B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1195, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema passi ttieħdu u lil liema entitajiet ġie mgħoddi dan l-ilment u dan bit-tama li x-xogħol neċessarju jsir tul is-sajf li ġej?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 1195.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ tindif qed isir, inkluż knis u ħasil ta’ bankini u toroq fil-lokalità ta’ Marsaskala, u kull meta jsir dan ix-xogħol? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm u skeda ta’ dawn ix-xogħlijiet?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħasil tal-promenade ta’ Marsaskala jinqasam f’żewġ partijiet - kull nhar ta’ Ħamis u kull nhar ta’ Ġimgħa filgħodu kmieni. Din l-iskeda tibqa’ għaddejja sal-aħħar ta’ Settembru (kull ġimgħa kif spjegat).
B’referenza għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari 1172, jista’ l-Kunsill Lokali jindika x’tip ta’ xogħol qed iwettqu s-16-il ħaddiem li huma allokati f’Marsaskala?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala illi x-xogħlijiet huma varji u jinkludu fost oħrajn:- tindif u manutenzjoni ta’ latrini, tindif ta’ ġonna, manutenzjoni ta’ toroq u bankini, manutenzjoni tal-ħadid u railings u bankijiet tal-promenade.
Jista’ l-Ministru jindika l-aħħar statistika li għandu dwar in-numru ta’ residenti li jgħixu fil-lokalità ta’ Marsaskala u l-etajiet tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-aħħar estimi tal-popolazzjoni ta’ Marsaskala, li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għandu, hi dik sal-31 ta’ Diċembru 2020. Il-popolazzjoni ta’ Marsaskala hija stmata għal 15,579, li minnhom 7,239 nisa u 8,340 irġiel.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika meta s-Sertraline u Xanax se jiddaħħlu fil-Formolarju tal-mediċini li jingħataw b’xejn , liema mediċini jintużaw ta’ kuljum minn ħafna pazjenti b’nuqqas ta’ saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern għandu pjan miftiehem mal-professjonisti speċjalisti fil-psikjatrija biex il-Mediċini li jintużaw fis-saħħa mentali jiddaħħlu fuq il-formularju fis-snin li ġejjin skont il-prijorità klinika deċiża mill-istess speċjalisti.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema djar residenzjali tal-Gvern hemm ukoll librerija ta' kotba? Jista' jgħid jekk hemmx pjan li jiżdiedu dawn il-libreriji?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-djar residenzjali tal-Gvern kollha hemm librerija ta’ kotba.
Djar residenzjali tal-Gvern – Sezzjonijiet ta’ qari ta’ kotba
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru sezzjonijiet ta' qari ta' kotba fid-djar residenzjali tal-Gvern matul is-snin 2020, 2021 u fis-sena 2022 sal-lum? Jista' jgħid f'liema djar tal-anzjani saru? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern biex ikollu aktar sezzjonijiet ta' qari ta' kotba fid-djar residenzjali tiegħu?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sessjonijiet ta’ qari ta’ kotba fid-djar residenzjali tal-Gvern kienu hekk:
Sena 2020 70 sessjoni
Sena 2021 151 sessjoni
Sena 2022 sal-lum 149 sessjoni
Dawn is-sessjonijiet ta’ qari saru ġewwa d-Djar Residenzjali tal-Mosta, tal-Imtarfa, tal-Mellieħa, taż-Żejtun, ta’ Bormla u Żammit Clapp. Qegħdin f’kuntatt ma’ Malta Libraries sabiex isiru wkoll sessjonijiet ta’ qari ġewwa d-Dar Residenzjali tal-Furjana u jekk hu possibbli jiżdiedu s-sessjonijiet fid-djar kollha għalkemm il-figuri juru li kull sena s-sessjonijiet qegħdin jiżdiedu.
Residenza San Vinċenz de Paule – Sezzjonijiet ta’ qari ta’ kotba
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sezzjonijiet ta' qari ta' kotba jiġux organizzati għar-residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Jista' jgħid kemm-il darba jsiru u x'inhuma l-pjanijiet tiegħu biex aktar residenti jkollhom l-opportunità jattendu għal dawn is-sezzjonijiet?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-sezzjoni tal-Active Ageing Unit għandha r-responsabbilità li torganizza attivitajiet soċjali, kulturali, fiżiċi u reliġjużi għar-residenti ta’ SVP. Hemm programm fejn kull sala jkollha attività kuljum. Il-qari huwa wieħed minn dawn l-attivitajiet.
Residenza San Vinċenz de Paule – servizz b’xejn ta’ televiżjoni għar-residenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paule humiex intitolati għas-servizz b'xejn ta' televiżjoni? Jekk le, jista' jgħid x'inhuma r-rati li qed iħallsu l-anzjani sabiex ikun jista’ jkollhom aċċess għas-servizz ta' televiżjoni fil-kmamar li qegħdin jirrisjedu?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-swali kollha joffru s-servizz tat-televiżjoni b’xejn fil-common area ta’ kull sala. Servizz ta’ televiżjoni ħdejn is-sodda huwa suġġett ta’ ftehim bejn ir-resident u l-kumpanija li tipprovdi s-servizz ġewwa SVP.
Residenza San Vinċenz de Paule – kuntrattur inkarigat mit-tindif
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-penali kollha li jimponu fuq il-kuntrattur ta' tindif, li l-isem tal-kumpanija tiegħu qed jintbagħat separatament, fir-Residenza San Vinċenz de Paule f'każ illi l-kuntrattur jonqos mill-obbligi tiegħu kuntrattwali? Jista' jgħid f'liema każijiet il-kuntrattur qiegħed jimponi dawn il-penali fuq l-impjegati tiegħu u jekk humiex qegħdin jitnaqqsu direttament mis-salarji ta' dawn l-impjegati?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-penali li jistgħu jiġu imponuti f'każ illi l-kuntrattur jonqos mill-obbligi tiegħu kuntrattwali huma skont it-tender CT 2374/2018 Artiklu 19 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Is-servizz li jingħata minn din il-kumpanija hija ta’ livell għoli u qatt ma ngħataw penali. San Vinċenz għandu kuntratt ma’ min jipprovdi s -servizz iżda ma jidħolx fuq is-salarji tax-xogħol tal-ħaddiema tiegħu.
Residenza San Vinċenz de Paule – kuntrattur inkarigat mit-tindif
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntrattur, li l-isem tal-kumpanija tiegħu qed jintbagħat separatament, reċentement żammx laqgħa fir-Residenza San Vinċenz de Paule għall-impjegati tiegħu sabiex jgħarrafhom dwar it-tnaqqis li se jkun qed isir direttament mis-salarji tagħhom għall-penali li jistgħu jiġu imposti fuqhom? Jista' jagħti aktar dettalji dwar din il-laqgħa u jekk l-impjegati tal-kuntrattur għandhomx ukoll l-istess proċedura ta' dixxiplina li teżisti għall-impjegati li jaħdmu mal-Gvern?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li San Vinċenz joffri l-faċilità biex kuntrattur ikun jista jiltaqa’ mal-ħaddiema tiegħu. San Vinċenz għandu kuntratt ma’ min jipprovdi s-servizz iżda ma jidħolx fuq il-ftehim u l-kundizzjonjiet tax-xogħol tal-ħaddiema tiegħu.
Servizz Ċivili – impjegati fil-kariga ta’ messaġġiera
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu t-total ta' persuni impjegati maċ-Ċivil u ma' awtoritajiet statutorji, inklużi organizzazzjonijiet parastatali, fil-kariga ta' Messaġġiera u kemm minnhom daħlu mal-Gvern f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Bordijiet tal-Gvern – Ħatra ta’ persuni meqjusa bħala persuni politikament esposti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mill-persuni li ġew maħtura fuq il-bordijiet tal-Gvern huma meqjusa bħala persuni politikament esposti (PEP), u jekk mal-ħatra tagħhom hijiex qed tiġi rikjesta xi tip ta' dikjarazzjoni prova għal dan?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-lista ppubblikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern nru 20,602 tas-6 ta’April 2021 li kopja tagħha qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta' skrivani impjegati mal-Kunsilli Lokali kollha u kemm minn dawn għandhom kwalifiċi tal-inqas ta' O Level?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi hemm 79 skrivani jaħdmu mal-Kunsilli Lokali u bħala rekwiżit standard sabiex wieħed jitqies eliġibbli għal kariga ta’ ‘skrivan’ ma’ Kunsill Lokali hi jkollu minn tal-anqas 5 suġġetti f’Livell Ordinarju, u dan skont ir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Kap. 363).
Filwaqt li nagħmel referenza għall-Kapitolu 599 - l-Att dwar il-Kremazzjoni, liema Att il-Ministru tas-Saħħa mill-2019 sal-lum għadu ma daħħalx fis-seħħ, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk għandux il-ħsieb, u jekk iva meta, li effettivament jibda jiġi provdut s-servizz ta' kremazzjoni f'pajjiżna?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-programm Elettorali tal-Gvern jinkludi l-proposta li jinfetaħ Krematorju f’pajjiżna.
Ħal Far – ħsejjes iġġenerati mit-trakka tal-karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħtietx kopja tal-istudji dwar il-ħsejjes li se jkunu qed jiġu ġġenerati mit-trakka tal-karozzi f'Ħal Far lill-Kunsilli Lokali ta' Birżebbuġa, iż-Żurrieq u Ħal Safi? Jista' jgħid id-dati meta saru laqgħat ta' konsultazzjoni ma’ dawn il-kunsilli, x'kienu l-punti mqajma, kif dawn il-punti se jiġu indirizzati u jippreżenta dokumentazzjoni li turi dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-trakka tal-karozzi ġewwa Ħal Far - investiment ta’ €20 miljun - se tkun waħda ta’ livell internazzjonali mwettqa b’għaqal u b’konsultazzjoni sħiħa u kontinwa mal-istakeholders kollha u li minnha se jgawdi kulħadd.
Il-pjanijiet għal din it-trakka ħadu fit-tul u saru b’ħafna ħsieb u anke konsultazzjoni. Fost oħrajn ridna li filwaqt li nwettqu din il-ħolma tad-dilettanti tal-motorsport f’Malta, il-proġett isir f’art li mhux f’żona ODZ. Din hi xi ħaġa li għamilnieha possibbli billi se naħdmu fuq art madwar il-postijiet fejn diġà ssir attività simili. Pjanti li saru fl-imgħoddi kienu wkoll skartati biex il-proġett jibqa’ ’l bogħod mir-residenti kemm jista’ jkun.
Fil-fatt il-pjanti u d-disinn ta’ dan il-proġett saru minn esperti Ġermaniżi.
Ninfurmah ukoll li saru l-istudji kollha neċessarji dwar il-ħoss sabiex ir-residenti tal-lokalitajiet fil-viċin ma jbatux minn inkonvenjenti u għal dan il-għan ser jiġu introdotti sistemi ta’ livell għoli li jagħmlu din it-trakka waħda professjonali.
Sound mitigation measures mhumiex neċessarjament u esklussivament siġar biss, kif ukoll l-istess sound mitigation measures se jkunu qed iħarsu li jnaqqsu l-emissjonijiet diġà eżistenti.
ERA – applikazzjoni għall-bini ta’ trakka tal-karozzi f’Ħal Far
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu/huma r-raġunijiet imsaħħa b'dokumentazzjoni adegwata, inkluż il-kopja tal-Minuti u abbażi ta' liema studji l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) iddeċidiet li m’hemmx bżonn ta' Environment Impact Assessment fl-applikazzjoni għall-bini ta' trakka tal-karozzi f'Ħal Far?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Laqgħat ta’ konsultazzjoni dwar it-trakka tal-karozzi f’Ħal Far
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dati meta saru laqgħat ta' konsultazzjoni ma’ għaqdiet ambjentali u/jew NGOs oħrajn, apparti dawk involuti fl-isport ikkonċernat, dwar it-trakka tal-karozzi f'Ħal Far, liema kienu l-għaqdiet li kkonsulta magħhom, x'kienu l-punti mqajma u kif se jiġu indirizzati speċjalment meta wieħed jikkonsidra li s-sit huwa anqas minn kilometru bogħod minn siti ta' importanza ekoloġika?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ġentilment nistieden lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 2027.
Jista' l-Ministru jippreżenta pjanta bil-pożizzjonijiet, it-tipi, il-qisien u photomontage li juri l-impatt viżiv tas-sound barriers li se jiġu installati madwar u fit-trakka tal-karozzi f'Ħal Far, jekk se jkun il-każ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ġentilment nistieden lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 2027.
Jista' l-Ministru jippreżenta pjanta bil-pożizzjonijiet, it-tipi, il-qisien, l-età u photomontage tas-siġar li se jiġu mħawla madwar u fit-trakka tal-karozzi f'Ħal Far biex tiġi mmitigata l-problema tal-istorbju, jekk se jkun il-każ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ġentilment nistieden lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 2027.