Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pretty Bay – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Pretty Bay? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Pretty Bay – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Pretty Bay? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ta’ Qali: Pitkalija – xogħol ta’ tibdil strutturali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1687 u jagħti tagħrif dwar meta mistenni jsir xogħol ta' tibdil strutturali fil-Pitkalija f'Ta’ Qali? Meta mistenni jitlesta dan ix-xogħol? Fiex jikkonsisti x-xogħol li għandu jsir?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Kunsilli lokali – ilmenti dwar ħmieġ jew problema ta’ skart

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1431 u jagħti rendikont ta’ kemm-il ilment dwar ħmieġ jew problema ta’ skart ġew irreġistrati fil-Kunsilli Lokali kollha, u b’mod rispettiv għal kull lokalità, fl-aħħar sentejn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Kunsilli lokali — ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1432 u jagħti rendikont ta’ kemm-il ilment ġie reġistrat fil-Kunsilli Lokali kollha, u b’mod rispettiv għal kull lokalità, fl-aħħar sentejn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Anzjani li jgħixu fil-komunità – servizz ta’ internet b’xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex qed jiġi offrut internet b'xejn lill-anzjani li jgħixu fil-komunità? Jekk iva, jista' jgħid kemm hawn anzjani jibbenefikaw minn dan is-servizz?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qed tipprovdi faċilità ta’ internet b’xejn ġewwa ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Anzjanità Attiva. Sadanittant l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qeda taħdem mal-operaturi tat-telekomunikazzjoni biex jagħmlu parti mill-iskema “Skontijiet għall-Anzjani” sabiex persuni li għandhom ‘il fuq min 60 sena jkunu jistgħu jibbenefikaw minn offerti fuq pakketti li jinkludu wkoll l-internet. Bħalissa hemm żewġ operaturi ewlenin, li huma l-GO u l-EPIC, li joffru pakketti mraħħsa ta’ internet fuq mobile lill-anzjani. L-informazzjoni mingħand l-operaturi għadhom qed jgħadduha lill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u tingħata f’seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paule – Wi-Fi bla ħlas fis-swali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jipprovdix Wi-Fi bla ħlas fis-swali tar-Residenza San Vinċenz de Paule apparti fiż-żoni komuni u fid-day-room tas-swali u l-btieħi tar-Residenza? Jekk le, jista' jgħid meta se jkun qed jipprovdi Wi-Fi bla ħlas?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minbarra s-servizz ta’ wifi li diġa’ jeżisti fl-ispazji miftuħin ta’ San Vinċenz de Paul, kif ukoll fiż-żoni ta’ fejn jieklu r-residenti u ż-żoni komuni, riċentament is-servizz ġie estiż ukoll f’aktar postijiet. Dan wara li sar proġett pilota fejn iddaħħal is-servizz tal-wifi ġewwa l-kmamar tas-sodda f’żewġt iswali fuq perjodu ta’ sitt xhur. Dan il-proġett pilota kien suċċess u issa qed isir l-ippjanar biex il-wifi b’xejn jiġi estiż fis-swali kollha.

Djar residenzjali tal-anzjani – Wi-Fi bla ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jipprovdix Wi-Fi bla ħlas fid-djar residenzjali tal-anzjani tiegħu? Jekk iva, jista' jikkonferma li l-Wi-Fi bla ħlas jiġi pprovdut ukoll fil-kmamar tal-anzjani?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jipprovdi Wi-Fi bla ħlas fid-djar residenzjali tal-anzjani tal-gvern kollha. Dan is-servizz qed jiġi pprovdut ukoll fil-kmamar tal-anzjani.

Residenza San Vinċenz de Paule — Carers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm carers jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Jista' jgħid kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom huma impjegati mal-kuntrattur? Jista' jgħid ukoll kemm minnhom huma barranin?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li n-numru ta’ carers li jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz de Paule huwa 223 li jinkludu Health Carer I, Health Carer II u Senior Health Carer. Dawn huma impjegati tal-Gvern u kollha Maltin. Il-carers tal-kuntrattur jammontaw għal 493. Minnhom, hemm 380 li huma barranin.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva – proġetti kapitali

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proġetti kapitali li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew taħt xi entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu li għaddejjin bħalissa u wkoll dawk li se jkunu qed jinbdew f'din is-sena?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni ser titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra

Residenza San Vinċenz de Paule — anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paule fil-preżent? Jista' jgħid kemm minnhom huma residenti rġiel u kemm minnhom huma residenti nisa?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li n-numru ta’ residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paul huwa ta’ 1,338 resident. Minn dawn, 445 huma rġiel waqt li 893 huma nisa.

Pulizija – rapporti dwar storbju eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm-il każ ta’ storbju eċċessiv ġew irrapportati, xahar b’xahar, bejn Jannar 2021 u d-data ta’ meta qiegħda tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema lokalità ġie rrapportat kull wieħed minn dawn il-każijiet u għal liema tip ta’ storbju kien qed jirreferi dan ir-rapport? Kemm minn dawn ir-rapporti kienu jikkonċernaw ħsejjes wara l-11.00 p.m. u wara s-1.00 a.m. separatament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill- Onorevoli interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Speed cameras

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1312 dwar speed cameras, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-linji gwida li qiegħed jirreferi għalihom u jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji msemmija għal kull speed camera? F’kull każ, jista’ jagħti tagħrif dwar liema kien l-avviz legali li permezz tiegħu kull speed camera ġiet stabbilita? Billi l-ispeed limits indikati fir-risposta huma kważi kollha differenti min-national speed limit ta’ 80 km fis-siegħa, jista’ jinforma lill-Kamra dwar kif daħlu fis-seħħ l-istess speed limits?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kopja tal-linji gwida msemmija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ispeed cameras huma regolati minn LS 65.11, artiklu 127. Il-limitu tal-velocità jiġi stabbilit skont il-ġeometrija tat-triq fl-istadju tat-tfassil tal-istess triq skont is-setgħat mogħtija lill-istess awtorità u regolati minn CAP 499 u CAP 65. Fil-linji gwida mehmuża wieħed jista` jsib skeda tal-limitu tal- velocità wara li saru s-surveys meħtieġa. Jista` jagħti l-każ li jkun hemm bdil fil-limitu tal- velocità wara ċertu żmien u dan wara li jsir assessjar mill-ġdid minħabba tibdil fit-triq bħal rikostruzzjoni jew bdil fl-allinjament. Ninforma wkoll li r-regolamenti jippermettu li l-limitu tal- velocità jkun differenti mill- velocità nazzjonali skont SL 65.11, artiklu 127 (2).

Home Assist Scheme – ġenituri separati miż-żwieġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġenitur separat miż-żwieġ għamel użu mill-Home Assist Scheme, sena b'sena mill-2017 sal-aħħar ta' 2021, kif ukoll skont il-ġeneru u l-età rispettivi?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u Diċembru 2021, l-Awtorità tad-Djar kellha 4 benefiċċjarji mniżżlin bħala ‘ġenitur separat miż-żwieġ’ u li bbenefikaw mil-iskema Home Assist. L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabelli t’hawn taħt: Sena Benefiċċjarji li ffirmaw kuntratt ta’ xiri ta’ proprjetà taħt Home Assist Scheme 2017 Nil 2018 Nil 2019 1 2020 2 2021 1 Età Benefiċċjarji li ffirmaw kuntratt ta’ xiri ta’ proprjetà taħt Home Assist Scheme 31 1 39 1 40 1 41 1 Ġeneru tal-Benefiċċjarji Benefiċċjarji li ffirmaw kuntratt ta’ xiri ta’ proprjetà taħt Home Assist Scheme Irġiel Nil Nisa 4

Equity Sharing – ġenituri separati miż-żwieġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġenitur separat miż-żwieġ għamel użu mill-Equity Sharing, sena b'sena mill-2017 sal-aħħar ta' 2021, kif ukoll skont il-ġeneru u l-età rispettivi?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi minn mindu l-iskema daħlet fis-seħħ fis-sena 2019 sal-aħħar tas-sena 2021, l-Awtorità tad-Djar kellha 31 ġenitur separat miż-żwieġ li bbenefikaw mil-iskema Equity Sharing. L-informazzjoni mitluba tinstab fit-tabelli t’hawn taħt: Sena Benefiċċjarji li ffirmaw kuntratt ta’ xiri ta’ proprjetà taħt Equity Sharing Scheme 2019 Nil 2020 20 2021 11 Età Benefiċċjarji li iffirmaw kuntratt ta’ xiri ta’ proprjetà taħt Equity Sharing Scheme 42 5 43 4 44 2 45 1 46 3 47 4 48 3 49 2 51 1 52 1 53 1 54 2 55 1 57 1 Ġeneru tal-Benefiċċjarji Benefiċċjarji li iffirmaw kuntratt ta’ xiri ta’ proprjetà taħt Equity Sharing Scheme Irġiel 5 Nisa 26

Notifika rigward ħlas ta' pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex meta pensjonanti jirċevu l-avviż ta’ kemm tħallsu u/jew kemm ser jitħallsu pensjoni, fin-notifika li tintbagħtilhom ma jkunx hemm miktub in-numru IBAN tal-kont tal-bank tagħhom sħiħ u dan minħabba l-fatt li ladarba n-notifika tintbagħat bil-posta, hi faċli li din tinfetaħ minn terzi u jista’ jkun hemm persuni li jabbużaw jew jagħmlu użu mhux mixtieq minn tali informazzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Importazzjoni ta’ siment – EU Customs Tariff Codes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie importat siment, x'kienu l-EU Customs Tariff Codes użati u kemm tħallas dazju fuqu, sena b'sena, mill-2011 sal-2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.

Importazzjoni ta’ ramel u żrar – EU Customs Tariff Codes

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema materja prima li eventwalment tintuża għall-kostruzzjoni, bħal ramel u żrar, ġiet importata, sena b'sena, mill-2011 sal-2021, x'kienu l-EU Customs Tariff Codes użati, x'kienu l-kwantitajiet minn kull tip u kemm tħallas dazju fuqha?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.

Produzzjoni fil-Kostruzzjoni — data

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet jew x'inhi r-raġuni li minn Ottubru 2021, Malta ma baqgħetx tissottometti data dwar il-produzzjoni fil-kostruzzjoni għal fini ta' statistika tal-Eurostat? Jekk din id-data ġiet miġbura, tista' d-data u l-analiżi tagħha tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk din id-data ma ġietx miġbura, x'inhu l-effett fuq statistika oħra inkluż dik relatata mal-kontribut li din l-industrija tagħti lill-ekonomija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jissottometti data lil Eurostat dwar il-produzzjoni fil-kostruzzjoni kull kwart (tlett xhur) tas-sena u mhux kull xahar. Dan peress li l-European Business Statistics Regulation 2019/2152 ma tirrikjedix li pajjiżi zgħar bħal Malta jibgħatu data kull xahar iżda kull kwart tas-sena. Id-data tintbgħat sittin ġurnata wara li jingħalaq it-tali perjodu. Fil-fatt, l-aħħar statistika ppublikata minn Eurostat (ara d-dokument Papers Laid ‘A’ - Eurostat 71_2022 li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra) fuq dan l-indikatur, tagħmel referenza għal dan ir-Regolament. Kif ukoll jidher fid-dokument, diversi pajjizi oħra jissottomettu data kull kwart tas-sena u mhux kull xahar. Rigward il-mistoqsija dwar il-kontribut li din l-industrija tagħti lill-ekonomija, ara d-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra Papers Laid ‘B’ - NR 095_2022. Għal aktar informazzjoni rigward din il-mistoqsija, in-National Accounts Production Unit fi ħdan l-NSO tist’ tiġi kkonsultata.

Bereġ tal-Gvern

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f'liema lokalitajiet il-bereġ tas-saħħa jinsabu magħluqa? Għal kull każ, jista’ jgħid kull berġa kemm ilha magħluqa, x'inhi r-raġuni li tinsab magħluqa, x'azzjonijiet se jittieħdu biex terġa’ tinfetaħ u meta hu mistenni li terġa' tinfetaħ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi wara li waqt il-pandemija tal-Covid 19 il- Bereg fil-komunita’ kienu ingħalqu, f’dan l-aħħar xhur reġgħu bdew jinfetħu. Id-Departimenti tas-Saħħa ħa l-opportunita’ sabiex is-servizz li jingħata mill-Bereġ jikber u jsir modernizzar esklussiv fihom. Sa issa ic-Ċentri Komunitarji tas-Saħħa li reġgħu infetħu huma: Community Clinics May 2018 Xewkija (Goz) March 2019 Pietà April 2019 Attard August 2019 Sliema September 2019 Żabbar October 2019 Żejtun December 2019 Mellieħa 2020 Żurrieq September 2020 Fgura November 2020 Għaxaq March 2021 Gudja June 2021 Marsaxlokk August 2021 Kalkara September 2021 Valletta November 2021 Santa Luċija March 2022 Marsaskala March 2022 Tarxien March 2022 Ħamrun Health Centres September 2018 Kirkop Health Centre December 2022 Telemedicine Client Support Centre February 2022 Gzira Health Centre Centres of Excellence April 2019 Primary Eye Screening Centre of Excellence, Floriana HC April 2021 Podiatry Services, Centre of Excellence, B’Kara HC