Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarju Permanenti – pakkett finanzjarju u kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’pakkett finanzjarju għandu s-Segretarju Permanenti tiegħu? Il-pakkett finanzjarju jinkludi allowances u perkaċċi oħra? Jista’ jgħid ukoll xi kwalifiki akkademiċi għandu s-Segretarju Permanenti?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni hi diġà pubblika. Din tinstab fl-Estimi Finanzjarji tal-2022, li tpoġġew diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar leġi¿latura, u fuq is-sit uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-biografiji tas-Segretarji Permamenti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – Segretarju Permanenti – pakkett finanzjarju u kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’pakkett finanzjarju għandu s-Segretarju Permanenti tiegħu? Il-pakkett finanzjarju jinkludi allowances u perkaċċi oħra? Jista’ jgħid ukoll xi kwalifiki akkademiċi għandu s-Segretarju Permanenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni hi diġà pubblika. Din tinstab fl-Estimi Finanzjarji tal-2022, li tpoġġew diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar leġiżlatura, u fuq is-sit uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-biografija tas-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Segretarju Permanenti – pakkett finanzjarju u kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’pakkett finanzjarju għandu s-Segretarju Permanenti tiegħu? Il-pakkett finanzjarju jinkludi allowances u perkaċċi oħra? Jista’ jgħid ukoll xi kwalifiki akkademiċi għandu s-Segretarju Permanenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni hi diġà pubblika. Din tinstab fl-Estimi Finanzjarji tal-2022, li tpoġġew diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar leġiżlatura, u fuq is-sit uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-biografija tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru.
Nieħu l-opportunita’ biex nirringrazzja lis-Segretarji Permanenti kollha tax-xogħol tajjeb li jwettqu, b’mod partikolari lis-Sinjura Dimech li tgawdi rispett kbir frott il-ħidma li ilha twettaq b’rettezza u effiċjenza għal diversi snin taħt diversi amministrazzjonijiet. Fil-fehma tiegħi s-Sinjura Dimech hija “role model” għal diversi li jew jaħdmu fis-servizz pubbliku jew jixtiequ jaħdmu fis-servizz pubbliku.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – Segretarju Permanenti – pakkett finanzjarju u kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’pakkett finanzjarju għandu s-Segretarju Permanenti tiegħu? Il-pakkett finanzjarju jinkludi allowances u perkaċċi oħra? Jista’ jgħid ukoll xi kwalifiki akkademiċi għandu s-Segretarju Permanenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hi diġà pubblika. Din tinstab fl-Estimi Finanzjarji tal-2022, li tpoġġew diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar leġiżlatura, u fuq is-sit uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-biografija tas-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru.
Attachments:PQ 1725 - Papers Laid - Perm Sec (MFET).pdf
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Segretarju Permanenti – pakkett finanzjarju u kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’pakkett finanzjarju għandu s-Segretarju Permanenti tiegħu? Il-pakkett finanzjarju jinkludi allowances u perkaċċi oħra? Jista’ jgħid ukoll xi kwalifiki akkademiċi għandu s-Segretarju Permanenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni hi diġà pubblika. Din tinstab fl-Estimi Finanzjarji tal-2022, li tpoġġew diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar leġiżlatura, u fuq is-sit uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-biografija tas-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Segretarju Permanenti – pakkett finanzjarju u kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’pakkett finanzjarju għandu s-Segretarju Permanenti tiegħu? Il-pakkett finanzjarju jinkludi allowances u perkaċċi oħra? Jista’ jgħid ukoll xi kwalifiki akkademiċi għandu s-Segretarju Permanenti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni hi diġà pubblika. Din tinstab fl-Estimi Finanzjarji tal-2022, li tpoġġew diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar leġiżlatura, u fuq is-sit uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-biografija tas-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru.
Childcare Centres – rapport fuq il-progress tat-tfal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ġenituri tat-tfal li jattendu ċ-Childcare Centres kollha li hawn f’pajjiżna jingħatawx rapport iddettaljat dwar il-progress li t-tfal tagħhom ikunu għamlu tul iż-żmien li jkunu attendew fiċ-ċentri? Fiex jikkonsisti dan ir-rapport?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond Taqsima 2 (Il-Kwalita tat-tagħlim u l-ħarsien tat-Tfal) Standard 2.6, Indikatur 3 (paġna 28) kif elenkat fl-iStandards Nazzjonali għas-servizz tal-Edukazzjoni u l-Ħarsien tat-tfal fis-snin bikrin li qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-edukaturi tal-ECEC (Early Childhood Education and Care) għandhom jaqsmu u jiddiskutu b’mod regolari mal-ġenituri individwali l-progress tat-tagħlim u l-iżvilupp olistiku tat-tfal.
Dan jiġi iċċekjat minn uffiċjali edukattivi waqt visti esterni li isiru fiċ-ċentri b’mod regolari. Ir-rapporti li jingħataw jikkonsistu ġeneralment fil-miri li għandhom x’jaqsmu mas-snin bikrin u kif iċ-ċentru qed iwassal biex jintlaħqu dawn il-miri. Fl-aħħar snin iċ-ċentri qed isegwu wkoll ‘Learning Outcomes for the Early Years’ biex jiġu żviluppati dawn ir-rapporti fuq il-progress tat-tfal.
Attachments:PQ 1817_Papers to be Laid_National Standards 0-3yo_MT version.pdf
Primary Healthcare – Manager Patient Support Services
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid:
a. Fuq liema kompetenza ġiet magħżula l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala Manager Patient Support Services in Primary Healthcare?
b. X’rekwiżiti ntalbu fis-sejħa għall-istess kariga?
ċ. Minn min kien kompost il-bord tal-għażla meta ġiet magħżula għal din l-istess kariga?
d. Kemm applikaw kandidati għal din l-istess kariga?
e. Xi kwalifiki għandha din il-persuna li jorbtu ma’ din il-kariga?
f. Fuq liema skala qiegħda l-persuna indikata?
g. X’kienu x-xogħlijiet preċedenti tal-kandidat magħżul?
h. Minn meta beda t-terminu ta’ din il-persuna bħala Manager Patient Support Services fil-Primary Healthcare?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi għal dan l-rwol intagħalbu minimu ta’ sitt (6) snin esperjenza ta’ xogħol fil-Koordinazzjoni tal-Appoġġ tal-Pazjent jew qasam relatat fis-Settur tas-Saħħa, li minnhom erba’ (4) snin iridu jkunu f’Ċentru tas-Saħħa. Jew
esperjenza ta' xogħol fi rwol b'superviżjoni minima u esperjenza fit-tmexxija u l-ġestjoni tan-nies titqies bħala vantaġġ.
Il-Membri tal-Bord kienu s-Sinjura Stephania Dimec bħala Chairperson, is-Sur Carlos Caruana bħala Membru u s-Sinjura Pamela Ruscio Debattista bħala Membru u Segretarju tal-Bord.
Persuna waħda biss applikat għall din il-pużiżżjoni. It-terminu beda minn 30 ta Mejju 2022
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1403, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid min qed jieħu ħsieb l-upkeep u s-soft areas tar-roundabout f’Santa Venera li tagħti lejn Triq il-Kapillan Mifsud, lejn Triq il-Ferrovija, u/jew lejn Triq Reġjonali, u liema entità hi inkarigata tagħmel dan u sa meta hu l-kuntratt attwali? Meta jiskadi l-kuntratt preżentement fis-seħħ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera illi ir-roundabout in kwistjoni m’hiex fir-Responsabbilita` tal-Kunsill Lokali ta' Santa Venera in vista li din taqa fi triq arterjali.
Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – postijiet ta’ residenza
Question
B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 1045, jista’ l-Ministru jindika ż-żewġ indirizzi f’San Pawl il-Baħar (jekk mhux possibbli jingħata l-indirizz kollu, tingħata l-isem tat-triq u possibbilment l-isem tal-blokka) fejn skont it-tweġiba għall-istess domanda ġew akkwistati żewġ appartamenti mibnija mill-privat li ġew allokati għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – postijiet ta’ residenza
Question
B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 1045, jista’ l-Ministru jindika l-indirizz għal kull post ta’ residenza li tqassam mill-2017 sad-data li fiha ġiet imwieġba l-istess domanda parlamentari u dan sena sena b’mod separat għal kull sena u kull lokalità tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar (li tinkludi żoni bħal Buġibba, il-Qawra u x-Xemxija) (jekk mhux possibbli jingħata l-indirizz kollu, tingħata l-isem tat-triq u possibbilment l-isem tal-blokka)?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – infiq ta’ flus f’reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tiegħu jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra
Ministeru għal Għawdex – infiq ta’ flus f’reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tiegħu jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – infiq ta’ flus f’reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tiegħu jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill- Onorevoli interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – infiq ta’ flus f’reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tiegħu jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari ser tkun qed tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – infiq ta’ flus f’reklamar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tagħha jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tar-Ramla? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta tispeċifika għal-liema Ramla qed tirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tar-Ramla? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Bajja ta’ Fra Ben – kiri ta’ deckchairs u umbrelel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Fra Ben? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?