Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Far: trakka tal-karozzi – immigranti li jinsabu f’ċentri miftuħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li immigranti li jinsabu fiċ-ċentri miftuħa, ċentri tar-refuġjati u ċentri oħra li jinsabu qrib u madwar is-sit fejn hemm il-ħsieb li tinbena t-trakka tal-karozzi f'Ħal Far, hux se jiġu rilokati u jekk iva, kemm minnhom u fejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ġentilment nistieden lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 2027.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — konsulenti

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 294, 1130 u 1618 u tgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta' Mejju, 2022 u kemm dawn jitħallsu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Ministeru hemm 5 Konsulenti u li huma ingaġġati skont ir-regoli stabbiliti fil-Manwal tal-Kabinett.

Regolamenti dwar il-Ħinijiet tad-Daqq tal-Mużika fi Ħwienet Kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1500, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoe: B'referenza għall-Avviż Legali 161 tal-2022, jista' l-Ministru jgħid x’inhuma u jippubblika l-pariri jew rakkomandazzjonijiet li rċieva u abbażi ta' liema, biddel ir-regolamenti dwar il-ħinijiet tad-daqq tal-mużika fi ħwienet kummerċjali? Jista' jgħid ma' min saret konsultazzjoni dwar din il-bidla fir-regolamenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li filwaqt li nireferi għal PQ 1847, u għas-seduta Parlamentari 24 tal-bieraħ 4ta’Lulju 2022.

Bajja tal-Armier – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1904 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-Bajja tal-Armier? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Bajja tal-Golden Sands – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1908 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tal-Golden Sands? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Bajja tal-Għadira – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1906 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tal-Għadira? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – Kiri ta’ appartamenti/djar għall-użu residenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ appartamenti/djar li huma mikrija mill-Awtorità tad-Djar għall-użu residenzjali? Kemm minn dawn il-proprjetajiet huma tal-Gvern u kemm huma tal-privat? F’liema lokalità jinsabu dawn il-postijiet, u jagħti n-numru ta’ appartamenti/djar għal kull lokalità?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Awtorità tad-Djar – teħid lura ta’ ċwievet ta’ appartamenti

Question

Billi ġie rrapportat li matul l-aħħar snin kien hemm it-teħid lura ta’ kważi 500 ċavetta, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu tal-privat u kemm kienu tal-Gvern? F’liema lokalitajiet kienu l-appartamenti li fihom saru l-abbużi?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

San Pawl il-Baħar: Triq Parades – vultaġġ baxx ta’ elettriku

Question

Tista’ l-Ministru tinvestiga x’inhi r-raġuni li għaliha qed jiġi rrapportat vultaġġ baxx fi Triq Parades, parti minn Triq San Pawl u Triq il-Katidral (fost toroq oħra) f’San Pawl il-Baħar? Wara li ssir din l-investigazzjoni, tista’ l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex id-dawl f’dawn l-inħawi jiġi msaħħaħ? Tista’ tagħti wkoll tagħrif dwar jekk l-Enemalta tiġborx informazzjoni dwar inħawi fejn il-vultaġġ ikun baxx?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Enemalta qiegħda fil-mument tgħaddi cables ġodda sabiex issaħħaħ l-infrastruttura eżistenti. Hekk kif ix-xogħlijiet ta’ tqattigħ ta’ trinek u tqegħid tal-cables jitlestew, fil-ġimgħat li ġejjin dawn ser jitqabbdu mal-linji sabiex jindirizzaw dawn il-varjazzjonijiet. L-Enemalta qiegħda tanalizza l-akkwati fejn qiegħed isir żvilupp konsiderevoli biex tittieħed l-azzjoni neċessarja u tkompli ssaħħah is-sistema ta’ distribuzzjoni.

Kunsilli Lokali – Applikazzjoni għal skemi u għajnuniet differenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm skemi ta’ għajnuniet differenti li għalihom setgħu japplikaw il-kunsilli lokali mill-1 ta’ Jannar, 2021 sad-data meta qiegħda tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema kienu dawn l-iskemi, waħda waħda? Għal kull waħda minn dawn l-iskemi, liema kienu dawk il-kunsilli lokali tas-7 u t-12-il distrett elettorali li applikaw? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet, f’kull każ, ġew aċċettati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ta’ Qali Crafts Village – area ta’ parkeġġ

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1863, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-qbil li sar bejn il-Gvern u l-operatur privat ta’ area ta’ parkeġġ viċin Ta’ Qali Crafts Village fl-2019 u kopja tal-permess li ġie mġedded?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal kamra kopja tas-sejħa publika li ħarġet fis 7 ta’ Mejju 2019 kif ukoll id-dokumenti sussegwenti bejn il-Gvern u l-operatur li ngħata dan id-dritt. Ninforma lill-Onerevoli Interpellant li qiegħed nannessi ukoll litra tat-terminazzjioni ta’ l-istess allokazzjioni datati 27 ta’ May 2022.

Korp tal-Pulizija — Membri

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentement in-numru ta’ pulizija mpjegati fil-Korp tal-Pulizija fid-diversi livelli li jifformaw il-Korp, minn kuntistabbli sa kummissarju? Kemm kien in-numru ta’ persuni li rriżenjaw mill-Korp bejn Jannar, 2021 u d-data li qiegħda tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Minn liema livell fil-Korp kienu dawk li rriżenjaw? F’dan l-istess perjodu, kemm kien hemm persuni li ngħaqdu mal-korp u f’liema livell?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ uffiċjali fil-Korp ta’ Pulizija (minn Kummissarju sa’ Kuntistabbli) sal-aħħar ta’ Ġunju 2022 kien ta’ 1949. Fil-perjodu indikat irriżenjaw 4 Spetturi, 4 Surġenti u 18-il Kuntistabbli qabel l-età tal-irtirar. In-numru ta’ uffiċjali li ngħaqdu mal-Korp f’dan il-perjodu kien ta’ 110, 4 minnhom fil-grad ta’ Spettur, u 106 Kuntistabbli. Bħala parti mill-immodernizzar tal-Korp tal-Pulizija, fl-istess perjodu msemmi fil-Korp kien hemm ukoll 159 impjegat ċivili, u 147 Kuntistabbli ta’ Riserva. Meta tgħoddhom mal-perjodu fuq imsemmi jammontaw għal 2255 uffiċjal tas-servizz u ċivili fil-Korp tal-Pulizija.

San Pawl il-Baħar: Triq il-Port Ruman – persuni li jkollhom il-karozza pparkjata

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fi Triq il-Port Ruman, San Pawl il Baħar, quddiem l-Iskola Primarja tal-Qawra, jirrenja l-buon sens u l-persuni li jkollhom il-karozza tagħhom ipparkjata fit-triq jew f’xi garaxx fl-istess triq, jitħallew jitilqu minn fuq il-post mingħajr ma jistennew li jsir il-ħin tat-8.00 a.m. (u wkoll waqt il-ħin tal-ħruġ tat-tfal mill-iskola), dan naturalment mingħajr ma jinħoloq periklu għat-tfal u l-ġenituri li jkunu hemm?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-Onor. Interpellant tapprezza illi waqt il-ħin tad-dħul u tal-ħruġ tat-tfal mill-iskola msemmija, il-Pulizija dejjem kienet prattika u assistiet lix-xufiera li kellhom il-karozzi tagħhom ipparkjati fit-triq jew f’garaxxjiet fl-istess triq, biex jitnaqqsilhom il-ħin ta’ stennija. Madankollu, il-pulizija hija dejjem kawta u ma tiħux riskji, meta fl-opinjoni tagħha, moviment ta’ vetturi f’ċerti ħinijiet u ċirkustanzi, jista’ jkun ta’ periklu jew detriment ieħor għat-tfal tal-iskola jew għall-persuni li jakkumpanjawhom.

Għadira — Triq il-Marfa - permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx meħtieġ permess sħiħ ta' żvilupp għal xogħlijiet ta' tisbiħ fi Triq il-Marfa Għadira?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tat-Turiżmu flimkien mal-Awtorità’ Maltija għat-Turiżmu qegħdin jikkollaboraw ma’ Infrastructure Malta sabiex jiġi attwat proġett ta’ upgrading tal-promenade eżistenti tal-Għadira. Fir-rigward ta’ teknikalitajiet tal-proġett, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Għadira — Triq il-Marfa - permessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx meħtieġ permess sħiħ ta’ żvilupp għax-xogħlijiet ta’ tisbiħ fit-Triq il-Marfa l-Għadira? Jista’ l-Ministru jgħid jekk dan inħareġx mill-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 420.

Għadira — Triq il-Marfa - tnaqqis fil-karreġġjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm tnaqqis fil-karreġġjati minn kull direzzjoni lejn u/jew miċ-Ċirkewwa fir-rigward tal-proġett ġdid ta' tisbiħ fi Triq il-Marfa l-Għadira?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Għadira — Triq il-Marfa - traffic management

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx studju tal-management tat-traffiku u x’kienu r-riżultati tal-istudju għax-xogħlijiet ta’ tisbiħ fi Triq il-Marfa Għadira?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 422.

Għadira — Triq il-Marfa - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta x-xogħlijiet ta’ tisbiħ fit-Triq il-Marfa l-Għadira huma kkalkulati li se jitlestew?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 420.

Wesgħa massimu permessibbli għal two way road

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bil-wisa' massimu permissibbli ta’ triq biex din tkun two-way road? Jista’ jikkonferma li ma saret l-ebda talba mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa biex Triq Dun Franġisk Sciberras issir one way street?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skond il-Policy tal-Awtorita fil-każ ta’ aċċess lokali li jintuża minn inqas min 500 karozza fis-siegħa, mingħajr parkeġġ, it triq għandha tkun wiesgħa 6.00m. Fil-każ ta’ parkeġġ fuq naħa waħda, it-triq għandha tkun wiesgħa tal-inqas 8.00m, filwaqt li fil-każ ta’ parkeġġ fuq żewġ naħat il-minimu neċessarju huwa ta’ 10.0m. Fir-rigward ta’ Triq Frangisk Sciberras, l-Awtorita’ tikkonferma li kellha talba għal ‘endorsement’ mill-Kunsill Lokali ta’ proposta għal ‘one way scheme’, li tinkludi din it-triq.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — persuni li jaħdmu bir-remote working

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking), mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

L-Onorevoli interpellant għandu jkun jaf li hemm differenza bejn remote working u teleworking. Minkejja dan, ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Mejju kien hemm 145 ħaddiem fuq telework u 25 fuq remote working fil-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti taħtu.