jiġu ‘neutered’?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-veterinarji li jintużaw mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali sabiex jiġu ‘neutered’ il-qtates, jiġu magħżula wara sejħa għall-offerti skont ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Peress li madwar Malta hawn diversi voluntiera li jduru bil-qtates li ma jkollhom lil ħadd min idur bihom u għalhekk ikunu abbandunati fit-triq, jista’ l-Ministru jikkunsidra li jiġu impjegati persuni mal-Animal Welfare li jkunu jħobbu l-qtates biex jagħtu daqqa t’id f’dan ix-xogħol biex il-kura li tingħata lil dawn il-qtates tkun aktar speċjalizzata u professjonali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi diġà hawn fis-seħħ skema ta’ Community Animal Welfare Stewards fejn persuni qegħdin jiġu impjegati mal-Kunsilli Lokali jew Reġjuni biex jagħtu daqqa t’id f’dan ix-xogħol. Hemm ukoll skemi oħra fejn il-Kunsilli Lokali jingħataw għajnuna finanzjara f’każ li jkollhom bżonn għajnuna professjonali bħal pereżempju użu ta’ servizzi veterinarji.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Animal Ambulance li għandha l-Animal Walfare hijiex attrezzata b’air conditioning u jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid għalfejn dan ma jaħdimx?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ambulanzi li juża d-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali huma attrezzati bl-arja kondizzjonata.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda spiża lill-partijiet imsemmija fil-perjodu indikat.
Ministeru għall-Ġustizzja – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.